This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0429
2014/429/EU: Council Decision of 24 June 2014 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the Association Council set up by the Agreement establishing an Association between the European Union and its Member States, on the one hand, and Central America, on the other, as regards the adoption of a decision by the Association Council on the inclusion in Annex XVIII of the respective geographical indications protected in the territory of the parties
2014/429/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-inklużjoni fl-Anness XVIII tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rispettivi protetti fit-territorju tal-Partijiet
2014/429/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-inklużjoni fl-Anness XVIII tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rispettivi protetti fit-territorju tal-Partijiet
ĠU L 197, 4.7.2014, p. 66–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
4.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta' Ġunju 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-inklużjoni fl-Anness XVIII tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rispettivi protetti fit-territorju tal-Partijiet
(2014/429/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-22 ta' Marzu 2011 u ffirmat fid-29 ta' Ġunju 2012. |
(2) |
Il-Ftehim, taħt l-Artikolu 353(4) tiegħu, ilu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Ħonduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Kosta Rika u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala. |
(3) |
Skont l-Artikolu 353(5) tal-Ftehim, kull Parti ssodisfat ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 244 u fl-Artikolu 245(1)(a) u (b), marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u r-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi rilevanti kif elenkati fl-Anness XVII tal-Ftehim. |
(4) |
L-Artikolu 4 tal-Ftehim jistabbilixxi Kunsill ta' Assoċjazzjoni li għandu, inter alia, jissorvelja t-twettiq tal-għanijiet tal-Ftehim u l-implimentazzjoni tiegħu. |
(5) |
L-Artikolu 245(2) tal-Ftehim jistipula li l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fl-ewwel laqgħa tiegħu, għandu jadotta Deċiżjoni li tinkludi fl-Anness XVIII (“Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti”) l-ismijiet kollha mill-Anness XVII (“Lista ta' Ismijiet li għalihom għandha titressaq Applikazzjoni għall-Protezzjoni bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fit-Territorju tal-Partijiet”) li huma protetti bħala indikazzjonijiet ġeografiċi wara li jkunu ġew eżaminati b'suċċess mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali kompetenti tal-Partijiet (id-“Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni”). |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tikkonċerna wkoll l-indikazzjonijiet ġeografiċi addizzjonali mill-Amerika Ċentrali, elenkati fid-Dikjarazzjoni Konġunta, mehmuża mal-Ftehim, “Ismijiet li ġew applikati għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi f'Repubblika ta' Parti tal-Amerika Ċentrali”, sakemm dawn ikunu ġew irreġistrati b'suċċess bħala indikazzjonijiet ġeografiċi fil-Parti tal-oriġini u sussegwentement ġew eżaminati b'suċċess mill-awtorità kompetenti tal-Unjoni. |
(7) |
L-oġġezzjonijiet imqajma kontra r-reġistrazzjoni tal-“Banano de Costa Rica” fl-Unjoni huma miċħuda billi dawn jew ma jikkonformawx mal-kriterji speċifikati fil-konsultazzjoni pubblika jew, fejn eliġibbli, mhumiex issostanzjati. L-ebda oġġezzjoni oħra ma saret f'din il-konsultazzjoni pubblika. |
(8) |
Jinħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiddaħħlu fl-Anness XVIII tal-Ftehim. |
(9) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz, li jinsab mehmuż, ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 4 tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII, il-Parti A u l-Parti B tal-Ftehim, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Jista' jintlaħaq qbil dwar korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
Artikolu 2
Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
E. VENIZELOS
(1) ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru …/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — AMERIKA ĊENTRALI
ta' […]
dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-Ftehim
IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — AMERIKA ĊENTRALI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 245(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 353(4) tiegħu, il-Ftehim ilu jiġi applikat provviżorjament mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Ħonduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Kosta Rika u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala. |
(2) |
L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Amerika Ċentrali, li ġew elenkati fl-Anness XVII tal-Ftehim, jew taħt id-Dikjarazzjoni Konġunta “Ismijiet li ġew applikati għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi f'Repubblika ta' Parti tal-Amerika Ċentrali”, u li minn dakinhar 'l hawn ġew eżaminati b'suċċess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra, għandhom ikunu elenkati fl-Anness XVIII, skont it-Titolu VI u t-Titolu XIII tal-Parti IV tal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Emenda tal-Anness XVIII
L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu inklużi fl-Anness XVIII, il-Parti A u l-Parti B tal-Ftehim, kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi …, nhar ….
Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE — Amerika Ċentrali,
[…]
Għall-Kosta Rika
[…]
Għal El Salvador
[…]
Għall-Gwatemala
[…]
Għall-Ħonduras
[…]
Għan-Nikaragwa
[…]
Għall-Panama
[…]
Għall-Unjoni Ewropea
ANNESS
TAD-DEĊIŻJONI Nru … TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE — AMERIKA ĊENTRALI
ANNESS XVIII
INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
PARTI A
L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Parti tal-UE protetti fir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali b'konformità mat-Titolu VI (Proprjetà Intellettwali) tal-Parti IV ta' dan il-Ftehim
STAT MEMBRU |
ISEM |
DESKRIZZJONI JEW KLASSI TAL-PRODOTT |
IL-ĠERMANJA |
Bayerisches Bier |
Birer |
IL-ĠERMANJA |
Münchener Bier |
Birer |
IL-ĠERMANJA |
Nürnberger Bratwürste/Nürnberger Rostbratwürste |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
L-IRLANDA |
Irish Cream |
Spirti |
L-IRLANDA |
Irish whiskey/Uisce Beatha/Eireannach/Irish whisky |
Spirti |
IL-GREĊJA |
Ούζο (Ouzo) (1) |
Spirti |
IL-GREĊJA |
Σάμος (Samos) |
Inbejjed |
SPANJA |
Bierzo |
Inbejjed |
SPANJA |
Brandy de Jerez |
Spirti |
SPANJA |
Campo de Borja |
Inbejjed |
SPANJA |
Cariñena |
Inbejjed |
SPANJA |
Castilla |
Inbejjed |
SPANJA |
Cataluña |
Inbejjed |
SPANJA |
Cava |
Inbejjed |
SPANJA |
Empordá (Ampurdán) |
Inbejjed |
SPANJA |
Idiazábal |
Ġobnijiet |
SPANJA |
Jamón de Teruel |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
SPANJA |
Jerez — Xérès- Sherry |
Inbejjed |
SPANJA |
Jijona |
Ħobż, prodotti bl-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar |
SPANJA |
Jumilla |
Inbejjed |
SPANJA |
La Mancha |
Inbejjed |
SPANJA |
Los Pedroches |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
SPANJA |
Málaga |
Inbejjed |
SPANJA |
Manzanilla — Sanlúcar de Barrameda |
Inbejjed |
SPANJA |
Navarra |
Inbejjed |
SPANJA |
Penedés |
Inbejjed |
SPANJA |
Priorat |
Inbejjed |
SPANJA |
Queso Manchego (2) |
Ġobnijiet |
SPANJA |
Rías Baixas |
Inbejjed |
SPANJA |
Ribera del Duero |
Inbejjed |
SPANJA |
Rioja |
Inbejjed |
SPANJA |
Rueda |
Inbejjed |
SPANJA |
Somontano |
Inbejjed |
SPANJA |
Toro |
Inbejjed |
SPANJA |
Turrón de Alicante |
Ħobż, prodotti bl-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnara |
SPANJA |
Utiel-Requena |
Inbejjed |
SPANJA |
Valdepeñas |
Inbejjed |
SPANJA |
Valenzja |
Inbejjed |
FRANZA |
Alsace |
Inbejjed |
FRANZA |
Anjou |
Inbejjed |
FRANZA |
Armagnac |
Spirti |
FRANZA |
Beaujolais |
Inbejjed |
FRANZA |
Bordeaux |
Inbejjed |
FRANZA |
Bourgogne |
Inbejjed |
FRANZA |
Brie de Meaux (3) |
Ġobnijiet |
FRANZA |
Cadillac |
Inbejjed |
FRANZA |
Calvados |
Spirti |
FRANZA |
Camembert de Normandie (4) |
Ġobnijiet |
FRANZA |
Canard à foie gras du Sud-Ouest |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
FRANZA |
Chablis |
Inbejjed |
FRANZA |
Champagne |
Inbejjed |
FRANZA |
Châteauneuf-du-Pape |
Inbejjed |
FRANZA |
Cognac |
Spirti |
FRANZA |
Comté |
Ġobnijiet |
FRANZA |
Côtes de Provence |
Inbejjed |
FRANZA |
Côtes du Rhône |
Inbejjed |
FRANZA |
Côtes du Roussillon |
Inbejjed |
FRANZA |
Emmental de Savoie (5) |
Ġobnijiet |
FRANZA |
Graves (Graves de Vayres) |
Inbejjed |
FRANZA |
Haut-Médoc |
Inbejjed |
FRANZA |
Huile essentielle de lavande de Haute-Provence |
Żjut essenzjali — Lavanda |
FRANZA |
Jambon de Bayonne |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
FRANZA |
Languedoc (Coteaux du Languedoc) |
Inbejjed |
FRANZA |
Margaux |
Inbejjed |
FRANZA |
Médoc |
Inbejjed |
FRANZA |
Pommard |
Inbejjed |
FRANZA |
Pruneaux d'Agen |
Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati — Għanbaqar imsajrin imnixxfin |
FRANZA |
Reblochon |
Ġobnijiet |
FRANZA |
Rhum de la Martinique |
Spirti |
FRANZA |
Romanée Saint-Vivant |
Inbejjed |
FRANZA |
Roquefort |
Ġobnijiet |
FRANZA |
Saint-Emilion |
Inbejjed |
FRANZA |
Saint-Julien |
Inbejjed |
FRANZA |
Sauternes |
Inbejjed |
FRANZA |
