EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0315

Regolament Ta' Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2016/315 tal-4 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

C/2016/1506

ĠU L 60, 5.3.2016, p. 62–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/315/oj

5.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/62


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/315

tal-4 ta' Marzu 2016

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka persuni, entitajiet u korpi li, peress li ġew innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) huma koperti mill-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ma ġewx elenkati fl-Anness IV, ġew elenkati mill-Kunsill, u huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(3)

Fit-2 ta' Marzu 2016, il-KSNU ddeċieda li jżid 16-il persuna fiżika u 12-il entità mal-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi, u aġġorna l-informazzjoni ta' identifikazzjoni b'rabta ma' persuna waħda u żewġ entitajiet. L-Anness IV għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. L-Anness V għandu jiġi emendat peress li sebgħa mill-entitajiet u persuna waħda jidhru fuq din il-lista.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effikaċi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament;

2.

L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 1.


ANNESS I

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu mal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

Choe Chun-Sik (magħruf bħala (a) Choe Chun Sik; (b) Ch'oe Ch'un Sik. Data tat-twelid: 12.10.1954 Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Chun-sik kien id-direttur tat-Tieni Akkademja tax-Xjenzi Naturali (Second Academy of Natural Sciences, SANS) u kien il-kap tal-programm ta' missili fuq distanza twila tar-RDPK. Data tat-tismija: 2.3.2016

(b)

Choe Song Il. Numru tal-Passaport: (a) 472320665 (Data ta' skadenza: 26.9.2017), (b) 563120356. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. Data tat-tismija: 2.3.2016

(c)

Hyon Kwang Il (magħruf bħala Hyon Gwang Il). Data tat-twelid: 27.5.1961. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Hyon Kwang Il huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Xjentifiku tan-National Aerospace Development Administration. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(d)

Jang Bom Su (isem assunt Jang Pom Su). Data tat-twelid: 15.4.1957. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(e)

Jang Yong Son. Data tat-twelid: 20.2.1957. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(f)

Jon Myong Guk (magħruf bħala Cho'n Myo'ng-kuk). Data tat-twelid: 18.10.1976. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-Passaport: 4721202031 (Data ta' skadenza: 21.2.2017). Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fis-Sirja. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(g)

Kang Mun Kil (isem assunt Jiang Wen-ji). Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-Passaport: PS 472330208 (Data ta' skadenza: 4.7.2017). Tagħrif ieħor: Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(h)

Kang Ryong. Data tat-twelid: 21.8.1969. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(i)

Kim Jung Jong (magħruf bħala Kim Chung Chong). Data tat-twelid: 07.11.1966. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-Passaport: (a) 199421147 (Data ta' skadenza: 29.12.2014), (b) 381110042 (Data ta' Skadenza: 25.1.2016), (c) 563210184 (Data ta' Skadenza: 18.6.2018). Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(j)

Kim Kyu. Data tat-twelid: 30.7.1968. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Uffiċjal għal affarijiet esterni ta' Korea Mining Development Corporation (KOMID). Data tat-tismija: 2.3.2016.

(k)

Kim Tong My'ong (magħruf bħala (a) Kim Chin-So'k, (b) Kim Tong-Myong, (c) Kim Jin-Sok; (d) Kim, (e) Hyok-Chol). Sena tat-twelid: 1964. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Kim Tong My'ong huwa l-President ta' Tanchon Commercial Bank u kellu diversi pożizzjonijiet fit-Tanchon Commercial bank tal-anqas mill-2002. Huwa kellu wkoll rwol fl-immaniġġar tal-affarijiet ta' Amroggang. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(l)

Kim Yong Chol. Data tat-twelid: 18.2.1962. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(m)

Ko Tae Hun (magħruf bħala Kim Myong Gi). Data tat-twelid: 25.5.1972. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-Passaport: 563120630 (Data ta' skadenza: 20.3.2018). Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(n)

Ri Man Gon. Data tat-twelid: 29.10.1945. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-Passaport: PO381230469 (Data ta' skadenza: 6.4.2016). Tagħrif ieħor: Ri Man Gon huwa l-Ministru tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(o)

