Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.
Dokuments 32014D0231
2014/231/EU: Council Decision of 14 April 2014 on the conclusion of the Framework Agreement on Comprehensive Partnership and Cooperation between the European Community and its Member States, of the one part, and the Republic of Indonesia, of the other part, as regards matters related to readmission
2014/231/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni
2014/231/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni
ĠU L 125, 26.4.2014., 46./47. lpp.
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Spēkā
26.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/46 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-14 ta' April 2014
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-materji relatati mar-riammissjoni
(2014/231/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 79(3), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE (2), il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-9 ta' Novembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(2) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri mhumiex jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbuta biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha. |
(3) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(4) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim, ħlief dawk tal-Artikolu 34(3) relatati mar-riammissjoni, huma s-suġġetti ta' Deċiżjoni (3) separata li ser tiġi adottata b'mod parallel ma' din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra huwa (4), fir-rigward tal-Artikolu 34(3) tiegħu, huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jippresjiedu l-Kumitat previst fl-Artikolu 41 tal-Ftehim. L-Unjoni jew, skont il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandha tkun irrappreżentata/għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 48(1) tal-Ftehim.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Kunsens mogħti fis-26 ta' Frar 2014 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/229/UE tas-27 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra (ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/230/UE tal-14 ta' April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija Komprensiva u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Indoneżja, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta' materji relatati mar-riammissjoni (ara paġna 44 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)
(4) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 125, 26.4.2014, p. 17 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.