This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0753
Council Implementing Regulation (EU) No 753/2014 of 11 July 2014 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 753/2014 tal- 11 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 753/2014 tal- 11 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
ĠU L 205, 12.7.2014, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
12.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 753/2014
tal-11 ta' Lulju 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
ANNESS
LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай) |
Data tat-twelid: 25.7.1972f' Moska |
L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju ddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukraini”), Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya” |
12.7.2014 |
2. |
Alexander KHODAKOVSKY (Александр Сергеевич Ходаковский) |
|
L-hekk imsejjaħ “Ministru tas-Sigurtà tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” |
12.7.2014 |
3. |
Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский) |
|
L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Soċjali tar-RPD”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” |
12.7.2014 |
4. |
Alexander KHRYAKOV |
|
L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni tal-Massa tar-RPD”. Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” |
12.7.2014 |
5. |
Marat BASHIROV |
|
L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk” |
12.7.2014 |
6. |
Vasyl NIKITIN |
|
L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”). Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk” Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal- Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus “il-ġdid” tar-reġjun. |
12.7.2014 |
7. |
Aleksey KARYAKIN (Алексей Карякин) |
1979 |
L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk” Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya” |
12.7.2014 |
8. |
Yurij IVAKIN (Юрий Ивакин) |
|
L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk” |
12.7.2014 |
9. |
Igor PLOTNITSKY |
|
L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk” |
12.7.2014 |
10. |
Nikolay KOZITSYN |
20 ta' Ġunju, 1956 fir-reġjun ta' Donetsk |
Kmandant tal-forzi Kosakki. Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukraina fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukrain |
12.7.2014 |
11. |
Oleksiy MOZGOVY (Олексій Мозговий) |
|
Wieħed mill-mexxejja tal-gruppi armati fil-Lvant tal-Ukraina. Responsabbli għat-taħriġ tas-separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain |
12.7.2014 |