|
Ismijiet
Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa
Traskrizzjoni ta' ortografija Russa
|
Ismijiet
(ortografija Bjelorussa)
|
Ismijiet
(ortografija Russa)
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet għall-elenkar
|
4.
|
Alinikau Siarhei Aliaksandravich (Alinikau Siarhey Alyaksandravich) Aleinikov Sergei Aleksandrovich
|
АЛИНИКАЎ, Сяргей Аляксандравич
|
АЛEЙНИКOВ, Сергей Aлександрович
|
Indirizz:
Исправительное учреждение “Исправительная колония № 17” управления Департамента исполнения наказаний МВД Республики Беларусь по Могилевской области, г. Шклов, Могилевская область
|
Maġġur, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq priġunieri politiċi billi ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza u laqgħat, ħareġ ordnijiet biex jiġu soġġetti għal reġim kriminali aktar strett, tiftix u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Huwa kien direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni fl-2011-2012 bl-użu ta' forza eċċessiva kontrihom. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
|
7.
|
Ananich, Liliia Stanislavauna
(Ananich, Lilia Stanislavauna; Ananich, Liliya Stanislavauna)
Ananich, Liliia Stanislavovna
(Ananich, Lilia Stanislavovna; Ananich, Liliya Stanislavovna)
|
АНАНIЧ, Лiлiя Станiславаўна
|
АНАНИЧ, Лилия Станиславовна
|
Data tat-twelid: 1960
Post tat-twelid: Leonovo, district of Borisov, region of Minsk
ID: 4020160A013PB7
Indirizz:
220004, г. Минск, пр. Победителей, 11 Министерствo информации Belarus
|
Ministru tal-Informazzjoni mit-30.6.2014 'il hawn, kienet l-Ewwel Viċi Ministru tal-Informazzjoni. Sa mill-2003 kellha rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat, li tipprovoka, tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, u billi trażżan il-libertà tal-mezzi tal-informazzjoni. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.
|
10.
|
Atabekau, Khazalbek Bakhtibekavich
Atabekov, Khazalbek Bakhtibekovich
|
АТАБЕКАЎ, Хазалбек Бактiбекавiч
|
АТАБЕКОВ, Хазалбек Баxтибекович (АТАБЕКОВ, Кхазалбек Баxтибекович)
|
Indirizz:
Главное Управление Командующего Внутренними Войсками
|
220028 г. Минск, ул.Маяковского, 97
|
|
Kurunell, Viċi Kap tad-Dipartiment tat-taħriġ fil-ġlied tat-truppi tal-Ministeru tal-Intern, eks kmandant ta' brigata speċjali ta' Truppi Interni fis-subborg ta' Uruchie, f'Minsk. Huwa kkmanda l-unità tiegħu matul it-trażżin tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010 fejn sar użu eċċessiv ta' qawwa. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
|
11.
|
Badak Ala Mikalaeuna
Bodak Alla Nikolaevna
|
БАДАК, Ала Мiкалаеўна
|
БОДАК, Алла Николаевна
|
Data tat-twelid: 30.8.1967
Numru tal-passaport: SP0013023
Indirizz:
220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции
|
(10 Kollektornaya str.)
|
Belarus
|
|
Viċi Ministru tal-Ġustizzja, inkarigata mis-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura, li qabel kienet inkarigata mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw atti leġislattivi u regolatorji.
Hija kienet responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi elaborat liġijiet li huma repressivi fir-rigward tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
12.
|
Bakhmatau, Ihar Andreevich
Bakhmatov, Igor Andreevich
|
БАХМАТАЎ, Irap Андрэевiч
|
БАХМАТОВ, Игорь Андреевич
|
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tad-dmirijiet tagħhom, kien resposnsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ġie riassenjat mal-forzi tar-riżerva f'Mejju 2012.
|
16.
|
Barouski Aliaksandr Genadzevich
Borovski Aleksandr Gennadievich
|
БАРОЎСКI, Аляксандр Генадзевiч
|
БОРОВСКИЙ, Александр Геннадиевич
|
Indirizz:
Прокуратура Октябрьского района 220039 г.Минск, ул.Авакяна, 32
|
Viċi Prosekutur tad-Distrett ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich u Vladimir Homichenko. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.
|
17.
|
Barsukou, Aliaksandr Piatrovich
Barsukov, Aleksandr Petrovich
|
БАРСУКОЎ, Аляксандр Пятровiч
|
БАРСУКОВ, Александр Петрович
|
Data tat-twelid: 29.4.1965
Indirizz:
Беларусь, 220007 г. Минск, переулок Добромысленский, 5
|
ГУВД Минского Горисполкома
|
|
Ġeneral, Kap tal-pulizija ta' Minsk. Sa mill-ħatra tiegħu bħala Kap tal-pulizija ta' Minsk fil-21 ta' Ottubru 2011, kien responsabbli, bħala kmandant, għar-repressjoni ta' madwar tużżana dimostranti paċifiċi f'Minsk, li aktar tard ġew ikkundannati għal ksur ta' liġi f'avvenimenti tal-massa. Għal diversi snin huwa kkmanda l-azzjoni tal-pulizija kontra d-dimostrazzjonijiet fit-toroq tal-oppożizzjoni.
|
22.
|
Bileichyk, Aliaksandr Uladzimiravich Bileichik, Aleksandr Vladimirovich (Bileychik, Aleksandr Vladimirovich)
|
БIЛЕЙЧЫК, Аляксандр Уладзiмiравiч
|
БИЛЕЙЧИК, Александр Владимирович
|
Data tat-twelid: 1964
|
Kien l-ewwel Viċi Ministru tal-Ġustizzja (sa Diċembru 2014), inkarigat mis-servizzi ġudizzjarji, l-istatus ċivili u s-servizzi notarili. Il-funzjonijiet tiegħu jinkludu s-superviżjoni u l-kontroll tal-Avukatura. Kellu rwol prinċipali fit-tneħħija mill-professjoni kważi sistematika tal-avukati li ddefendew priġunieri politiċi.
|
25.
|
Bulash, Ala Biukbalauna
Bulash, Alla Biukbalovna
|
БУЛАШ, Ала Бюкбалаўнa
|
БУЛАШ, Алла Бюкбаловнa
|
|
Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Kastrichnitski ta' Minsk responsabbli għall-materji kriminali u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Hija trattat il-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Andrei Protasenia u Vladimir Homichenko. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.
|
28.
|
Busko, Ihar Iauhenavich (Busko, Ihar Yauhenavich Busko, Igor Evgenievich (Busko, Igor Yevgenyevich)
|
Бусько, Irap Яўгенавiч
|
Бусько, Игорь Евгеньевич
|
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Brest. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Brest u fil-Bjelorussja.
|
31.
|
Charkas, Tatsiana Stanislavauna
(Cherkas, Tatsiana Stanislavauna)
Cherkas, Tatiana Stanislavovna
|
Чаркас, (ЧЭРКАС) Таццяна Станiславаўна
|
Черкас, Татьяна Станиславовна
|
Indirizz:
Суд Партизанского района г. Минска
|
220027, г. Минск, ул. Семашко, 33
|
|
President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski ta' Minsk, eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Frunzenski ta' Minsk, li qed tittratta l-kawżi tad-dimostranti Aleksandr Otroshchenkov (ikkundannat għal 4 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti), Aleksandr Molchanov (3 snin) u Dmitri Novik (3,5 snin priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti). Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali politikament motivati kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.
|
38.
|
Davydzka, Henadz Branislavavich
Davydko, Gennadi Bronislavovich
|
ДАВИДЗЬКА, Генадзь Бранiслававiч
|
ДАВЫДЬКО, Геннадий Брониславович
|
Data tat-twelid: 29.9.1955, Senno, Vitebsk region
Indirizz:
Белтеле-радиокомпания,
|
ул. Макаенка, 9, Минск, 220807, Беларусь
|
|
President tal-kumpannija Radio-TV tal-Istat mit-28 ta' Diċembru 2010 'il hawn. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala demokratiku awtoritarju, kien responsabbli għall-promozzjoni tal-propaganda tal-Istat fuq it-TV, li appoġġat u ġġustifikat ir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili jitpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju, bl-użu ta' informazzjoni falsifikata.