Ryu Jin. Data tat-twelid: 7.8.1965. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Numru tal-Passaport: 563410081. Tagħrif ieħor: Rappreżentant ta' Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(p)

Yu Chol U. Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq. Tagħrif ieħor: Yu Chol U huwa d-Direttur tan-National Aerospace Development Administration. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(2)

Id-dejta tal-identifikazzjoni għall-annotazzjoni “Ra Ky'ong-Su (magħruf bħala Ra Kyung-Su). Kariga: Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). Data tat-twelid: 4.6.1954. Nru tal-passaport: 645120196. Tagħrif ieħor: Sess: Raġel. Data tat-tismija: 22.1.2013.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” hija mibdula b'dan li ġej:

“Ra Ky'ong-Su (magħruf bħala (a) Ra Kyung-Su, (b) Chang, Myong Ho). Data tat-twelid: 4.6.1954. Nru tal-passaport: 645120196. Tagħrif ieħor: (a) Ġeneru: Raġel, (b) Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċita, huwa ffaċilita tranżazzjonijiet għal TCB. Tanchon ġie magħżul mill-Kumitat f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija ta' RDPK responsabbli mill-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-montatura u l-manifattura ta' tali armi. Data tat-tismija: 22.1.2013”

(3)

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitajiet u gruppi”:

(a)

Academy of National Defense Science. Post: Pyongyang, Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea Tagħrif ieħor: L-Academy of National Defense Science hija involuta fl-isforzi tar-RDPK biex tavvanza l-iżvilupp tal-programmi tagħha ta' missili ballistiċi u armi nukleari. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(b)

Chongchongang Shipping Company. (magħrufa bħala Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd.). Indirizz: (a) 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, RDPK, (b) 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, RDPK. Tagħrif ieħor: (a) Numru tal-IMO: 5342883, (b) Il-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, il-Chong Chon Gang, ipprovat timporta direttament il-konsenja illeċita ta' armi konvenzjonali lir-RDPK f'Lulju 2013. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(c)

Daedong Credit Bank (DCB) (magħruf bħala (a) DCB, (b) Taedong Credit Bank). Indirizz: (a) Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK, (b) Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: SWIFT: DCBK KKPY, (b) Daedong Credit Bank pprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u lil Tanchon Commercial Bank. Tal-anqas mill-2007, DCB ffaċilita mijiet ta' tranżazzjonijiet finanzjarji b'valur ta' miljuni ta' dollari f'isem il-KOMID u Tanchon Commercial Bank. F'xi każijiet, DCB ffaċilita konxjament tranżazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(d)

Hesong Trading Company (magħrufa bħala Hesong Trading Corporation). Indirizz: Pyongyang, RDPK. Tagħrif ieħor: Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpanija azzjonarja ta' Tosong Technology Trading Corporation. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(e)

Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC) (magħrufa bħala KKBC). Indirizz: Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK Tagħrif ieħor: KKBC pprovdiet servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading Corporation, kumpanija subordinata ta' Korea Ryonbong General Corporation. Tanchon Commercial Bank kienet użat KKBC biex tiffinanzja trasferiment ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inkluż trasferimenti li jinvolvu fondi relatati ma' Korea Mining Development Corporation. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(f)

Korea Kwangsong Trading Corporation Indirizz: Rakwon-dong, Distrett ta' Pothonggang, Pyongyang, RDPK. Tagħrif ieħor: Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpanija azzjonarja ta' Korea Kwangsong Trading Corporation. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(g)

