This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0069
Commission Regulation (EU) No 69/2014 of 27 January 2014 amending Regulation (EU) No 748/2012 laying down implementing rules for the airworthiness and environmental certification of aircraft and related products, parts and appliances, as well as for the certification of design and production organisations Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014 tas- 27 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014 tas- 27 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 23, 28.1.2014, p. 12–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/12 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 69/2014
tas-27 ta’ Jannar 2014
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 li jittratta l-ajrunavigabbiltà ġie estiż sabiex jinkludi l-elementi tal-evalwazzjoni tal-adegwatezza operattiva fir-regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip. |
(2) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) sabet li kien meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (2) sabiex l-Aġenzija tkun tista’ tapprova d-dejta tal-adegwatezza operattiva bħala parti mill-proċess taċ-ċertifikazzjoni tat-tip. |
(3) |
L-Aġenzija ħejjiet abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni dwar il-kunċett tad-dejta tal-adegwatezza operattiva u ressqithom bħala opinjoni (3) lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
(4) |
L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 ġej mill-Artikolu 2c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 (4). L-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 ġie introdott għal xi żmien biex issir salvagwardja temporanja ta’ tipi li ma kinux salvagwardjati fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003. Billi dan ir-reġim tranżitorju spiċċa definittivament fit-28 ta’ Settembru 2009, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jitħassar. |
(5) |
Sabiex jiġu evitati l-konfużjoni u l-inċertezza legali fir-rigward tal-Artikolu 3, il-punti 21.A.16 A, 21.A.16B, 21.A.17, 21.A.31, 21.A.101 u 21.A.174 (tal-Parti 21) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, huwa neċessarju li r-referenzi għall-“kodiċijiet tal-ajrunavigabbiltà” jinbidlu b’referenzi għall-“ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni”. |
(6) |
Sabiex jiġu evitati l-konfużjoni u l-inċertezza legali fir-rigward tal-punti 21.A.4, 21.A.90 A, 21.A.90B, 21.A.91, 21.A.92, 21.A.93, 21.A.95, 21.A.97, 21.A.103, 21.A.107, 21.A.109, 21.A.111, 21.A.263 u 21.A.435 (tal-Parti 21) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012, huwa neċessarju li r-referenzi għad-“disinn tat-tip” jinbidlu b’referenzi għaċ-“ċertifikazzjoni tat-tip”. |
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 5 għandu jitħassar; |
(3) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej: “Artikolu 7a Dejta tal-adegwatezza operattiva 1. Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru maħruġ qabel is-17 ta’ Frar 2014 li beħsiebu jikkunsinna inġenju tal-ajru ġdid lil operatur stabbilit fl-UE fis-17 ta’ Frar 2014 jew wara dik id-data, għandu jikseb approvazzjoni skont il-punt 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21), ħlief fir-rigward tas-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni u ħlief fir-rigward tad-dejta li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulatur(i). L-approvazzjoni għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2015 jew qabel ma l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur stabbilit fl-UE, skont liema waħda minnhom taħbat l-aħħar. Id-dejta tal-adegwatezza operattiva tista’ tkun limitata għall-mudell li jiġi kkunsenjat. 2. L-applikant għal ċertifikat tat-tip ta’ inġenju tal-ajru li jkun applika qabel is-17 ta’ Frar 2014 u li ma jkunx inħariġlu ċertifikat tat-tip qabel is-17 ta’ Frar 2014 għandu jikseb approvazzjoni skont il-paragrafu 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21), ħlief fir-rigward tas-sillabu minimu tat-taħriġ għall-klassifikazzjoni tat-tip tal-persunal awtorizzat li jiċċertifika l-manutenzjoni u ħlief fir-rigward tad-dejta li sservi ta’ sors għall-validazzjoni tal-inġenji tal-ajru li tappoġġa l-kwalifikazzjoni oġġettiva tas-simulatur(i). L-approvazzjoni għandha tinkiseb sa mhux aktar tard mit-18 ta’ Diċembru 2015 jew qabel ma l-inġenju tal-ajru jitħaddem minn operatur stabbilit fl-UE, skont liema waħda minnhom taħbat l-aħħar. Il-konstatazzjonijiet ta’ konformità li jsiru mill-awtoritajiet fil-kuntest tal-proċeduri mwettqin mill-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva taħt ir-responsabbiltà tal-JAA jew tal-Aġenzija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati mill-Aġenzija mingħajr aktar verifiki. 