|
40.
|
Dysko, Henadz Iosifavich
Dysko, Gennadi Iosifovich
|
ДЫСКО, Генадзь Iосiфавiч
|
ДЫСКО, Генадий Иосифович
|
Data tat-twelid: 22.3.1964
Post tat-Twelid: Oshmiany, Hrodna region
Indirizz:
210601 г.Витебск, ул. Жесткова, 14а
|
(ul. Zhestkova, 14a Vitebsk)
|
|
Kap prosekutur tar-Reġjun ta' Vitebsk minn Ottubru 2006. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Dan jinkludi r-responsabbiltà għal kawżi kontra Siarhei Kavalenka u Andrei Haidukow.
|
41.
|
Dzemiantsei, Vasil Ivanavich (Dzemyantsey, Vasil Ivanovich)
Dementei, Vasili Ivanovich
(Dementey, Vasili Ivanovich)
|
ДЗЕМЯНЦЕЙ, Васiль Iванавiч
|
ДЕМЕНТЕЙ, Василий Иванович
|
Data tat-twelid: 20.9.1954
Post tat-Twelid: Chashniki district, Vitebsk region
ID: 3200954E045PB4
Indirizz:
Гродненская региональная таможня
|
230003, г. Гродно, ул. Карского, 53
|
|
Kap tal-Kumitat reġjonali tad-Dwana ta' Hrodna, (mit-22 ta' April 2011), kien l-Ewwel Viċi President tal-KGB (2005-2007), eks Viċi Kap tal-Kumitat tad-Dwana tal-Istat (2007-2011).
Huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b'mod partikolari fl-2006 u l-2007.
|
42.
|
Dziadkou, Leanid Mikalaevich
Dedkov, Leonid Nikolaevich
|
ДЗЯДКОЎ, Леанiд Мiкалаевiч
|
ДЕДКОВ, Леонид Николаевич
|
Data tat-twelid: 10.1964
ID: 3271064M000PB3
|
Eks Viċi Kap tal-KGB (2010 sa Lulju 2013), inkarigat mill-intelligence estera. Kien responsabbli wkoll ma' oħrajn għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u oppożizzjoni demokratika.
|
48.
|
Halavanau, Viktar Ryhoravich
Golovanov, Viktor Grigorievich
|
ГАЛАВАНАЎ, Biктap Pыгopaвiч
|
ГОЛОВАНОВ, Виктор Григорьевич
|
Data tat-twelid: 15.12.1952, Borisov
Indirizz:
ul. Oktyabrskaya, 5
|
Minsk
|
|
Rettur tal-“Istitut privat tad-Dritt tal-Bjelorussja”. Bħala eks Ministru tal-Ġustizzja, is-servizzi tiegħu fasslu liġijiet li huma repressivi lejn is-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Huwa wkoll ċaħad jew neħħa r-reġistrazzjoni lil NGOs u partiti politiċi u injora atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.
|
50.
|
Herasimenka, Henadz Anatolievich Gerasimenko, Gennadi Anatolievich
|
ГЕРАСIМЕНКА, Генадзь Анатольевiч
|
ГЕРАСИМЕНКО, Геннадий Анатольевич
|
Indirizz:
“Институт национальной безопасности Республики Беларусь”
|
220034, г.Минск, ул.З.Бядули, 2
|
|
Viċi Kap tal-Istitut tas-Sigurtà Nazzjonali (skola tal-KGB) u eks Kap tal-KGB tad-Distrett ta' Vitebsk.
Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Vitebsk.
|
54.
|
Hrachova, Liudmila Andreeuna
(Hrachova, Lyudmila Andreyeuna)
Gracheva, Liudmila Andreevna
(Grachova, Lyudmila Andreyevna;
Grachiova, Ludmila Andreevna)
|
ГРАЧОВА, Людмiла Андрэеўна
|
ГРАЧЕВА, Людмила Андреевна
|
Indirizz:
Суд Ленинского района города Минска
|
ул. Семашко, 33
|
220027, г. Минск
|
|
Eks imħallef u Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Leninski ta' Minsk. Trattat il-kawża tal-eks kandidati presidenzjali Nikolai Statkevich u Dmitri Uss, kif ukoll tal-attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili Andrei Pozniak, Aleksandr Klaskovski, Aleksandr Kvetkevich, Artiom Gribkov u Dmitri Bulanov. Il-mod kif mexxiet il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.
|
55.
|
Hureeu Siarhei Viktaravich
(Hureyeu Siarhey Viktaravich)
Gureev Sergei Viktorovich,
(Gureyev Sergey Viktorovich)
|
ГУРЭЕЎ, Сяргей Biктapaвiч
|
ГУРЕЕВ, Сергей Викторович
|
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala eks Viċi Ministru tal-Intern u Kap tal-Investigazzjoni Preliminari, huwa kien responsabbli għas-soppressjoni vjolenti ta' protesti u ksur tad-drittijiet tal-bniedem matul il-proċedimenti tal-investigazzjonijiet fir-rigward tal-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Ingħaqad mal-forzi ta' riżerva fi Frar 2012. Attwalment huwa Ġeneral fil-forzi ta' riżerva.
|
60.
|
Iaruta, Viktar Heorhevich
(Yaruta, Viktar Heorhevich) Iaruta, Viktor Gueorguievich (Yaruta, Viktor Gueorguievich)
|
ЯРУТА, Вiктар Георгіевіч
|
ЯРУТА, Виктор Георгиевич
|
|
Kap tal-Bord tal-KGB għall-Komunikazzjonijiet tal-Istat. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
61.
|
Iasianovich, Leanid Stanislavavich (Yasianovich, Leanid Stanislavavich)
Iasenovich, Leonid Stanislavovich (Yasenovich, Leonid Stanislavovich)
|
ЯСЯНОВIЧ, Леанiд Станiслававiч
|
ЯСЕНОВИЧ, Леонид Станиславович
|
Data tat-twelid: 26.11.1961
Post tat-Twelid: Buchani, Vitebsk district
Indirizz:
Glavnoye Upravlenie Yustitsy Mingorispolkoma
|
220030 Minsk
|
Prospekt Nezavisimosti 8
|
Numru tal-passaport: MP0515811
|
L-ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Prinċipali tal-Ġustizzja tal-Amministrazzjoni tal-Belt ta' Minsk. Eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali Ċentrali ta' Minsk. Fis-6 ta' Awwissu 2006, ikkundanna għall-ħabs lill-attivisti tas-soċjetà ċivili tal-Inizjattiva Ċivika “Sħubija” talli mmonitorjaw l-elezzjonijiet Presidenzjali fl-2006. Nikolai Astreiko ġie kkundannat għal sentejn ħabs, Timofei Dranchuk għal sena, Aleksandr Shalaiko u Enira Bronitskaya għal 6 xhur. Fl-2007, 2010, 2011 u 2012, huwa kkundanna diversi attivisti għal jiem il-ħabs; partikolarment fl-20 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lil Andrei Luhin, Serhey Krauchanka u Stanislau Fedorau għal 10 ijiem ħabs, u lil Volha Chernykh għal 12-il jum ħabs. Fil-21 ta' Diċembru 2010, ikkundanna lil Mykalai Dzemidenka għal 15-il jum ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011, huwa kkundanna żewġ attivisti li pparteċipaw f'azzjoni marbuta mal-anniversarju tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, Vassil Parfenkau u Siarhey Pavel rispettivament għal 15 u 12-il jum ħabs.
Fis-6 ta' Settembru 2012, huwa kkundanna lil Aliaksey Tseply għal 5 ijiem ħabs għar-reżistenza allegata għal pulizija, filwaqt li kien qed iqassam gazzetta tal-oppożizzjoni f'Minsk ċentrali.