Ministeru tal-industrija tal-enerġija atomika (magħruf bħala MAEI). Indirizz: Haeu-2-dong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK. Tagħrif ieħor: Il-Ministeru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika inħoloq fl-2013 bil-għan li jimmodernizza l-industrija tal-enerġija atomika tar-RDPK biex iżid il-produzzjoni ta' materjali nukleari, itejjeb il-kwalità tagħhom u jkompli jiżviluppa industrija nukleari indipendenti tar-RDPK. Bħala tali, l-MAEI huwa magħruf bħala attur kritiku fl-iżvilupp tal-armi nukleari tar-RDPK u jieħu ħsieb l-operazzjoni ta' kuljum tal-programm ta' armi nukleari tal-pajjiż, u taħtu hemm organizzazzjonijiet oħra fis-settur nukleari. Taħt dan il-ministeru, hemm numru ta' organizzazzjonijiet relatati mal-industrija u ċentri ta' riċerka, kif ukoll żewġ kumitati: Kumitat għall-Applikazzjoni tal-Isotopi u Kumitat għall-Enerġija Nukleari. Il-MAEI jidderieġi wkoll ċentru ta' riċerka nukleari f'Yongbyun, is-sit tal-impjanti magħrufa tal-plutonju tar-RDPK. Barra minn hekk, fir-rapport tal-Grupp ta' Esperti tal-2015, il-POE iddikjara li Ri Je-son, eks Direttur tal-GBAE, li kien magħżul mill-Kumitat stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) fl-2009, bħala parteċipant jew sostenitur ta' programmi fis-settur nukleari, inħatar kap tal-MAEI fid-9 ta' April 2014. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(h)

Munitions Industry Department (magħruf bħala: Military Supplies Industry Department) -- Indirizz: Pyongyang, RDPK. Tagħrif ieħor: Il-Munitions Industry Department huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. MID huwa responsabbli għas-superviżjoni tal-iżvilupp ta' missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż Taepo Dong-2. Il-MID jissorvelja l-produzzjoni tal-armi tar-RDPK u l-programmi R&D, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. It-tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — dawn ukoll innominati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fi snin riċenti, il-MID ħadem biex jiżviluppa KN08 road-mobile ICBM. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(i)

National Aerospace Development Administration (magħruf bħala NADA). Indirizz: RDPK. Tagħrif ieħor: NADA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-tekonoloġija spazjali tar-RDPK, inkluż l-isparar ta' satelliti u “carrier rockets”. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(j)

Office 39 (magħruf bħala (a) Office #39; (b) Office No 39; (c) Bureau 39; (d) Central Committee Bureau 39; (e) Third Floor, (f) Division 39. Indirizz: RDPK. Tagħrif ieħor: entità governattiva tar-RDPK Data tat-tismija: 2.3.2016.

(k)

Reconnaissance General Bureau (magħruf bħala (a) Chongch'al Ch'ongguk, (b) KPA Unit 586, (c) RGB). Indirizz: (a) Hyongjesan- Guyok, Pyongyang, DPRK, (b) Nungrado, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tal-RDPK, maħluqa kmieni fl-2009 bil-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Korean Workers' Party, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Ir-Reconnaissance General Bureau jinnegozja f'armi konvenzjonali u jikkontrolla l-kumpanija tal-armi konvenzjonali tar-RDPK Green Pine Associated Corporation. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(l)

It-Tieni Kumitat Ekonomiku Indirizz: Kangdong, RDPK. Tagħrif ieħor: It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tad-DPRK. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli biex jissorvelja l-produzzjoni ta' missili ballistiċi tar-RDPK u jidderieġi l-attivitajiet tal-KOMID. Data tat-tismija: 2.3.2016.

(4)

Id-dejta tal-identifikazzjoni għall-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi” hija mibdula ma' dan li ġej:

(a)

L-annotazzjoni “Namchongang Trading Corporation (magħruf ukoll bħala (a) NCG, (b) Namchongang Trading, (c) Nam Chon Gang Corporation, (d) Nomchongang Trading Co., (e) Nam Chong Gan Trading Corporation). Tagħrif ieħor: (a) tinsab fi Pyongyang, DPRK; (b) Namchongang hija kumpanija tan-negozju tal-Korea ta' Fuq subordinata għal GBAE. Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tal-Korea ta' Fuq, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattati għal programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tal-Korea ta' Fuq għall-ispezzjoni mill-IAEA tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati fil-Korea ta' Fuq. Data tat-tismija: 16.7.2009.” hija mibdula ma' dan li ġej:

“Namchongang Trading Corporation (magħrufa wkoll bħala (a) NCG, (b) Namchongang Trading, (c) Nam Chon Gang Corporation, (d) Nomchongang Trading Co., (e) Nam Chong Gan Trading Corporation (f) Namhung Trading Corporation). Tagħrif ieħor: (a) tinsab fi Pyongyang, DPRK; (b) Namchongang hija kumpanija tan-negozju tal-Korea ta' Fuq subordinata għal GBAE. Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tal-Korea ta' Fuq, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattati għal programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tal-Korea ta' Fuq għall-ispezzjoni mill-IAEA tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati fil-Korea ta' Fuq. Data tat-tismija: 16.7.2009.”

