This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22016D1797
Decision No 1/2016 of the Joint Implementation Committee set up by the Voluntary Partnership Agreement between the European Union, of the one part, and the Republic of Indonesia, of the other part of 15 September 2016 concerning the start date of the Forest Law Enforcement Governance and Trade (FLEGT) licensing scheme [2016/1797]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra tal-15 ta' Settembru 2016 dwar id-data tal-bidu tal-iskema tal-liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) [2016/1797]
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra tal-15 ta' Settembru 2016 dwar id-data tal-bidu tal-iskema tal-liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) [2016/1797]
ĠU L 274, 11.10.2016, p. 62–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/62 |
Deċiżjoni Nru 1/2016 tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra
tal-15 ta' Settembru 2016
dwar id-data tal-bidu tal-iskema tal-liċenzji għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) [2016/1797]
IL-KUMITAT KONĠUNT TA' IMPLIMENTAZZJONI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Indoneżja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li, wara r-ratifika min-naħa tal-Partijiet, daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2014,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim jipprovdi fl-Artikolu 14, il-paragrafu 5(e) li l-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni għandu jaqbel dwar id-data li minnha se tibda titħaddem l-iskema tal-liċenzjar FLEGT wara evalwazzjoni tal-funzjonament tas-sistema Indoneżjana ta' Assigurazzjoni tal-Legalità tal-Injam (TLAS) abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness VIII. |
(2) |
Valutazzjoni indipendenti konġunta tat-TLAS Indoneżjana kkonkludiet li it-TLAS Indoneżjana hija sistema robusta u li s-sistema tissodisfa l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-operabbiltà tagħha stabbiliti fl-Anness VIII ta' dan il-Ftehim. |
(3) |
Iż-żewġ Partijiet temmew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom u nnotifikaw lil xulxin permezz tal-JIC dwar li huma lesti li jibdew is-sistema tal-Liċenzjar FLEGT. |
(4) |
Il-JIC se jkompli jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Partijiet identifikaw l-azzjonijiet konġunti li jridu jiġu prijoritizzati matul l-2017 sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan il-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iskema tal-liċenzjar FLEGT għandha tibda fil-15 ta' Novembru 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha titfassal f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bl-Indoneżjan, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku. F'każ ta' diverġenza fl-interpretazzjoni, għandu jipprevali t-test bl-Ingliż.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Novembru 2016.
Magħmul f'Yogyakarta, l-Indoneżja, il-15 ta' Settembru 2016.
Għar-Repubblika tal-Indoneżja
IB Putera PARTHAMA, PhD.
Id-Direttur Ġenerali għall-Immaniġġjar Sostenibbli tal-Foresti, il-Ministeru tal-Ambjent u l-Foresterija, l-Indoneżja
Għall-Unjoni Ewropea
Charles-Michel GEURTS
Deputat Kap tal-Missjoni,
Id-Delegazzjoni tal-UE għall-Indoneżja u l-Brunej