Il-mod kif mexxa l-proċessi kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.
|
62.
|
Iauseev, Ihar Uladzimiravich
(Yauseev, Ihar Uladzimiravich; Yauseyev, Ihar Uladzimiravich)
Evseev, Igor Vladimirovich (Yevseev, Igor Vladimirovich; Yevseyev, Igor Vladimirovich)
|
ЯЎСЕЕЎ, Irap Уладзiмiравiч
|
ЕВСЕЕВ, Игорь Владимирович
|
Data tat-twelid: 1968
Indirizz:
Minsk 220073 Kalvariiskaya 29
|
Kap tal-Pulizija reġjonali ta' Minsk (minn Marzu jew April 2015), eks Kap tal-pulizija reġjonali ta Vitebsk, pulizija ġenerali (mill-2013). EksViċi Kap tal-Pulizija ta' Minsk u Kap tal-iskwadra ta' kontra l-irvellijiet (OMON) ta' Minsk. Kellu l-kmand tat-truppi li xejnu d-dimostrazzjonijiet paċifiċi tad-19 ta' Diċembru 2010 u ħa sehem personalment fil-brutalità, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. Fl-2011, kellu l-kmand ukoll tat-truppi li rażżnu diversi protesti oħra minn attivisti politiċi u ċittadini paċifiċi f'Minsk.
|
63.
|
Ihnatovich-Mishneva, Liudmila
Ignatovich-Mishneva, Liudmila
|
IГНАТОВIЧ-МIШНЕВА Людмiла
|
ИГНАТОВИЧ- МИШНЕВА Людмила
|
|
Prosekutur f'Minsk li fl-2011 kienet involuta fiċ-ċaħda tal-appell kontra s-sentenza ta' Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Molodoi Front (Front taż-Żgħażagħ). Il-proċess kien jikkostitwixxi ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.
|
66.
|
Kachanau Uladzimir Uladzimiravich Kachanov Vladimir Vladimirovich
|
КАЧАНАУ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч
|
КАЧАНОВ, Владимир Владимирович
|
Indirizz:
220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции
|
(10 Kollektornaya str.)
|
Belarus
|
|
Ajjutant/Konsulent għall-Ministru tal-Ġustizzja. Bħala l-ajjutant għall-Ministru tal-Ġustizzja, huwa kien responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-ġudikatura tal-Bjelorussja, billi elabora liġijiet li huma repressivi għas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, issorvelja l-ħidma tal-imħallfin u l-prosekuturi, caħad jew neħħa r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi, ħa deċiżjonijiet kontra avukati li jiddefendu l-priġunieri politiċi, kif ukoll injora deliberatament l-atti illegali mwettqa mis-servizzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni.
|
67.
|
Kadzin, Raman Viktaravich
Kadin, Roman Viktorovich
|
КАДЗIН, Раман Вiктаравiч
|
КАДИН, Роман Викторович
|
Data tat-twelid: 17.7.1977
Present passport: MP3260350
|
Uffiċjal Kmandant tal-Provvista Teknika u tal-Armi tas-Servizz tal-Għassa Motorizzata.
Fi Frar 2011, huwa rċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka għall-parteċipazzjoni attiva tiegħu u l-implimentazzjoni tal-ordnijiet matul ir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.
|
68.
|
Kakunin, Aliaksandr Aliaksandravich
(Kakunin, Aliaxandr Aliaxandravich)
Kakunin, Aleksandr Aleksandravich
(Kakunin, Alexandr Alexandrovich)
|
КАКУНИН Александр Александрович
|
КАКУНІН Аляксандр, Аляксандровіч
|
Indirizz:
Исправительная колония № 2
|
213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1
|
|
Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, imċaħħda mill-aċċess għall-avukati u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-superviżjoni tiegħu. Kakunin għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.
|
69.
|
Kalach, Uladzimir Viktaravich
Kalach, Vladimir Viktorovich
|
КАЛАЧ, Уладзiмiр Вiктаравiч
|
КАЛАЧ, Владимир Викторович
|
|
Kap tal-KGB tar-reġjun u l-belt ta' Minsk u eks Viċi Kap tal-KGB għal Minsk. Responsabbli għall-attività repressiva tas-soċjetà ċivili tal-KGB u l-oppożizzjoni demokratika f'Minsk.
|
73.
|
Kanapliou, Uladzimir Mikalaevich
Konoplev, Vladimir Nikolaevich
|
КАНАПЛЕЎ, Уладзiмiр Мiкалаевiч
|
КОНОПЛЕВ, Владимир Николаевич
|
Data tat-twelid: 3.1.1954
Post tat-Twelid: Akulintsi, Mohilev region
ID: 3030154A124PB9
Indirizz:
220114, Filimonova Str., 55/2, Minsk, Belarus
|
Huwa għandu rabtiet mill-qrib mal-President Lukashenka li miegħu ħadem mill-qrib matul is-snin tmenin u l-aktar fis-snin disgħin. Viċi Kap tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali (Il-Kap huwa Alexandr Lukashenka). Kap tal-Federazzjoni tal-Handball, elett mill-ġdid fl-2014. Eks President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament. Kien wieħed mill-atturi ewlenin fl-elezzjoni presidenzjali frodulenti fl-2006.
|
80.
|
Kazheunikau Andrey Kozhevnikov Andrey
|
КАЖЭЎНIКАЎ, Андрэйу
|
КОЖЕВНИКОВ, Андрей
|
|
Kap tal-Kumitat Investigattiv tad-distrett ta' Oktiabrsky ta' Minsk, Eks prosekutur pubbliku tal-kawża kontra l-eks kandidati presidenzjali Vladimir Neklyaev, Vitaly Rimashevsky, il-membri tat-tim tal-kampanja ta' Neklyaev, Andrei Dmitriev, Aleksandr Feduta u Sergei Vozniak, kif ukoll il-Viċi President tal-Front taż-Żgħażagħ, Anastasia Polozhanka. L-akkuża ppreżentata minnu kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kienet tikser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija kienet ibbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenza, provi jew testimonjanzi tax-xhieda.
|
83.
|
Kharyton, Aliaksandr Khariton, Aleksandr
|
ХАРЫТОН, Аляксандр
|
ХАРИТОН, Александр
|
Indirizz:
220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции
|
(10 Kollektornaya str.)
|
Belarus
|
|
Konsulent Anzjan tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet Soċjali, Partiti u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Ilu jieħu attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-2001, billi personalment ċaħad li jirreġistra NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.
|
89.
|
Kisialiou, Anatol Siamionavich
Kiselev, Anatoli Semenovich
(Kiselyov, Anatoli Semyonovich)
|
КИСЯЛЕЎ, Анатоль Сяменавiч
|
КИСЕЛЕВ, Анатолий Семенович
|
Indirizz:
Брестский областной комитет профсоюза работников государственных учреждений
|
224005, г. Брест,
|
ул. К. Маркса, 19
|
|
EksKap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010. Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali fir-reġjun ta' Brest għall-elezzjonijiet lokali f'Marzu 2014. Kap tal-organizzazzjoni ta' trade unions reġjonali favur-ir-reġim. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għal falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Brest.
|
94.
|
Kornau, Uladzimir Uladzimiravich
Kornov, Vladimir Vladimirovich
|
КОРНАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч
|
КОРНОВ, Владимир Владимирович
|
Indirizz:
Суд Советского района г. Минска
|
220113, г. Минск, Логойский тракт, 3
|
|
Kap tal-Qorti Distrettwali ta' Sovetski ta' Minsk, eks Imħallef fil-Qorti tal-Belt ta' Minsk li awtorizza ċ-ċaħda tal-appell ta' Byalyatski. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.
|
95.