(b)

L-annotazzjoni “Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (magħrufa wkoll bħala OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, RDPK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: (a) Numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO): 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited huwa l-operatur / maniġer tal-bastiment Chong Chon Gang. Huwa kellu rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-ispedizzjoni ta' konsenja moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. Fiha innifisha, Ocean Maritime Management Company, Limited tat kontribut għal attivitajiet pprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, jiġifieri l-embargo fuq l-armi impost mir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif modifikat mir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet. Data tat-tismija: 30.7.2014.” hija mibdula ma' dan li ġej:

“Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) (aka OMM). Indirizz: (a) Donghung Dong, Central District, PO Box 120, Pyongyang, RDPK; (b) Dongheung-dong Changgwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang, DPRK. Tagħrif ieħor: (a) Numru tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO): 1790183; (b) Ocean Maritime Management Company, Limited kellh rwol importanti fl-organizzazzjoni tal-ispedizzjoni ta' konsenja moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba għar-RDPK f'Lulju 2013. Fiha innifisha, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet għal attivitajiet pprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, jiġifieri l-embargo fuq l-armi impost mir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif modifikat mir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet. (c) Ocean Maritime Management Company, Limited hija l-operatur/maniġer tal-bastimenti li ġejjin bin-Numru IMO: (a) Chol Ryong (Ryong Gun Bong) 8606173, (b) Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle) 8909575, (c) Chong Rim 2 8916293, (d) Dawnlight 9110236, (e) Ever Bright 88 (J Star) 8914934, (f) Gold Star 3 (benevolence 2) 8405402, (g) Hoe Ryong 9041552, (h) Hu Chang (0 Un Chong Nyon) 8330815, (i) Hui Chon (Hwang Gum San 2) 8405270, (j) JH 86 8602531, (k) Ji Hye San (Hyok Sin 2) 8018900, (l) Jin Tai 9163154, (m) Jin Teng 9163166, (n) Kang Gye (Pi Ryu Gang) 8829593, (o) Mi Rim 8713471, (p) Mi Rim 2 9361407, (q) Rang (Po Thong Gang) 8829555, (r) Orion Star (Richocean) 9333589, (s) Ra Nam 2 8625545, (t) Ra Nam 3 9314650, (u) Ryo Myong 8987333, v) Ryong Rim (Jon Jin 2) 8018912, (w) Se Pho (Rak Won 2) 8819017, (x) Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho) 8133530, (y) South Hill 2 8412467, (z) South Hill 5 9138680, (aa) Tan Chon (Ryon Gang 2) 7640378, (bb) Thae Pyong San (Petrel 1) 9009085, (cc) Tong Hung San (Chong Chon Gang) 7937317, (dd) Grand Karo 8511823, (ee) Tong Hung 8661575. Data tat-tismija: 28.7.2014.”


ANNESS II

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “B.Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(a)” huma mħassra:

“2.

Hesong Trading Corporation

Post: Pyongyang

Ikkontrollata mill-Korea Mining Development Corporation (KOMID) (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009); negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatat ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali. Hesong Trading Corporation hija involuta f'akkwisti għal użu potenzjali fil-programm ta' missili ballistiċi.”

“6.

Korea Kwangsong Trading Corporation

Post: Rakwon-dong, Distrett ta' Pothonggang, Pyongyang

Ikkontrollata mill-Korea Ryongbong General Corporation (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009); konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta' dan il-pajjiż.”

“10.

