Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22016A1011(02)

Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

ĠU L 274, 11.10.2016, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

11.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/33


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

L-Eċċellenza Tiegħu l-Professur Faustin-Archange TOUADERA

President tar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Bangui

Repubblika Ċentru-Afrikana

Brussell, it-12 ta' Lulju 2016

Sur President,

Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 li tistabbilixxi Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA). Issa huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat l-istatus tal-EUTM RCA u tal-persunal tagħha permezz ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiżek u l-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-ittra tiegħek tat-30 ta' Marzu 2016, inti ġentilment għażilt li tagħti unilateralment lill-EUTM RCA, b'mod partikolari, il-privileġġi u l-immunitajiet li kienu ngħataw, fil-kuntest tal-operazzjoni EUFOR Tchad/RCA, lill-forza tal-Unjoni Ewropea u lill-persunal tagħha permezz tal-ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana fis-16 ta' April 2008.

Kif kienet ix-xewqa tiegħek u kif qbilna għall-EUFOR RCA u għall-EUMAM RCA, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUTM RCA, bil-ftehim li:

kull referenza għall-EUFOR fl-Artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUTM RCA;

kull referenza għall-kmandant tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea titqies bħala referenza għall-kmandant tal-missjoni EUTM RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu mhux biss il-mezzi tat-trasport tal-kontinġenti nazzjonali li jifformaw l-EUMAM RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUMAM RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1(3)(b) titqies bħala referenza għall-iskambju ta' ittri tagħna tad-29 u t-30 ta' Marzu 2016, kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-EUTM RCA.

Inkun grat jekk jogħġbok tgħarrafni jekk dawn il-proposti humiex aċċettabbli għalik. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, ikunu jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUTM RCA, li jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.

Ippermettili nesprimi, Sur President, l-ikbar stima u rispett min-naħa tiegħi.

Għall-Unjoni Ewropea

Federica MOGHERINI

B.   Ittra tar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Is-Sinjura Federica MOGHERINI

Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà

Bangui, il-21 ta' Lulju 2016

Sinjura Rappreżentant Għoli,

Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tat-12 ta' Lulju 2016 dwar l-EUTM RCA li tgħid dan li ġej:

“Fid-19 ta' April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 li tistabbilixxi Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA). Issa huwa meħtieġ li jiġi ddeterminat l-istatus tal-EUTM RCA u tal-persunal tagħha permezz ta' ftehim internazzjonali bejn pajjiżek u l-Unjoni Ewropea.

Permezz tal-ittra tiegħek tat-30 ta' Marzu 2016, inti ġentilment għażilt li tagħti unilateralment lill-EUTM RCA, b'mod partikolari, il-privileġġi u l-immunitajiet li kienu ngħataw, fil-kuntest tal-operazzjoni EUFOR Tchad/RCA, lill-forza tal-Unjoni Ewropea u lill-persunal tagħha permezz tal-ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Ċentru-Afrikana fis-16 ta' April 2008.

Kif kienet ix-xewqa tiegħek u kif qbilna għall-EUFOR RCA u għall-EUMAM RCA, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUTM RCA, bil-ftehim li:

kull referenza għall-EUFOR fl-Artikoli msemmija titqies bħala referenza għall-EUTM RCA;

kull referenza għall-kmandant tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea titqies bħala referenza għall-kmandant tal-missjoni EUTM RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikoli 1(3)(a), 3(2) u 4(3) jitqiesu li jinkludu mhux biss il-mezzi tat-trasport tal-kontinġenti nazzjonali li jifformaw l-EUMAM RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUMAM RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1(3)(b) titqies bħala referenza għall-iskambju ta' ittri tagħna tad-29 u t-30 ta' Marzu 2016, kif ukoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 li tistabbilixxi l-EUTM RCA.

Inkun grat jekk jogħġbok tgħarrafni jekk dawn il-proposti humiex aċċettabbli għalik. Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, ikunu jikkostitwixxu ftehim internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUTM RCA, li jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

Għandi l-unur ngħarrfek li naqbel mat-termini ssuġġeriti fl-ittra tiegħek.

Ippermettili nesprimi l-ikbar stima min-naħa tiegħi.

Għar-Repubblika Ċentru-Afrikana

Pr. Faustin-Archange TOUADERA


Top