|
Korzh, Ivan Aliakseevich
Korzh, Ivan Alekseevich
|
КОРЖ, Iван Аляксеевiч
|
КОРЖ, Иван Алексеевич
|
Indirizz:
KGB Training Centre Бядули 2, 220034, Минск
|
Maġġur Ġeneral, maħtur bħala l-Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Hrodna.
|
101.
|
Kryshtapovich, Leu Eustafievich
(Kryshtapovich, Leu Yeustafievich)
Krishtapovich, Lev Evstafievich
(Krishtapovich, Lev Yevstafievich)
|
КРЫШТАПОВIЧ, Леў Еўстафьевiч
|
КРИШТАПОВИЧ, Лев Евстафьевич
|
Data tat-twelid: 1949
Post tat-Twelid: Pekalin, Smolevichi district, Minsk region
Indirizz:
Научно-исследовательский отдел Белорусского государственного университета культуры
Minsk
|
Kap tad-Dipartiment tar-Riċerka Xjentifika tal-Università tal-Kultura u l-Arti tal-Istat (minn Settembru 2014). Eks Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Informazzjoni u l-Analiżi tal-Amministrazzjoni tal-President li jaġixxi bħala wieħed mill-għejun prinċipali tal-propaganda tal-istat, li jappoġġa u jiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.
|
104.
|
Kuliashou, Anatol Nilavich
Kuleshov, Anatoli Nilovich
|
КУЛЯШОЎ, Анатоль Нiлавiч
|
КУЛЕШОВ, Анатолий Нилович
|
Data tat-twelid: 25.7.1959
Post tat-Twelid: Ali-Bairamly, Azerbaijan
ID: 3250759A066PB3
Indirizz:
220030 Minsk, K. Marx st. 3
|
Konsulent fid-Dipartiment għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u d-drogi, il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sikurezza u sfidi u theddidiet ġodda għall-Kumitat Eżekuttiv tas-CIS. Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala Ministru tal-Intern ikkmanda t-truppi tal-Ministeru tal-Intern li wettqu repressjoni brutali tad-dimostrazzjonijiet paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010 u wera li kien kburi minn din ir-responsabbiltà. Assenjat mal-forzi ta' riżerva tal-armata f'Jannar 2012.
|
105.
|
Kuzniatsou, Ihar Nikonavich
Kuznetsov, Igor Nikonovich
|
КУЗНЯЦОЎ, Irap Нiконaвiч
|
КУЗНЕЦОВ, Игорь Никонович
|
|
Maġġur Ġeneral, eks Kap taċ-Ċentru ta' Taħriġ tal-KGB, eks Kap tal-KGB fir-reġjun ta' Minsk u fil-belt ta' Minsk, mibgħut fil-forzi ta' riżerva. Bħala l-persuna responsabbli għat-tħejjija u t-taħriġ tal-persunal tal-KGB, huwa kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fir-rigward tal-funzjonijiet preċedenti tiegħu, huwa kien responsabbli għall-istess attività repressiva tal-KGB fil-belt ta' Minsk u fir-reġjun ta' Minsk.
|
110.
|
Laptsionak, Ihar Mikalaevich
Laptionok, Igor Nikolaevich
|
ЛАПЦЕНАК, Irap Мiкалаевiч
|
ЛАПТЕНОК, Игорь Николаевич
|
Data tat-twelid: 31.8.1947,
Post tat-Twelid: Minsk
Indirizz:
220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5
|
Membru tal-Bord tal-Għaqda tal-Kittieba li hija favur ir-reġim. Responsabbli għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tat-tixrid ta' informazzjoni falsifikata permezz tal-mezzi ta' komunikazzjoni kkontrollati mill-Istat. Bħala eks Viċi Ministru tal-Informazzjoni kellu rwol prinċipali fil-promozzjoni tal-propaganda tal-istat li tappoġġa u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. L-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili tpinġew sistematikament b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata u li mhix vera.
|
112.
|
Lazavik, Mikalai Ivanavich Lozovik, Nikolai Ivanovich
|
ЛАЗАВIК, Мiкалай Iванавiч
|
ЛОЗОВИК Николай Иванович
|
Data tat-twelid: 18.1.1951
Nevinyany, Minsk region (Невинянн Вилейского р-на Минской обл)
ID: 3180151H004PB2
Indirizz:
220010, г.Минск, ул.Советская, 11
|
Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Bjelorussja.
Mis-sena 2000 kien wieħed mill-atturi ewlenin involuti fil-falsifikazzjonijiet f'elezzjonijiet u referenda frodulenti, b'mod partikolari fl-2004, l-2006, l-2008, l-2010, l-2012, l-2014.
|
113.
|
Lemiashonak, Anatol Ivanavich
Lemeshenok, Anatoli Ivanovich
|
ЛЕМЯШОНАК, Анатоль Iванавiч
|
ЛЕМЕШЕНОК, Анатолий Иванович
|
Data tat-twelid: 14.5.1947
Indirizz:
220013, г. Минск, ул. Б. Хмельницкого 10а
|
President tal-Unjoni Bjelorussa tal-Ġurnalisti li hija favur ir-reġim. Kap Editur ta' “Respublika”, gazzetta tal-Kunsill tal-Ministri. Fil-pożizzjoni tiegħu huwa wieħed mill-aktar membri li jinstema' u influwenti tal-magna ta' propaganda tal-Istat fil-midja stampata. Huwa appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, li huma sistematikament deskritti b'mod negattiv u derogatorju bl-użu ta' informazzjoni falsifikata, partikolarment wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2010.
|
116.
|
Liushtyk, Siarhei Anatolievich
(Lyushtyk, Siarhey Anatolyevich)
Liushtyk, Sergei Anatolievich
(Lyushtyk, Sergey Anatolyevich)
|
ЛЮШТЫК, Сяргей Анатольевiч
|
ЛЮШТЫК, Сергей Анатольевич
|
Indirizz:
Суд Первомайского района г. Минска
|
220012, г. Минск, ул. Толбухина, 9
|
|
Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pervomaiski ta' Minsk. Fl-2010-2011 immulta jew ikkundanna lir-rappreżentanti li ġejjin tas-soċjetà ċivili għad-dimostrazzjonijiet paċifiċi tagħhom: a) 2011.7.14, Struy Vitali, 10 unitajiet bażi ta' kuljum (35 000 BLR); b) 2011.7.4, Shalamitski Paval, 10 ijiem ħabs; c) 2010.12.20, Sikirytskaya Tatsyana, 10 ijiem ħabs; d) 2010.12.20, Dranchuk Yuliya, 13-il jum ħabs; e) 2010.12.20, Lapko Mikalay, 12-il jum ħabs; f) 2010.12.20, Pramatoraw Vadzim, 12-il jum ħabs.
Impona ripetutament sentenzi ta' ħabs u multi kbar kontra dawk involuti f'dimostrazzjonijiet paċifiċi u, b'riżultat ta' dan, kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja. Fl-24 ta' Lulju 2012, anki wara l-inklużjoni tiegħu fuq il-lista ta' sanzjonijiet, huwa mmulta għal ħuliganiżmu doluż lill-attivist tal-oppożizzjoni, Andrej Molchan, li ġie msawwat severament minn żewġ pulizija.
|
117.
|
Lomats, Zianon Kuzmich
Lomat, Zenon Kuzmich
|
ЛОМАЦЬ, Зянон Кузьмiч
|
ЛОМАТЬ, Зенон Кузьмич
|
Data tat-twelid: 27.1.1944, Karabani, Minsk region
|
Ħadem attivament biex jimmina d-demokrazija fil-Bjelorussja. Fir-rwol li kellu bħala President tal-Kumitat għall-Kontroll mill-Istat (sat-28 ta' Diċembru 2010) kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fil-każ ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri mill-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.
|
118.
