This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1958
Commission Delegated Decision (EU) 2015/1958 of 1 July 2015 on the applicable systems to assess and verify constancy of performance of geosynthetics and related products pursuant to Regulation (EU) No 305/2011 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1958 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1958 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 284, 30.10.2015, p. 181–183
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/181 |
DEĊIŻJONI DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1958
tal-1 ta' Lulju 2015
dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 60(h) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-proċedura għall-attestazzjoni tal-konformità tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli ġiet stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE (2). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 96/581/KE ma tistabbilixxix kriterji dettaljati għall-għażla tas-sistemi tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni għar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati. |
(3) |
Is-sistemi stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 għandhom jintgħażlu b'mod aktar adegwat biex tiġi vvalutata l-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati. Hekk il-manifatturi għandu jkollhom aċċess għas-suq intern b'mod aktar effiċjenti u b'hekk jikkontribwixxu għal kompetittività akbar fl-industrija tal-bini kollha kemm hi. |
(4) |
Għalhekk, fl-interessi taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni 96/581/KE għandha titħassar u tiġi sostitwita, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodotti ġeosintetiċi u għall-prodotti relatati stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
Il-prodotti ġeosintetiċi u l-prodotti relatati msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu vvalutati u vverifikati għall-kostanza tal-prestazzjoni fir-rigward tal-karatteristiċi essenzjali tagħhom f'konformità mas-sistemi speċifikati fl-Anness II.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni 96/581/KE titħassar.
Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE tal-24 ta' Ġunju 1996 dwar il-proċedura sabiex tattesta l-konformità tal-prodotti għall-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttva tal-Kunsill 89/106/KEE rigward il-ġeotessuti (ĠU L 254, 8.10.1996, p. 59)
ANNESS I
PRODOTTI KOPERTI
Din id-Deċiżoni tapplika għal dawn il-prodotti li ġejjin:
1. |
Il-prodotti ġeosintetiċi (membrani u tessuti) użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija |
2. |
Il-prodotti ġeokompożiti użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija |
3. |
Il-prodotti ġeogrilji użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija |
4. |
Il-prodotti ġeomembrani użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija |
5. |
Il-prodotti ġeoxbieki użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija |
ANNESS II
IS-SISTEMI TAL-VALUTAZZJONI U TAL-VERIFIKA TAL-KOSTANZA TAL-PRESTAZZJONI
Għall-prodotti koperti minn din id-Deċiżjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi essenzjali tagħhom, is-sistemi tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni japplikaw kif ġej:
Tabella 1
Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar
Prodotti |
Karatteristiċi Essenzjali |
Is-sistema applikabbli tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 |
Il-prodotti ġeosintetiċi (membrani u tessuti), il-prodotti ġeokompożiti, il-prodotti ġeogrilji, il-prodotti ġeomembrani u l-prodotti ġeoxbieki użati għas-separazzjoni, għall-protezzjoni, għad-drenaġġ, għall-filtrazzjoni jew għar-rinfurzar tal-ħamrija |
Għall-karatteristiċi essenzjali kollha għajr ir-reazzjoni għan-nar |
2+ |
Tabella 2
Ir-reazzjoni għan-nar biss
Għall-prodotti kollha indikati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1, is-sistemi tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni huma determinati, skont is-subfamilji tagħhom, kif ġej:
Is-subfamilji tal-prodott |
Is-sistemi applikabbli tal-Valutazzjoni u tal-Verifika tal-Kostanza tal-Prestazzjoni kif stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 |
Il-prodotti li għalihom stadju identifikabbli b'mod ċar fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom jirriżulta f'titjib fil-prestazzjoni tar-reazzjoni tagħhom għan-nar (eż. iż-żieda ta' ritardanti tan-nar jew il-limitazzjoni ta' materjali organiċi) |
1 |
Il-prodotti li għalihom teżisti bażi ġuridika Ewropea applikabbli għall-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni tagħhom għan-nar mingħajr ittestjar |
4 |
Il-prodotti li mhumiex parti mis-subfamilji indikati fir-ringieli 1 u 2 |
3 |