This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0706
Commission Implementing Regulation (EU) No 706/2014 of 25 June 2014 amending Regulation (EC) No 972/2006 as regards the import duty applicable to Basmati rice
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2014 tal- 25 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 fir-rigward tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross Basmati
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 706/2014 tal- 25 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 fir-rigward tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross Basmati
ĠU L 186, 26.6.2014, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R2835
26.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/54 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 706/2014
tal-25 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 972/2006 fir-rigward tad-dazju tal-importazzjoni applikabbli għar-ross Basmati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 183 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Indja (2) dwar ir-ross, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/617/KE (3), id-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq ta' ċerti varjetajiet Basmati li joriġinaw mill-Indja huwa ffissat bħala żero. |
(2) |
Skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pakistan (4) dwar ir-ross, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/618/KE (5), id-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet tar-ross imfesdaq ta' ċerti varjetajiet Basmati li joriġinaw mill-Pakistan huwa ffissat bħala żero. |
(3) |
Biex jimplimenta dawk il-Ftehimiet, l-Artikolu 138 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (6) jistipula li r-ross imfesdaq tal-varjetajiet Basmati koperti minn dawk il-ftehimiet kellu jikkwalifika għal rata żero ta' dazju tal-importazzjoni skont il-kundizzjonijiet iffissati mill-Kummissjoni. Dawk il-kundizzjonijiet ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 (7). |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li jħassar u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ma jinkludix dispożizzjoni simili għall- Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Rigward id-dazju tal-importazzjoni, l-Artikolu 183 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiffissaw il-livell tad-dazju tal-importazzjoni applikat skont ir-regoli stipulati, fost l-oħrajn, fi ftehim internazzjonali konkluż skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Sabiex jibqa' jkun hemm konformità mal- Ftehim bejn l-Unjoni u l-Indja u mal-Ftehim bejn l-Unjoni u l-Pakistan, għandu jiġi stipulat fir-Regolament (KE) Nru 972/2006 li r-ross imfesdaq tal-varjetajiet Basmati koperti minn dawk il-ftehimiet għandu jikkwalifika għal rata żero ta' dazju tal-importazzjoni skont il-kundizzjonijiet ffissati f'dak ir-Regolament. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 972/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 972/2006 huwa sostitwit b'li ġej:
“Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu japplika għar-ross imfesdaq Basmati li jaqa' taħt il-kodiċi NM 1006 20 17 u taħt il-kodiċi NM 1006 20 98, tal-varjetajiet li ġejjin:
— |
Basmati 217 |
— |
Basmati 370 |
— |
Basmati 386 |
— |
Kernel (Basmati) |
— |
Pusa Basmati |
— |
Ranbir Basmati |
— |
Super Basmati |
— |
Taraori Basmati (HBC-19) |
— |
Type-3 (Dehradun) |
Minkejja r-rati tad-dazju tal-importazzjoni ffissati fit-Tariffa Doganali Komuni, ir-ross imfesdaq tal-varjetajiet Basmati msemmija fl-ewwel paragrafu għandu jikkwalifika għal rata żero ta' dazju tal-importazzjoni skont il-kundizzjonijiet iffissati b'dan ir-Regolament.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (ĠU L 279, 28.8.2004, p. 19).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/617/KE tal-11 ta' Awwissu 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (ĠU L 279, 28.8.2004, p. 17).
(4) Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (ĠU L 279, 28.8.2004, p. 25).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/618/KE tal-11 ta' Awwissu 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 (ĠU L 279, 28.8.2004, p. 23).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli speċjali għal importazzjonijiet ta' ross Basmati u sistema tranżitorja ta' kontroll biex ikun determinat l-oriġini tagħhom (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 53).