|
Lapatka, Aliaksandr Aliaksandravich
(Lapatka, Aliaxandr Aliaxandravich)
Lopatko, Aleksandr Aleksandrovich
(Lopatko, Alexandr Alexandrovich)
|
ЛОПАТКО Александр Александрович
|
ЛАПАТКА Аляксандр Аляксандровіч
|
Indirizz:
Исправительная колония № 9
|
213410, г. Горки, ул. Добролюбова, 16
|
|
Kap tal-kolonja penali IK-9 f'Horki, responsabbli għat-trattament inuman ta' D. Dashkevich, li jinkludi torturi u ċaħda tal-aċċess għal rappreżentanti legali. Lopatko kellu pożizzjoni ewlenija fil-kolonja penali fejn inżamm Dashekevich u fejn ġiet applikata pressjoni psikoloġika, inkluża ċ-ċaħda ta' irqad u l-iżolament, fuq il-priġunieri politiċi inkluż is-Sur Dashekevich.
|
119.
|
Lukashenka, Aliaksandr Ryhoravich Lukashenko, Aleksandr Grigorievich
|
ЛУКАШЭНКА, Аляксандр Pыгopaвiч
|
ЛУКАШЕНКО, Александр Григорьевич
|
Data tat-twelid: 30.8.1954
Post tat-Twelid: Kopys, Vitebsk district
Indirizz:
Резиденция Президента Республики Беларусь
|
г. Минск, ул.Кирова, д. 43
|
|
President tar-Repubblika tal-Bjelorussja.
|
121.
|
Lukashenka, Viktar Aliaksandravich
Lukashenko, Viktor Aleksandrovich
|
ЛУКАШЭНКА, Biктap Аляксандравiч
|
ЛУКАШЕНКО, Виктор Александрович
|
Data tat-twelid: 28.11.1975
Indirizz:
Администрация президента Республики Беларусь
|
220016, Минск, Маркса 38
|
|
Assistent/Ajjutant tal-President f'Affarijiet ta' Sigurtà Nazzjonali. F'Mejju 2013, inħatar kosuperviżur tal-Kummissjoni Bjelorussa-Russa dwar l-Esportazzjoni tal-Potaxx minn missieru. Bħala wieħed mill-eqreb kollaboraturi tiegħu, kellu rwol ċentrali fil-miżuri repressivi implimentati kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili. Bħala membru ewlieni tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Istat, kien responsabbli għall-koordinazzjoni ta' miżuri repressivi kontra l-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fir-repressjoni vjolenti tad-dimostrazzjoni tad-19 ta' Diċembru 2010.
|
122.
|
Lukomski, Aliaksandr Valiantsinavich Lukomski, Aleksandr Valentinovich
|
ЛУКОМСКI, Аляксандр Валянцiнавiч
|
ЛУКОМСКИЙ, Александр Валентинович
|
Data tat-twelid: 12.8.1971
ID: 3120871A074PB7
|
Kmandant tar-Riġment Speċjali tal-Ministeru tal-Intern tal-Belt ta' Minsk.
Huwa kkmanda t-truppi li rażżnu dimostrazzjoni paċifika fid-19 ta' Diċembru 2010, u għal dan irċieva premju u ittra ta' rikonoxximent mill-President Lukashenka fi Frar 2011. F'Ġunju 2011, ikkmanda wkoll truppi li wettqu repressjoni fuq ċittadini paċifiċi f'Minsk. Fis-7 ta' Mejju 2014, ir-riġment taħt il-kmand tiegħu rċieva bandiera speċjali ta' rikonoxximent mill-Ministeru tal-Affarijiet Interni.
|
124.
|
Makei, Uladzimir Uladzimiravich
(Makey, Uladzimir Uladzimiravich)
Makei, Vladimir Vladimirovich
(Makey, Vladimir Vladimirovich)
|
МАКЕЙ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч
|
МАКЕЙ, Владимир Владимирович
|
Data tat-twelid: 5.8.1958,
Hrodna region
ID: 3050858A060PB5
Indirizz:
Ministry of Foreign Affairs
|
ул.Ленина, 19, Минск 220030
|
|
Ministru tal-Affarijiet Barranin, eks Kap tal-Amministrazzjoni tal-President.
Bħala Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, kien meqjus it-tieni l-aktar persuna b'saħħitha fir-reġim u, bħala tali, kien responsabbli għall-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet frodulenti fl-2008 u l-2010 u għar-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi.
|
127.
|
Maslakou, Valery Anatolievich
Maslakov, Valeri Anatolievich
|
МАСЛАКОЎ, Валерый Анатольевiч
|
МАСЛАКОВ, Валерий Анатольевич
|
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
Kap tal-Bord tal-KGB tal-kontrospjunaġġ militari. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
133.
|
Miklashevich, Piotr Piatrovich Miklashevich, Petr Petrovich
|
МIКЛАШЭВIЧ, Пётр Пятровiч
|
МИКЛАШЕВИЧ, Петр Петрович
|
Data tat-twelid: 18.10.1954
Post tat-Twelid: Kosuta, Minsk region
Indirizz:
ul. Gvardeiskaya, 16-17
|
Kap tal-Qorti Kostituzzjonali u eks Prosekutur Ġenerali attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Fil-kapaċità preċedenti tiegħu, kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fir-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, mill-2004 sal-2008. Sa mill-ħatra tiegħu fil-Qorti Kostituzzjonali fl-2008, implimenta fedelment il-politika repressiva tar-reġim u vvalida liġijiet repressivi anke meta dawn kienu jiksru l-kostituzzjoni.
|
135.
|
Morozau, Viktar Mikalaevich
Morozov, Viktor Nikolaevich
|
МАРОЗАЎ, Biктap Мiкалаевiч
|
МОРОЗОВ, Виктор Николаевич
|
Indirizz:
Прокуратурa Гродненской области
|
г.Гродно, 230012, ул.Доватора, 2а
|
|
Prosekutur tar-reġjun ta' Hrodna. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.
|
136.
|
Motyl, Tatsiana Iaraslavauna
(Motyl, Tatsiana Yaraslavauna)
Motyl, Tatiana Iaroslavovna (Motyl, Tatyana Yaroslavovna)
|
МОТЫЛЬ, Таццяна Яраславаўна
|
МОТЫЛЬ, Татьяна Ярославовна
|
Indirizz:
Суд Московского района г. Минска
|
220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27
|
|
Imħallef fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.
Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-10 ta' Jannar 2011, hija kkundannat lill-attivist tal-Front taż-Żgħażagħ Yulian Misiukevich għal 12-il jum ħabs, u fil-21 ta' Jannar 2011 u fil-31 ta' Jannar 2011 rispettivament, hija kkundannat lill-attivist politiku, Usevalad Shasharin, u lill-attivist tas-soċjetà ċivili, Tsimafei Atranschankau, għal 9 ijiem ħabs kull wieħed.
Hija kkundannat ukoll fis-27 ta' Diċembru 2010 u fl-20 ta' Jannar 2011 rispettivament, lid-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Mikhail Matskevich għal 10 ijiem ħabs u lill-attivist tas-soċjetà ċivili Valer Siadou għal 12-il jum ħabs għall-parteċipazzjoni tagħhom f'azzjoni b'appoġġ għall-priġunieri politiċi. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti tas-soċjetà ċivili fl-2011. Fl-4 u fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lil Anton Glinisty u Andrei Ignatchyk għal 10 ijiem ħabs. Hija kienet ukoll direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tal-attivisti politiċi fl-2012.
Fit-22 ta' Frar 2012, hija kkundannat lill-attivist politiku prominenti Pavel Vinagradu għal 10 ijiem ħabs, li fuqu hija imponiet, fl-10 ta' April 2012, superviżjoni preventiva tal-pulizija għal sentejn. Fit-23 ta' Marzu 2012, hija kkundannat lill-attivisti politiċi Mikhas Kostka u Anastasia Shuleika għal “Revoluzzjoni permezz tan-netwerks soċjali” għal 5 ijiem ħabs.
Fil-21 ta' April 2012, hija reġgħet ikkundannat lil din tal-aħħar għal 10 ijiem ħabs.
