This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0220
Council Decision 2014/220/CFSP of 15 April 2014 amending Decision 2013/34/CFSP on a European Union military mission to contribute to the training of the Malian Armed Forces (EUTM Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/220/PESK tal-15 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/220/PESK tal-15 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)
ĠU L 113, 16.4.2014, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 113/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/220/PESK
tal-15 ta' April 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2013/34/PESK dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/34/PESK (1) dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali). |
(2) |
Fit-18 ta' Frar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/87/PESK (2) dwar il-bidu tal-EUTM Mali. |
(3) |
Fis-17 ta' Diċembru 2013, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà rrakkomanda li l-mandat tal-EUTM Mali jittawwal għal perijodu ta' sentejn, sat-18 ta' Mejju 2016. |
(4) |
Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri l-ispejjeż marbutin mal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2014 sat-18 ta' Mejju 2016. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2013/34/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/34/PESK hija emendata kif ġej:
1) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM Mali għall-perijodu mid-19 ta' Mejju 2014 sat-18 ta' Mejju 2016 huwa ta' EUR 27 700 000. Il-persentaġġ tal-ammont ta' referenza msemmi fl-Artikolu 25(1) tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK huwa ta' 0 %.”. |
2) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-mandat tal-EUTM Mali jasal fi tmiemu fit-18 ta' Mejju 2016.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' April 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/34/PESK tas-17 ta' Jannar 2013 dwar missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 14, 18.1.2013, p. 19).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/87/PESK tat-18 ta' Frar 2013 dwar il-bidu ta' missjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għat-taħriġ tal-Forzi Armati ta' Mali (EUTM Mali) (ĠU L 46, 19.2.2013, p. 27).