3. Ir-rapporti tal-Bord tal-Evalwazzjoni Operattiva u l-listi tat-tagħmir minimu ta’ referenza maħruġin skont il-proċeduri tal-JAA jew mill-Aġenzija qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu d-dejta tal-adegwatezza operattiva approvata skont il-punt 21.A.21(e) tal-Anness I (il-Parti 21) u għandhom jiġu inklużi fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti. Qabel it-18 ta’ Ġunju 2014, id-detenturi taċ-ċertifikati tat-tip rilevanti għandhom jipproponu lill-Aġenzija t-tqassim tad-dejta tal-adegwatezza operattiva f’dejta obbligatorja u f’dejta li mhix obbligatorja. 4. Id-detenturi ta’ ċertifikat tat-tip li jinkludi fih dejta tal-adegwatezza operattiva għandhom ikunu obbligati jiksbu, qabel it-18 ta’ Diċembru 2015, approvazzjoni għal estensjoni tal-kamp tal-applikazzjoni tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn tagħhom jew għal proċeduri alternattivi għall-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tad-disinn, kif ikun applikabbli, biex jinkludu l-aspetti tal-adegwatezza operattiva.”; |
(4) |
l-Anness I (il-Parti 21) għandu jiġi emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-punti 16 sa 34 u l-punt 43 tal-Anness għandhom japplikaw għal min japplika għall-approvazzjoni ta’ tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip kif ukoll għal min japplika għal ċertifikat tat-tip supplementari mid-19 ta’ Diċembru 2016 ’il quddiem.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1.
(3) Opinjoni Nru 07/2011 tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni tat-13 ta’ Diċembru 2011, li hija disponibbli mis-sit tal-Internet li ġej: http://easa.europa.eu/official-publication/agency-opinions.php
(4) ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.
ANNESS
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
il-punt 21.A.4 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.4 Koordinazzjoni bejn id-disinn u l-produzzjoni Kull detentur ta’ ċertifikat tat-tip, ċertifikat tat-tip ristrett, ċertifikat tat-tip supplementari, awtorizzazzjoni tal-ETSO, approvazzjoni ta’ tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip jew approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija, għandu jikkollabora mal-organizzazzjoni tal-produzzjoni kif ikun meħtieġ biex ikunu żgurati:
|
(2) |
fil-punt 21.A.15, għandu jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
(3) |
il-punt 21.A.16 A għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.16A Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni L-Aġenzija għandha toħroġ f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni, inklużi speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għad-dejta tal-adegwatezza operattiva, bħala mezz standard biex tintwera l-konformità ta’ prodotti, partijiet u tagħmir mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tal-Annessi I, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. Dawn il-kodiċijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi b’mod suffiċjenti biex juru lill-applikanti l-kundizzjonijiet li taħthom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.”; |
(4) |
il-punt 21.A.16B għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.16B Kundizzjonijiet speċjali
|
(5) |
il-punt 21.A.17 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(6) |
għandu jiddaħħal il-punt 21.A.17B li ġej: “21.A.17B Bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva
|
(7) |
il-punt 21.A.20 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(8) |
il-punt 21.A.21 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(9) |
il-punt 21.A.23 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.23 Ħruġ ta’ ċertifikat tat-tip ristrett
|
(10) |
fil-punt 21.A.31(a), il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(11) |
il-Punt 21.A.41 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.41 Ċertifikat tat-tip Iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandhom jinkludu d-disinn tat-tip, il-limitazzjonijiet tat-tħaddim, l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip dwar l-ajrunavigabbiltà u l-emissjonijiet, il-bażi applikabbli taċ-ċertifikazzjoni tat-tip u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali li magħhom l-Aġenzija tirreġistra l-konformità, u kwalunkwe kundizzjoni jew limitazzjoni oħra preskritta għall-prodott fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u r-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tat-tip u ċ-ċertifikat tat-tip ristrett ta’ inġenju tal-ajru t-tnejn għandhom jinkludu l-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva applikabbli, id-dejta tal-adegwatezza operattiva, kif ukoll l-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-ħoss. L-iskeda informattiva taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna għandha tinkludi r-rekord ta’ konformità tal-emissjonijiet.”; |
