This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0942
2014/942/EU: Council Decision of 17 December 2014 appointing a German member of the European Economic and Social Committee
2014/942/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2014 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
2014/942/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2014 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ĠU L 367, 23.12.2014, p. 96–96
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015
23.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 367/96 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta' Diċembru 2014
li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2014/942/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Göke FRERICHS, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Gerhard HANDKE, Generaldirektor des Bundesverbandes Großhandel, Außenhandel, Dienstleistungen — BGA, huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. L. GALLETI
(1) ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.