Munitions Industry Department (magħruf bħala: (Military Supplies Industry Department)

Post: Pyongyang

Responsabbli għas-sorveljanza tal-attivitajiet tal-industriji militari tal-Korea ta' Fuq, inkluż it-Tieni Kumitat Ekonomiku u KOMID. Dan jinkludi s-sorveljanza tal-iżvilupp tal-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Sa ftit żmien ilu, Munitions Industry Department kien immexxi minn Jon Pyong Ho; skont it-tagħrif disponibbli, dak li qabel kien l-ewwel viċi direttur tal-Munitions Industry Department (MID), Chu Kyu-ch'ang (Ju Gyu-chang), huwa d-direttur ta' bħalissa ta' MID, li hija magħrufa pubblikament bħala l-Machine Building Industry Department. Chu serva bħala s-superviżur ġenerali għall-iżvilupp tal-missili tal-Korea ta' Fuq, inkluża s-sorveljanza fil-5 ta' April, 2009 tal-isparar tal-missila Taepo Dong-2 (TD-2) u f'Lulju 2006 tal-isparar li ma rnexxiex ta' TD-2.”

“12.

Reconnaissance General Bureau (RGB) (magħruf bħala: Chongch'al Ch'ongguk; RGB; Unità KPA 586)

Post: Changgwang Street, Pyongyang, il-Korea ta' Fuq Nungrado, Pjongjang, il-Korea ta' Fuq

Ir-Reconnaissance General Bureau (RGB) huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tal-Korea ta' Fuq, maħluqa kmieni fl-2009 bil-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Korean Workers' Party, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Dan jaqa' taħt il-kmand dirett tal-Ministeru tad-Difiża u hu primarjament inkarigat mill-ġbir ta' intelligence militari. L-RGB tinnegozja f'armi konvenzjonali u tikkontrolla l-impriża tal-armi konvenzjonali Green Pine Associated Corporation (Green Pine) tal-Korea ta' Fuq.”

“13.

It-Tieni Kumitat Ekonomiku

 

It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ċentrali tal-programm ta' missili tal-Korea ta' Fuq. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tal-Korea ta' Fuq. Huwa jiddirieġi wkoll l-attivitajiet tal-KOMID (il-KOMID ġiet imsemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009). Hija organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tal-Korea ta' Fuq, fosthom missili u probabbilment armamenti nukleari. Hija tuża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża l-Korea Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tal-Korea ta' Fuq.”

(2)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” hija mħassra:

“3.

KIM Tong-Myo'ng (magħruf bħala: Kim Chin-so'k)

Data tat-twelid: 1964 Nazzjonalità: tal-Korea ta' Fuq

Kim Tong-Myo'ng jaġixxi f'isem Tanchon Commercial Bank (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009). Kim Dong Myong kellu diversi pożizzjonijiet fit-Tanchon sa mill-inqas l-2002, hu attwalment il-president ta' Tanchon. Kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang (proprjetà ta' jew ikkontrollata minn Tanchon Commercial Bank) bl-użu tal-psewdonimu Kim Chin-so'k.”

(3)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, entitatjiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” huma mħassra:

“5.

Korea Kwangson Banking Corp. (KKBC) (magħrufa bħala: Korea Kwangson Banking Corp.; KKBC)

Indirizz: Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang

Subordinarja li taġixxi f'isem ta' jew fuq ordni ta', u hija wkoll proprjetà jew ikkontrollata mill-Korea Ryonbong General Corporation (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009). Tipprovdi servizzi finanzjarji biex tappoġġa kemm lil Tanchon Commercial Bank (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009) u kemm lill-Korea Hyoksin Trading Corporation (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fis-16.7.2009); Sa mill-2008, Tanchon Commercial Bank kien qiegħed juża lil KKBC biex jiffaċilita t-trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, fosthom trasferimenti li jinvolvu fondi relatati ma' Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) (entità msemmija hekk min-Nazzjonijiet Uniti, fl-24.4.2009) minn Burma lejn iċ-Ċina fl-2009. Barra minn hekk, Hyoksin, li n-NU ddiskrevewh bħala li kien involut fl-iżvilupp ta' armi tal-qerda tal-massa, fittex li juża l-KKBC f'konnessjoni max-xiri fl-2008 ta' tagħmir b'użu doppju. Il-KKBC għandu mill-inqas fergħa barranija f'Dandong, iċ-Ċina.