(12) |
fil-punt 21.A.44, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(13) |
il-punt 21.A.55 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.55 Żamma tar-rekords L-informazzjoni rilevanti kollha tad-disinn, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott ittestjat, għandhom jinżammu mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-ajrunavigabbilità kontinwa, il-validità kontinwa tad-dejta tal-adegwatezza operattiva u l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali tal-prodott.”; |
(14) |
il-punt 21.A.57 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.57 Manwali Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu jipproduċi, iżomm u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-manwali kollha li huma meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott, u għandu jipprovdi kopji tagħhom, jekk jintalab, lill-Aġenzija.”; |
(15) |
il-punt 21.A.62. li ġej għandu jiddaħħal wara s-subparti B: “21.A.62 Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva Id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip jew taċ-ċertifikat tat-tip ristrett għandu:
|
(16) |
il-punt 21.A.90 A għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.90A Kamp ta’ applikazzjoni Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet fiċ-ċertifikati tat-tip, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk l-approvazzjonijiet. Din is-Subparti tiddefinixxi wkoll it-tibdil standard li mhux suġġett għal proċess ta’ approvazzjoni skont din is-Subparti. F’din is-Subparti, ir-referenzi għaċ-ċertifikati tat-tip jinkludu ċ-ċertifikati tat-tip kif ukoll iċ-ċertifikati tat-tip ristretti.”; |
(17) |
fil-punt 21.A.90B, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(18) |
il-punt 21.A.91 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.91 Klassifikazzjoni ta’ tibdiliet f’ċertifikat tat-tip It-tibdiliet f’ċertifikat tat-tip huma kklassifikati bħala minuri u maġġuri. ‘Tibdila minuri’ hija waħda li ma jkollha l-ebda effett apprezzabbli fuq il-massa, il-bilanċ, is-saħħa strutturali, l-affidabbiltà, il-karatteristiċi tat-tħaddim, il-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil, l-emissjoni ta’ duħħan, id-dejta tal-adegwatezza operattiva jew kwalunkwe karatteristika oħra li tista’ taffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-prodott. Mingħajr preġudizzju għall-punt 21.A.19, it-tibdiliet l-oħra kollha huma ‘tibdiliet maġġuri’ taħt din is-Subparti. It-tibdiliet maġġuri u minuri għandhom ikunu approvati f’konformità mal-punti 21.A.95 jew 21.A.97 kif xieraq, u għandhom ikunu identifikati b’mod adegwat.”; |
(19) |
il-punt 21.A.92 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.92 Eliġibbiltà
|
(20) |
il-punt 21.A.93 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.93 Applikazzjoni Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tibdila fiċ-ċertifikat tat-tip għandha ssir f’forma u manjiera stabbilita mill-Aġenzija u għandha tinkludi:
|
(21) |
il-punt 21.A.95 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.95 Tibdiliet minuri Tibdiliet minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandhom ikunu kklassifikati u approvati jew:
|
(22) |
fil-punt 21.A.97, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(23) |
il-punt 21.A.101 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.101 Għażla tal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u tar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli
|
(24) |
il-punt 21.A.103 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.103 Ħruġ tal-approvazzjoni
|
(25) |
il-punt 21.A.105 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.105 Żamma tar-rekords Għal kull tibdila, l-informazzjoni kollha tad-disinn li hija rilevanti, it-tpinġijiet u r-rapporti tat-test, inklużi r-rekords tal-ispezzjoni dwar il-prodott mibdul li jkun ġie ttestjat, għandhom jinżammu mill-applikant għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija u għandhom jinżammu biex jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu żgurati l-ajrunavigabbiltà kontinwa, il-validità kontinwa tad-dejta tal-adegwatezza operattiva u l-konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali applikabbli tal-prodott mibdul.”; |
(26) |
fil-punt 21.A.107, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(27) |
għandu jiddaħħal il-punt 21.A.108 li ġej: “21.A.108 Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-dejta tal-adegwatezza operattiva, id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ bidla minuri għandu:
|
(28) |
il-punt 21.A.109 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.109 Obbligi u mmarkar tal-EPA Id-detentur ta’ approvazzjoni ta’ tibdila minuri fiċ-ċertifikat tat-tip għandu:
|
(29) |
