Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.
Dokument 32014D0228
2014/228/EU: Council Decision of 25 November 2013 on the conclusion of the Cooperation Agreement on a Civil Global Navigation Satellite System (GNSS) between the European Community and its Member States and Ukraine
2014/228/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Novembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina
2014/228/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta' Novembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina
ĠU L 125, 26.4.2014, S. 1-2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In Kraft
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/228/oj
|
26.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Novembru 2013
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina
(2014/228/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex jinfetħu negozjati mal-Ukraina għal Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS). |
|
(2) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2005, il-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-1 ta' Diċembru 2005. |
|
(3) |
Il-Ftehim jippermetti kooperazzjoni eqreb mal-Ukraina fil-qasam tan-navigazzjoni bis-satellita. Dan se jimplimenta għadd ta' elementi tal-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Koperazzjoni dwar Sistema Globali ta' Navigazzjoni Ċivili bis-Satellita (GNSS) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukraina (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17(1) tal-Ftehim (1), u jagħmel din in-notifika:
“Minħabba d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għaldaqstant, ir-referenzi għall-‘Komunità Ewropea’ jew għall-‘Komunità’ fit-test tal-Ftehim iridu jinqraw bħala ‘l-Unjoni Ewropea’ jew ‘l-Unjoni’”.
Artikolu 3
Il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni fil-Kumitat ta' Tmexxija tal-GNSS u fil-Gruppi Tekniċi Konġunti ta' Ħidma, kif inhu msemmi fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, għandha tiġi adottata mill-Kunsill, fuq proposta mingħand il-Kummissjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
D. PAVALKIS
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.