Fl-24, il-25 u s-26 ta' Mejju 2012, hija kkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ Uladzimir Yaromenak, Zmitser Kremenetski u Raman Vasiliev għal 10 ijiem, 10 ijiem u 12-il jum ħabs rispettivament.
Fit-22 ta' Ġunju 2012, hija kkundannat lill-ġurnalist tal-Euroradio Paval Sverdlou għal 15-il jum ħabs. Fit-18 ta' Lulju 2012, hija kkundannat lill-attivista Katsiarina Halitskaya għal 10 ijiem ħabs. Fit-8 u d-9 ta' Novembru 2012, hija reġgħet ikkundannat lill-attivisti tal-Front taż-Żgħażagħ, Uladzimir Yaromenak u Raman Vasiliev għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Mejju 2013, hija kkundannat lill-attivist Aliaksandr Yarashevich għal 12-il jum ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija aċċettat l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi li ma kinux rilevanti għall-akkużati. Fis-6 ta' Awwissu 2014 hija kkundannat lill-attivist Oleg Korol għal 10 ijiem detenzjoni amministrattiva mingħajr ma tagħtu ċ-ċans li jitkellem quddiem il-qorti; minflok hija ddikjarat: “Naf li inti tammetti l-ħtija tiegħek”.
|
137.
|
Navumau, Uladzimir Uladzimiravich
Naumov, Vladimir Vladimirovich
|
НАВУМАЎ, Уладзiмiр Уладзiмiравiч
|
НАУМОВ, Владимир Владимирович
|
Data tat-twelid: 7.2.1956,
Post tat-Twelid: Smolensk (Russia)
|
Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll ex-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa.
Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka.
|
142.
|
Padabed, Iury Mikalaevich
(Padabed, Yury Mikalaevich)
Podobed, Iuri Nikolaevich
(Podobed, Yuri Nikolaevich)
|
ПАДАБЕД, Юрый Мiкалаевiч
|
ПОДОБЕД, Юрий Николаевич
|
Data tat-twelid: 5.3.1962,
Post tat-Twelid: Slutsk (Minsk Region)
Indirizz:
ul. Beruta, 15-62 (2 korp)
ID: 3050362A050PB2
Passport: MP2272582
|
Kap tas-servizz tas-sigurtà tal-kumpannija holding Triple ta' Yuri Chizh, eks Kap tal-Unità għal Skopijiet Speċjali fil-Ministeru tal-Intern. Bħala kmandant tat-truppi interni kontra l-irvellijiet kien responsabbli u involut direttament fir-repressjoni vjolenti ta' dimostrazzjonijiet paċifiċi, b'mod partikolari fl-2004 u l-2008.
|
148.
|
Piakarski, Aleh Anatolievich
Pekarski, Oleg Anatolievich
|
ПЯКАРСКI, Алег Анатольевiч
|
ПЕКАРСКИЙ, Олег Анатольевич
|
ID: 3130564A041PB9
|
Kien involut attivament fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Bjelorussja. Bħala l-ewwel Viċi Ministru tal-Intern (sa Diċembru 2012), kien responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010. Kurunell fil-forzi ta' riżerva.
|
152.
|
Praliaskouski, Aleh Vitoldavich Proleskovski, Oleg Vitoldovich (Proleskovsky, Oleg Vitoldovich)
|
ПРАЛЯСКОЎСКI, Алег Вiтольдавiч
|
ПРОЛЕСКОВСКИЙ, Олег Витольдович
|
Data tat-twelid: 1.10.1963
Post tat-Twelid: Zagorsk
(Sergijev Posad/ Russia)
|
Eks Ministru tal-Informazzjoni (ħalla l-kariga f'Ġunju 2014), eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Kap tad-Direttorat Ġenerali għall-Ideoloġija fl-Amministrazzjoni tal-President, ex-Direttur taċ-Ċentru tal-Analiżi u l-Informazzjoni fl-Amministrazzjoni tal-President.
Kien wieħed mill-għejun u l-ilħna ewlenin tal-propaganda tal-Istat u tal-appoġġ ideoloġiku għar-reġim. Ingħata promozzjoni għall-pożizzjoni ta' Ministru, u minn dakinhar kompla jleħħen propaganda u appoġġ favur l-atti tar-reġim fil-konfront tal-oppożizzjoni demokratika u s-soċjetà ċivili.
|
156.
|
Radzkou, Aliaksandr Mikhailavich
Radkov, Aleksandr Mikhailovich
|
РАДЗЬКОЎ, Аляксандр Мiхайлавiч
|
РАДЬКОВ, Александр Михайлович
|
Data tat-twelid: 1.7.1951
Post tat-Twelid: Votnia, Mohilev region
ID: 3010751M102PB0
|
Eks Konsulent tal-President Lukashenka (mit-18 ta' Mejju 2015), kien l-Ewwel Viċi Kap tal-Amministrazzjoni tal-President, eks Ministru tal-Edukazzjoni.
Għalaq l-Università tal-Umanità Ewropea, ordna r-repressjoni tal-istudenti tal-oppożizzjoni, u organizza lill-istudenti biex iġiegħlhom jivvutaw għar-reġim. Huwa kellu rwol attiv fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frodulenti fl-2008, l-2010 u l-2012, u fir-repressjoni sussegwenti ta' dimostranti paċifiċi fl-2008 u l-2010. Huwa qrib ħafna tal-President Lukashenka. Huwa l-Kap ta' Belaya Rus, l-organizzazzjoni ideoloġika u politika ewlenija tar-reġim.
|
161.
|
Rusak, Viktar Uladzimiravich
Rusak, Viktor Vladimirovich
|
РУСАК, Вiктар Уладзiмiравiч
|
РУСАК, Виктор Владимирович
|
Data tat-twelid: 4.5.1955
Post tat-Twelid: Minsk
Indirizz:
Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь
|
220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11
|
|
Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi President tal-Kumitat Permanenti għas-Sigurtà Nazzjonali, Viċi Kap tal-Kumitat għas-Sigurtà Nazzjonali. Eks Kap tal-Bord tal-KGB għas-Sigurtà Ekonomika.
Kien responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
163.
|
Saikouski Valeri Yosifavich
Saikovski Valeri Yosifovich
|
САЙКОЎСКI, Валерый Iосiфавiч
|
САЙКОВСКИЙ, Валерий Иосифович
|
Data tat-twelid: 1977
Indirizz:
220035 Minsk, ul. Saperov. 7
|
Maħtur Viċi Kap tad-Diviżjoni ta' Minsk tal-Kumitat tal-Investigazzjoni f'Jannar 2012. Bħala Prosekutur Pubbliku tad-Distrett Pervomaiski ta' Minsk, huwa ttratta l-proċess ta' Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru Bjelorussu HR “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. L-akkuża ppreżentata mill-prosekutur fil-proċess kellha motivazzjoni politika ċara u imminenti u kissret b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' għajnuna lil dawk li sofrew minn repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.
|
166.
|
Sauko, Valery Iosifavich
Savko, Valeri Iosifovich
|
САЎКО, Валерый Iосiфавiч
|
САВКО, Валерий Иосифович
|
Indirizz:
230023 Hrodna,
|
vul. Ozheshko, 1
|
|
Kap tal-fergħa Hrodna tat-trade union favur ir-reġim. Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Reġjonali (KER) tar-Reġjun ta' Hrodna għall-elezzjoni Presidenzjali tal-2010 u l-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014. Bħala President ta' Kummissjoni Elettorali Reġjonali, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Diċembru 2010, u għall-falsifikazzjonijiet fl-elezzjonijiet lokali ta' Marzu 2014 fir-reġjun ta' Hrodna.
|
167.
|
Shaeu, Valiantsin Piatrovich
(Shayeu, Valyantsin Piatrovich)
Shaev, Valentin Petrovich (Shayev, Valentin Petrovich)
|
ШАЕЎ Валянцiн Пятровiч
|
ШАЕВ, Валентин Петрович
|
Indirizz:
220034 Minsk, vul. Frunze, 19
|
Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Viċi Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Prosekutur tar-reġjun ta' Homel. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.
|
168.
|
Shahrai, Ryta Piatrouna
Shagrai, Rita Petrovna
|
ШАГРАЙ, Рнта Пятроўна
|
ШАГРАЙ, Рита Петровна
|
Indirizz:
Суд Заводского района г. Минска
|
220107, г. Минск, пр. Партизанский, 75А
|
|
President tal-Qorti Distrettwali ta' Zavodskoy tal-belt ta' Minsk (mill-2014), eks Viċi President tal-Qorti Distrettwali ta' Partizanski tal-belt ta' Minsk, eks Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta' Oktiabrski tal-belt ta' Minsk.