il-punt 21.A.111 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.111 Kamp ta’ applikazzjoni Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-approvazzjoni ta’ tibdiliet maġġuri fiċ-ċertifikat tat-tip taħt il-proċeduri ta’ ċertifikat tat-tip supplementari, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk iċ-ċertifikati.”; |
(30) |
fil-punt 21.A.113, il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(31) |
fil-punt 21.A.118 A, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(32) |
il-punt 21.A.119 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.119 Manwali Id-detentur ta’ ċertifikat tat-tip supplementari għandu jipproduċi, iżomm, u jaġġorna l-kopji oriġinali tal-varjazzjonijiet fil-manwali meħtieġa mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tat-tip applikabbli, mill-bażi taċ-ċertifikazzjoni tad-dejta tal-adegwatezza operattiva applikabbli u mir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għall-prodott, liema varjazzjonijiet huma meħtieġa biex ikopru t-tibdiliet introdotti taħt iċ-ċertifikat tat-tip supplementari, u għandu jipprovdi kopji ta’ dawn il-manwali lill-Aġenzija, jekk ikun hemm talba għalihom.”; |
(33) |
fil-punt 21.A.120, it-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.120A Struzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa”; |
(34) |
il-punt 21.A.120B li ġej għandu jiddaħħal wara s-Subparti E: “21.A.120B Disponibbiltà tad-dejta tal-adegwatezza operattiva Fil-każ ta’ bidla li taffettwa d-dejta tal-adegwatezza operattiva, id-detentur taċ-ċertifikat tat-tip supplementari għandu:
|
(35) |
fil-punt 21.A.174(b)(2), il-punt (iii) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(36) |
fil-punt 21.A.239(a), il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(37) |
il-punt 21.A.245 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.245 Rekwiżiti għall-approvazzjoni L-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi, fuq il-bażi tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-punt 21.A.243 li, barra milli tkun konformi mal-punt 21.A.239:
|
(38) |
il-punt 21.A.247 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.247 Tibdiliet fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn Wara l-ħruġ ta’ approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, kull tibdila fis-sistema tal-assigurazzjoni tad-disinn li tkun sinifikanti għat-turija ta’ konformità jew għall-ajrunavigabbiltà, għall-adegwatezza operattiva u għall-protezzjoni ambjentali tal-prodott, għandha tiġi approvata mill-Aġenzija. Applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha tiġi sottomessa bil-miktub lill-Aġenzija u l-organizzazzjoni tad-disinn għandha turi lill-Aġenzija, fuq il-bażi tas-sottomissjoni tat-tibdiliet proposti fil-manwal, u qabel l-implimentazzjoni tat-tibdila, li din se tkompli tikkonforma ma’ din is-Subparti wara l-implimentazzjoni tagħha.”; |
(39) |
il-punt 21.A.251 għandu jinbidel b’dan li ġej: “21.A.251 Termini tal-approvazzjoni It-termini tal-approvazzjoni għandhom jidentifikaw it-tipi ta’ xogħol tad-disinn, il-kategoriji tal-prodotti, partijiet u tagħmir li għalihom l-organizzazzjoni tad-disinn għandha approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn, u l-funzjonijiet u d-dmirijiet li l-organizzazzjoni hija approvata twettaq dwar l-ajrunavigabbiltà, l-adegwatezza operattiva u l-karatteristiċi tal-ħoss, l-ivventjar għall-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ duħħan tal-prodotti. Għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn li tkopri ċertifikazzjoni tat-tip jew awtorizzazzjoni tal-ETSO għal Unità ta’ Qawwa Awżiljarja (APU), it-termini tal-approvazzjoni għandu jkun fihom ukoll il-lista tal-prodotti jew tal-APUs. Dawk it-termini għandhom jinħarġu bħala parti minn approvazzjoni ta’ organizzazzjoni tad-disinn.”; |
(40) |
il-punt 21.A.263 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(41) |
fil-punt 21.A.435, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(42) |
fil-punt 21.A.604, il-punt (a) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(43) |
fit-Taqsima B tal-Anness I (il-Parti 21), is-Subparti D għandha tiġi emendata kif ġej:
|
(44) |
fil-punt 21.B.326(b)(1), il-punt (iii) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(45) |
fil-punt 21.B.327(a)(2)(i), il-punt (C) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
(46) |
fl-Appendiċi I, il-kaxxi 14a, 14b, 14c, 14d u 14e tal-Formola 1 tal-EASA għandhom ikunu fi sfond griż; |
(47) |
fl-Appendiċi I, il-paragrafu introduttorju tal-istruzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA għandu jinbidel b’dan li ġej: “Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ produzzjoni. Issir referenza għall-Appendiċi II tal-Anness I (il-Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta’ manutenzjoni.”. |