Val de Loire |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Asti |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Barbaresco |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Barbera d'Alba |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Barbera d'Asti |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Barolo |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Brachetto d'Acqui |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Conegliano Valdobbiadene — Prosecco |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Dolcetto d'Alba |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Fontina (6) |
Ġobnijiet |
L-ITALJA |
Franciacorta |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Gorgonzola (7) |
Ġobnijiet |
L-ITALJA |
Grana Padano (8) |
Ġobnijiet |
L-ITALJA |
Grappa |
Spirti |
L-ITALJA |
Mortadella Bologna |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
L-ITALJA |
Parmigiano Reggiano (9) |
Ġobnijiet |
L-ITALJA |
Prosciutto di Parma (10) |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
L-ITALJA |
Prosciutto di S. Daniele |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
L-ITALJA |
Prosciutto Toscano |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
L-ITALJA |
Provolone Valpadana (11) |
Ġobnijiet |
L-ITALJA |
Soave |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Taleggio |
Ġobnijiet |
L-ITALJA |
Toscano |
Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.), żejt taż-żebbuġa |
L-ITALJA |
Toscano/Toscana |
Inbejjed |
L-ITALJA |
Vino Nobile di Montepulciano |
Inbejjed |
ĊIPRU |
Ζιβανία (Zivania) |
Spirti |
ĊIPRU |
Κουμανταρία (Commandaria) |
Inbejjed |
ĊIPRU |
Ούζο (Ouzo) (12) |
Spirti |
L-UNGERIJA |
Pálinka |
Spirti |
L-UNGERIJA |
Szegedi téliszalámi/Szegedi szalámi |
Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) |
L-UNGERIJA |
Tokaj |
Inbejjed |
L-UNGERIJA |
Törkölypálinka |
Spirti |
L-AWSTRIJA |
Inländerrum |
Spirti |
L-AWSTRIJA |
Jägertee/Jagertee/Jagatee |
Spirti |
IL-POLONJA |
Polska Wódka/Polish Vodka |
Spirti |
IL-POLONJA |
Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej/Herbal vodka from the North Podlasie Lowland |
Spirti |
IL-PORTUGALL |
Douro |
Inbejjed |
IL-PORTUGALL |
Porto, Port jew Oporto |
Inbejjed |
IS-SLOVAKKJA |
Vinohradnícka oblasť Tokaj |
Inbejjed |
L-ISVEZJA |
Svensk Vodka/Swedish Vodka |
Spirti |
IR-RENJU UNIT |
Scotch Whisky |
Spirti |
PARTI B
L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali protetti fil-Parti tal-UE b'konformità mat-Titolu VI (Proprjetà Intellettwali) tal-Parti IV ta' dan il-Ftehim
PAJJIŻ |
ISEM |
PRODOTTI |
IL-KOSTA RIKA |
Café de Costa Rica |
Kafè |
IL-KOSTA RIKA |
Banano de Costa Rica |
Frott |
EL SALVADOR |
Café Apaneca-Ilamapetec |
Kafè |
[EL SALVADOR] |
[Bálsamo de El Salvador] |
[Estratti tal-pjanti] |
IL-GWATEMALA |
Café Antigua |
Kafè |
IL-GWATEMALA |
Ron de Guatemala |
Spirti |
IL-ĦONDURAS |
Cafés del Occidente Hondureño/Honduras Western Coffee |
Kafè |
IL-ĦONDURAS |
Café de Marcala |
Kafè |
IL-PANAMA |
Seco de Panamà |
Spirti |
(1) Prodott tal-Greċja jew ta' Ċipru.
(2) Irreġistrati fil-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika u El Salvador għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(3) Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(4) Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(5) Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(6) Irreġistrati f'El Salvador, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(7) Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(8) Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(9) Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(10) Irreġistrati fil-Kosta Rika, il-Gwatemala, il-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; f'El Salvador għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(11) Irreġistrati fil-Ħonduras, in-Nikaragwa u l-Panama; fil-Kosta Rika, El Salvador u l-Gwatemala għad hemm pendenti xi proċeduri ta' oppożizzjoni.
(12) Prodott tal-Greċja jew Ċipru.