Kienet direttament involuta fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 ta' Diċembru 2010, hija kkundannat lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Ales Sobal, Maksim Hrishel u Kastantsin Chufistau, għal 10 ijiem ħabs u lil Siarhei Kardymon għal 15-il jum ħabs. Fis-7 ta' Lulju 2011, hija kkundannat lill-attivist Artur Zauharodny għal 13-il jum ħabs. Fit-12 ta' Ottubru 2012, hija kkundannat lill-attivisti Aleh Korban u Uladzimir Siarheeu għal 5 ijiem ħabs. Il-mod kif mexxiet il-proċessi kien ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-akkużati.
|
169.
|
Shamionau Vadzim Iharavich Shamenov Vadim Igorevich (Shamyonov Vadim Igorevich)
|
ШАМЁНАЎ, Вадзiм Iгаравiч
|
ШАМЁНОВ, Вадим Игоревич
|
Indirizz:
Исправительная колония № 17
|
213004, г. Шклов, ул. 1-я Заводская д. 8
|
|
Kaptan, kap tal-unità operattiva tal-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Tefa' pressjoni fuq il-priġunieri politiċi, ċaħħadhom mid-dritt tagħhom ta' korrispondenza, u heddidhom sabiex jikseb konfessjonijiet. Direttament responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' priġunieri politiċi u attivisti tal-oppożizzjoni bl-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
|
173.
|
Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich)
|
ШЭЙМАН, Biктap Уладзiмiравiч
|
ШЕЙМАН, Виктор Владимирович
|
Data tat-twelid: 26.5.1958,
Post tat-Twelid: Hrodna region
Indirizz:
Управлениe Делами Президента
|
ул. К.Маркса, 38
|
220016, г. Минск
|
|
Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President.
|
174.
|
Shastakou, Iury Valerievich
(Shastakou, Yury Valerievich)
Shestakov, Iuri Valerievich
(Shestakov, Yuri Valerievich)
|
ШАСТАКОЎ, Юрый Валер'евiч
|
ШЕСТАКОВ, Юрий Валерьевич
|
Indirizz:
Суд Московского района г. Минска
|
220042, г. Минск, Проспект газеты “Правда”, 27
|
|
Imħallef u Viċi President fil-Qorti ta' Moskovski Rayon tal-belt ta' Minsk.
Huwa kien direttament involut fir-repressjoni ġudizzjarja tad-dimostranti paċifiċi fid-19 ta' Diċembru 2010. Fl-20 u s-27 ta' Diċembru 2010, huwa kkundanna lill-attivisti tas-soċjetà ċivili Illya Vasilievich, Nadzeya Chayukhova, Tatsiana Radzetskaya, Siarhei Kanapatski u Volha Damarad għal 10 ijiem ħabs. Fl-20 ta' Diċembru 2011 huwa kkundanna lill-attivist Siarhei Kanapatski għall-kommemorazzjoni tar-repressjoni fid-19 ta' Diċembru 2010. Il-mod kif mexxa l-proċessi kien kiser b'mod ċar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. Appoġġa l-użu ta' evidenza u xhieda li ma kellhiex rilevanza għall-akkużat.
|
175.
|
Shuhaeu, Siarhei Mikhailavich
(Shuhayeu, Siarhei Mikhailavich)
Shugaev, Sergei Mikhailovich
(Shugayev, Sergey Mikhailovich))
|
ШУГАЕЎ, Сяргей Михайлaвiч
|
ШУГАЕВ, Сергей Михайлович
|
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
Kap tad-Diviżjoni ta' Kontrospjunaġġ tal-KGB u kien Viċi Kap tal-Bord ta' Kontrospjunaġġ Militari tal-KGB. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
177.
|
Shykarou, Uladzislau Aleksandravich
Shikarov, Vladislav Aleksandrovich
|
ШЫКАРОЎ, Уладiзлаў Александравiч
|
ШИКАРОВ, Владислав Александрович
|
Indirizz:
Суд Железнодорожного района города Витебска
|
210001, г. Витебск, ул. Кирова,16
|
|
Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zheleznodorozhny ta' Vitebsk. Huwa kkundanna diversi dimostranti matul il-proċess ta' appell, minkejja l-fatt li huma ma kinux instabu ħatja mill-Qorti tal-Prim'Istanza. Responsabbli għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u kriminali motivati politikament kontra r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż l-attivist politiku Siarhei Kavalenka.
|
179.
|
Siankevich, Eduard Aliaksandravich
Senkevich, Eduard Aleksandrovich
|
СЯНЬКЕВIЧ, Эдуард Аляксандравiч
|
СЕНЬКЕВИЧ, Эдуард Александрович
|
Data tat-twelid: 15.4.1952
Post tat-Twelid: Slonim, Hrodna region
Indirizz:
Палата представителей Национального собрания Республики Беларусь
|
220010, Республика Беларусь, г. Минск, ул. Советская, 11
|
|
Membru tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament, Viċi Kap tal-Kumitat Permanenti dwar il-Liġi, kien Prosekutur tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili wara l-elezzjonijiet ta' Diċembru 2010.
|
180.
|
Siarheenka, Ihar Piatrovich
Sergeenko, Igor Petrovich
(Sergeyenko, Igor Petrovich)
|
СЯРГЕЕНКА, Iгар Пятровiч
|
СЕРГЕЕНКО, Игорь Петрович
|
Data tat-twelid: 14.1.1963
Post tat-Twelid: Stolitsa, Vitebsk region
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
L-ewwel Viċi Kap tal-KGB, eks Kap tal-KGB tar-Reġjun ta' Mohilev. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fir-reġjun ta' Mohilev u fil-Bjelorussja.
|
184.
|
Sirenka, Viktar Ivanavich
Sirenko, Viktor Ivanovich
|
CIРЭНКА, Biктap Iванавiч
|
СИРЕНКО, Виктор Иванович
|
Data tat-twelid: 4.3.1962
Post tat-Twelid: Borisov, Minsk region
ID: 3040362B062PB7
Numru tal-passaport: MP2249974 (issued on 30.3.2007)
Indirizz:
ул. Лобанка, 81, кв. 19, 220000, г. Минск
|
Viċi Gvernatur tar-reġjun ta' Minsk (minn Jannar 2015), eks Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk u eks Kap Kirurgu tal-Isptar tal-Emerġenza ta' Minsk. Huwa ma opponiex il-ħtif tal-kandidat presidenzjali Nekliayev, li kien ittrasportat lejn l-isptar tiegħu wara li safa' msawwat severament fid-19 ta' Diċembru 2010 u, billi naqas li jsejjaħ lill-pulizija, ikkoopera mal-awturi mhux magħrufa. Dan in-nuqqas ta' azzjoni wassal għall-promozzjoni. Bħala Kap tal-Kumitat għall-Kura tas-Saħħa fil-Belt ta' Minsk huwa kien responsabbli għas-superviżjoni tal-użu ta' istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa għall-ħaddiema fis-soppressjoni tad-drittijiet tal-bniedem.
|
187.
