This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0945
2014/945/EU: Commission Implementing Decision of 19 December 2014 concerning certain protective measures in relation to highly pathogenic avian influenza of subtype H5N8 in Germany (notified under document C(2014) 10261) Text with EEA relevance
2014/945/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Diċembru 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2014) 10261) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
2014/945/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta' Diċembru 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2014) 10261) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 367, 23.12.2014, p. 115–118
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
23.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 367/115 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Diċembru 2014
li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja
(notifikata bid-dokument C(2014) 10261)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/945/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-qligħ mit-trobbija tat-tjur. |
(2) |
L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna. |
(3) |
Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-virus tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jitrabbew tjur jew għasafar oħrajn. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom. |
(4) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza u d-detezzjoni minn kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li jridu jkunu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' din il-marda fit-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq. Dik id-Direttiva tistipula li f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jiġu stabbiliti żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza. |
(5) |
Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda fit-territorju tagħha fejn jinżammu t-tjur u din minnufih ħadet il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, li għandhom jiġu definiti fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta' dawk iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza li stabbilixxiet l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa. |
(7) |
Sabiex ikun evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u jkunu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fil-Ġermanja fil-livell tal-Unjoni |
(8) |
Għaldaqstant iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Ġermanja, fejn il-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni 2005/94/KE huma applikati, għandhom ikunu ddefiniti f'din id-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien ta' dan il-konfinament stipulat |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-influwenza avjarja u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).
ANNESS
PARTI A
Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE |
DE |
Il-Ġermanja |
Kodiċi postali |
Iż-żona li tinkludi: |
fid-9 ta' Jannar 2015. |
|
|
26676 Barßel |
Fil-muniċipalità ta' Barßel, id-distrett ta' Cloppenburg, is-Sassonja t'Isfel: Mill-punt fejn il-linja ferrovjarja taqsam il-fruntiera tal-lvant tal-muniċipalità ta' Barßel tul il-fruntiera ta' dik il-muniċipalità fid-direzzjoni tan-nofsinhar, imbagħad tal-punent u wara tat-tramuntana sal-linja ferrovjarja f'Elisabethfehn, u minn hemm, tul il-linja ferrovjarja fid-direzzjoni tal-lvant sal-punt tal-bidu ta' fejn il-linja ferrovjarja taqsam il-fruntiera tal-lvant tal-muniċipalità. |
|
|
|
26689 Apen 26188 Edewecht |
Fil-muniċipalitajiet ta' Apen u Edewecht, id-distrett ta' Ammerland, is-Sassonja t'Isfel: Mill-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam il-Kortemoorstraße, Kortemoorstraße, Hübscher Berg, Lohorster Straße, Wittenberger Straße, Edewechter Straße, Rothenmethen, Kanalstraße, Am Voßbarg, il-linja agrikola bejn “Am Voßbarg” u “Am Jagen”, Am Jagen, Edewechter Straße, Ocholter Straße, Nordloher Straße, il-linja ferrovjarja fid-direzzjoni ta' Barßel sal-fruntiera tad-distrett tul dik il-fruntiera f'direzzjoni tax-xlokk sal-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam Kortenmoorstraße. Iż-żona ta' protezzjoni tinkludi l-azjendi tat-tjur fuq iż-żewġ naħat ta' kwalunkwe triq li tifforma l-fruntiera taż-żona. |
|
PARTI B
Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:
Kodiċi ISO tal-Pajjiż |
Stat Membru |
Kodiċi (jekk disponibbli) |
Isem |
Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE |
DE |
Il-Ġermanja |
Kodiċi postali |
Iż-żona li tinkludi: |
It-18 ta' Jannar 2015 |
|
|
26676 Barßel 26683 Saterland 26169 Friesoythe |
Fid-distrett ta' Cloppenburg, is-Sassonja t'Isfel: Mill-punt fejn il-B 401 jaqsam ma' B 72 f'direzzjoni tat-tramuntana tul B 72 sal-fruntiera tad-distrett u mbagħad tul dik il-fruntiera f'direzzjoni tal-lvant u tax-xlokk sa L 831 f'Edewechterdamm, u minn hemm, tul L 831 (Altenoyther Straße) f'direzzjoni tal-ilbiċ sa Lahe-Ableiter u tul din f'direzzjoni tal-majjistral sa Buchweizendamm, tal dik li tgħaddi mir-Ringstraße, Zum Kellerdamm, Vitusstraße, An der Mehrenkamper Schule, Mehrenkamper Straße u Lindenweg sa K 297 (Schwaneburger Straße) u tul dik f'direzzjoni tal-majjistral sa B 401 u tul dik f'direzzjoni tal-punent sal-punt tal-bidu fejn B 401 jaqsam B 72. |
|
|
|
26689 Apen 26160 Bad Zwischenahn 26188 Edewecht 26655 Westerstede |
Fil-muniċipalitajiet ta' Apen, Bad Zwischenahn, Edewecht u l-belt ta' Westerstede, id-distrett ta' Ammerland, is-Sassonja t'Isfel: Mill-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam l-Edamer Straße, Edamer Straße Hauptstraße, Auf der Loge, Zur Loge, Lienenweg, Zur Tonkuhle, Burgfelder Straße, Wischenweg, Querensteder Straße, Langer Damm, An den Feldkämpen, Pollerweg, Ocholter Straße, Westerstede Straße, Steegenweg, Rostruper Straße, Rüschendamm, Torsholter Hauptstraße, Südholter Straße, Westersteder Straße, Westerloyer Straße, Strohen, In der Loge, Buernstreet, Am Damm, Moorweg, Plackenweg, Ihausener Straße, Eibenstraße, Eichenstraße, Klauhörner Straße, Am Kanal, Aper Straße, Stahlwerkstraße, Ginsterweg, Am Uhlenmeer, Grüner Weg, Südgeorgsfehner Straße, Schmuggelpadd, Wasserzug Bitsche rispettivament, il-fruntiera tad-distrett, Hauptstraße, tul il-fruntiera tad-distrett f'direzzjoni tax-xlokk sal-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam Edamer Straße. Iż-żona ta' sorveljanza tinkludi l-azjendi tat-tjur fuq iż-żewġ naħat ta' kwalunkwe triq li tifforma l-fruntiera taż-żona. |
|
|
|
26847 Detern |
Fil-muniċipalità ta' Jümme, parti minn Detern, id-distrett ta' Leer, is-Sassonja t'Isfel: Fil-punt tal-bidu tal-fruntiera tad-distrett Cloppenburg-Leer fuq B72 fl-altitudni ta' Ubbehausen f'direzzjoni tat-tramuntana fil-kantuniera ta' “Borgsweg” u “Lieneweg” aktar lil hinn f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għal “Deelenweg” u mbagħad għal “Handwiserweg”. Tul dik f'direzzjoni tal-grigal sa “Barger Straße” u aktar lil hinn f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għat-triq “Am Barger Schöpfswerkstief”. Tul dik it-triq, l-ewwel f'direzzjoni tal-lvant u wara f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għat-triq “Fennen”u tul dik it-triq f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għat-triq “Zur Wassermühle” F'direzzjoni tat-tramuntana li taqsam il-Jümme tul Aper Tief sal-altitudni ta' “Französischer Weg” li tagħti għal “Osterstraße” . Minn hemm lejn il-fruntera tad-distrett għal Ammerland u tul dik sal-punt tal-bidu ta' Ubbehausen. |
|