Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016H0213

    Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/213 tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

    ĠU L 39, 16.2.2016, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2016/213/oj

    16.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 39/62


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/213

    tat-12 ta' Frar 2016

    dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ) għas-sena finanzjarja 2014

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) kif emendat l-aħħar,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-finanzjament tal-għajnuna tal-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perijodu 2014 sa 2020, f'konformità mal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE u dwar l-allokazzjoni tal-assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) ('il-“Ftehim Intern”) li jistabbilixxi, fost oħrajn, il-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (il-ħdax-il FEŻ), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-ħdax-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (3), u b'mod partikolari l-Artikoli 43sa 45 tiegħu,

    Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-attivitajiet iffinanzjati mit-tmien, id-disa', l-għaxar u l-ħdax-il Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (FEŻ) li jikkonċernaw is-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Kummissjoni li jinsabu f'dak ir-Rapport Annwali (4),

    Billi

    (1)

    F'konformità mal-Artikolu 11(7) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tal-ħdax-il FEŻ għandha tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

    (2)

    L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti,

    B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-ħdax-il FEŻ għas-sena finanzjarja 2014.

     

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.R.V.A. DIJSSELBLOEM


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

    (3)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

    (4)  ĠU C 373, 10.11.2015, p. 289.


    Top