|
Slizheuski, Aleh Leanidavich
Slizhevski, Oleg Leonidovich
|
СЛIЖЭЎСКI, Алег Леанідавіч
|
СЛИЖЕВСКИЙ, Олег Леонидович
|
Data tat-twelid: 16.8.1972
Post tat-Twelid: Hrodna
Indirizz:
220004, г.Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции
|
(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk
|
Belarus
|
|
Ministru tal-Ġustizzja, Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC); u kien Kap tad-Diviżjoni tal-Organizzazzjonijiet soċjali u l-partiti politiċi fil-Ministeru tal-Ġustizzja. Bħala Membru taċ-CEC, kien responsabbli għall-ksur tal-istandards elettorali internazzjonali li seħħew fl-elezzjonijiet sa mill-2007. Bil-pożizzjonijiet tiegħu fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-kontroll li jeżerċita fuq il-ġudikatura, ħa sehem attiv fir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, billi ċaħad ir-reġistrazzjoni ta' NGOs u partiti politiċi, li f'bosta każi wassal biex jiġu aboliti.
|
188.
|
Smalenski, Mikalai Zinouevich
Smolenski, Nikolai Zinovievich
|
СМАЛЕНСКI, Мiкалай 3iноўeвiч
|
СМОЛЕНСКИЙ, Николай Зиновьевич
|
|
Viċi Kap taċ-Ċentru tal-Antiterroriżmu CIS u kien Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-persunal u l-organizzazzjoni tal-kompiti tagħhom. Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
196.
|
Talstashou, Aliaksandr Alehavich
Tolstashov, Aleksandr Olegovich
|
ТАЛСТАШОЎ, Аляксандр Алегавiч
|
ТОЛСТАШОВ, Александр Олегович
|
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
Kap tal-Bord tal-KGB għall-Protezzjoni tal-Ordni Kostituzzjonali u l-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu.
Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
201.
|
Traulka Pavel
Traulko Pavel
|
ТРАУЛЬКА, Павел
|
ТРАУЛЬКО, Павел
|
Indirizz:
220034, г. Минск, ул. Фрунзе, 5
|
Logutenent Kurunell, li kien operattiv tal-kontrospjunaġġ militari tal-KGB (attwalment kap tas-servizz tal-istampa tal-Kumitat Investigattiv tal-Bjelorussja). Huwa ffalsifika provi kontra attivisti tal-oppożizzjoni u uża theddid sabiex jikseb konfessjonijiet mingħandhom fiċ-ċentru ta' detenzjoni tal-KGB f'Minsk wara r-repressjoni tad-dimostrazzjoni ta' protesta wara l-elezzjoni f'Minsk fid-19 ta' Diċembru 2010. Huwa kien direttament responsabbli għall-użu ta' trattament jew kastig krudili, inuman u degradanti u għaċ-ċaħda tad-dritt għal proċess ġust. L-azzjonijiet tiegħu kienu jikkostitwixxu ksur dirett tal-impenji internazzjonali tal-Bjelorussja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.
|
202.
|
Trutka, Iury Igorevich
(Trutka, Yury Igorevich)
Trutko, Iury (Yurij, Yuri) Igorevich
|
ТРУТКA, Юрый Iгаравич
|
ТРУТКО, Юрий Игоревич
|
Indirizz:
Исправительная колония № 2
|
213800, г. Бобруйск, ул. Сикорского, 1
|
Ul. Sikorskogo 1
|
213800 Bobruisk
|
|
Viċi Kap tal-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk, responsabbli għat-trattament inuman u krudili tal-priġunieri politiċi A. Sannikau u A. Beliatski fil-kolonja penali IK-2 f'Bobruisk. Attivisti tal-oppożizzjoni ġew ittorturati, miċħuda l-aċċess għal rappreżentazzjoni legali u mqiegħda fl-iżolament fil-kolonja penali taħt is-sorveljanza tiegħu. Trutko għamel pressjoni fuq A. Beliatski u A. Sannikau sabiex iġiegħelhom jiffirmaw appell għal maħfra.
|
204.
|
Tsertsel, Ivan Stanislavavich
Tertel, Ivan Stanislavovich
|
ЦЕРЦЕЛЬ, Iван Станiслававiч
|
ТЕРТЕЛЬ, Иван Станиславович
|
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kriminalità ekonomika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
207.
|
Tushynski Ihar Heraninavich
Tushinski Igor Geroninovich
|
ТУШЫНСКИЙ, Irap Геранiнавiч
|
ТУШИНСКИЙ, Игорь Геронинович
|
Indirizz:
220004, г. Минск, ул. Коллекторная, 10 Министерство юстиции
|
(10 Kollektornaya str.) 220004 Minsk
|
Belarus
|
|
Viċi Ministru tal-Ġustizzja inkarigat mill-appoġġ legali għall-istituzzjonijiet li jabbozzaw attivi leġislattivi u regolatorji dwar kwistjonijiet ekonomiċi u inkarigat mir-reġistrazzjoni tal-entitajiet legali.
Huwa responsabbli għar-rwol u l-azzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tal-ġudikatura tal-Bjelorussja, li huma strumenti ewlenin tar-repressjoni tal-popolazzjoni, billi jimponi l-propaganda tal-istat fuq il-ġudikatura, li tipprovoka, u tiġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili, billi jiċħad jew ineħħi r-reġistrazzjoni għal NGOs u partiti politiċi.
|
209.
|
Utsiuryn, Andrei Aliaksandravich
(Utsiuryn, Andrey Aliaksandravich; Utsyuryn, Andrei Aliaksandravich) Vtiurin, Andrei Aleksandrovich
(Vtiurin, Andrey Aleksandrovich; Vtyurin, Andrei Aleksandrovich)
|
УЦЮРЫН, Андрэй Аляксандравiч
|
ВТЮРИН, Андрей Александрович
|
Data tat-twelid: 1971,
Penza (Russia)
|
Viċi Kap tal-Kunsill tas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Bjelorussja (mill-2014).
Eks Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President.
Taħt is-superviżjoni tiegħu, diversi membri tas-servizz tiegħu ħadu sehem f'interrogazzjonijiet ta' attivisti politiċi wara d-dimostrazzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010.
|
210.
|
Vakulchyk, Valery Paulavich
Vakulchik, Valeri Pavlovich
|
ВАКУЛЬЧЫК, Валерый Паўлавiч
|
ВАКУЛЬЧИК, Валерий Павлович
|
Data tat-twelid: 19.6.1964,
Brest region
Indirizz:
КГБ 210623, г. Минск, проспект Независимости, 17
|
Kap tal-KGB, eks Kap tal-Kumitat ta' Investigazzjoni, kien Kap taċ-Ċentru Operattiv u Analitiku tal-Amministrazzjoni tal-President, responsabbli għat-telekomunikazzjoni, inkluż il-monitoraġġ, l-iffiltrar, il-kontroll u l-interferenza ta' diversi mezzi ta' komunikazzjoni, pereżempju l-internet. Bħala Kap tal-KGB, huwa responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika.
|
216.
|
Vehera, Viktar Paulavich
Vegera, Viktor Pavlovich
|
BEГEPA, Biктap Паўлавiч
|
ВЕГЕРА, Виктор Павлович
|
|
Kien l-Ewwel Viċi Kap tal-KGB, inkarigat mill-kontrospjunaġġ. Irtirat mill-1 ta' April 2013 u mibgħut mal-forzi ta' riserva.
Responsabbli għall-attività repressiva tal-KGB kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. Ta bidu għall-każ tal-priġunier politiku Ales Byalyatski, wieħed mid-difensuri l-aktar prominenti tad-drittijiet tal-bniedem, Kap taċ-Ċentru tad-Drittijiet tal-Bniedem Bjelorussu “Vyasna”, Viċi President tal-FIDH. A. Byalyatski kien attiv fid-difiża u l-għoti ta' assistenza lil dawk li batew mir-repressjoni marbuta mal-elezzjonijiet tad-19 ta' Diċembru 2010 u t-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.
|