6.

Office 39 of The Korean Workers' Party (magħruf bħala: Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee; Third Floor Division 39.)

Indirizz: Second KWP Government Building (Korean: Ch'o'ngsa), Chungso'ng, Urban Tower (Korean'Dong), Chung Ward, Pyongyang; Chung-Guyok (Distrett Ċentrali), Sosong Street, Kyongrim-Dong, Pyongyang; Changgwang Street, Pyongyang.

Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea hu involut f'attività ekonomika illeċita b'appoġġ għall-gvern tal-Korea ta' Fuq. Għandu fergħat madwar in-nazzjon li jiġbru u jamministraw fondi u hu responsabbli għall-qligħ ta' munita barranija għat-tmexxija għolja tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea ta' Fuq permezz ta' attivitajiet illeċiti bħat-traffikar ta' narkotiċi. Office 39 jikkontrolla numru ta' entitajiet fil-Korea ta' Fuq u barra l-pajjiż li permezz tagħhom iwettaq għadd ta' attivitajiet illeċiti fosthom il-produzzjoni, il-kuntrabandu, u d-distribuzzjoni ta' narkotiċi. Office 39 kien ukoll involut f'attentat ta' akkwist u trasferiment ta' oġġetti lussużi lejn il-Korea ta' Fuq. Office 39 jidher fost l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti bil-kompitu li jakkwistaw munita u merkanzija. Jingħad li din l-entità hija taħt il-kontroll dirett ta' KIM Jong-il; l-uffiċċju jikkontrolla bosta kumpaniji kummerċjali li wħud minnhom huma attivi f'attivitajiet illeċiti, fosthom, Daesong General Bureau, li jagħmel parti mill-grupp Daesong, l-akbar grupp ta' kumpaniji tal-pajjiż. Skont xi sorsi, Office 39 għandu uffiċċju ta' rappreżentanza f'Ruma, Beijing, Bangkok, Singapore, Hongkong u Dubai. Għad-dinja esterna Office 39 ibiddel l-isem u l-apparenza b'mod regolari. Id-direttur ta' Office 39, JON Il-chun, huwa diġà elenkat fil-lista tal-UE dwar is-sanzjonijiet.

Office 39 ipproduċa l-metamfetamina f'Sangwon, South Pyongan Province u kien involut ukoll fid-distribuzzjoni tal-metamfetamina lil kuntrabandisti fuq skala żgħira tal-Korea ta' Fuq għad-distribuzzjoni miċ-Ċina u l-Korea t'Isfel. Office 39 jopera wkoll azjendi għat-tkabbir tal-peprin fin-North Hamkyo'ng Province u n-North Pyongan Province u jipproduċi l-oppju u l-eroina f'Hamhu'ng u Nachin. Fl-2009, Office 39 kien involut fl-attentat, li falla, biex jinxtraw u jiġu esportati lejn il-Korea ta' Fuq, miċ-Ċina — żewġ jottijiet lussużi magħmula l-Italja li jiswew aktar minn USD 15-il miljun. It-tentattiv, li twaqqaf mill-awtoritajiet Taljani, biex il-jottijiet destinati għal Kim Jong-il kien qiegħed jikser is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korea ta' Fuq skont l-UNSCR 1718, li tirrikjedi b'mod speċifiku li l-Istati Membri jipprevjenu l-fornitura, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' merkanzija lussuża lejn il-Korea ta' Fuq. Office 39 qabel uża l-Banco Delta Asia għall-ħasil ta' rikavati illeċiti. Banco Delta Asia kien identifikat mid-Dipartiment tat-Teżor f'Settembru 2005 bħala ‘intrapriża primarja għall-ħasil tal-flus’ skont it-Taqsima 311 tal-PATRIOT Act tal-Istati Uniti tal-Amerika għax dan kien jirrappreżenta riskju mhux aċċettabbli ta' ħasil ta' flus u reati finanzjarji oħrajn.”


Top