EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0775

2013/775/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Diċembru 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012 u fl-2013 u fid-Danimarka u Spanja fl-2013 (notifikata bid-dokument C(2013) 9084)

ĠU L 343, 19.12.2013, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/775/oj

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 343/44


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2013

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012 u fl-2013 u fid-Danimarka u Spanja fl-2013

(notifikata bid-dokument C(2013) 9084)

(It-testi bid-Daniż, bil-Ġermaniż, bl-Olandiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2013/775/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hija marda virali infettiva tat-tjur u għasafar oħra mrobbija, b’impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tat-tjur u li toħloq xkiel għall-kummerċ fl-Unjoni stess u għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’azjendi oħra tat-tjur f’dak l-Istat Membru, kif ukoll fi Stati Membri oħra u f’pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew fil-prodotti tagħhom.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (2) li tintroduċi l-miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati immedjatament mill-Istati Membri b’urġenza biex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus.

(4)

Skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-impenn tan-nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkun preċedut b’deċiżjoni finanzjarja li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li lilhom il-poteri jkunu ġew delegati mill-istituzzjoni.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-influwenza avjarja.

(6)

L-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 4(3), tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jistabbilixxu r-regoli dwar il-perċentwal tal-ispejjeż imġarrba mill-Istat Membru li jista’ jkun kopert mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(7)

Il-ħlas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-influwenza avjarja huwa suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (4).

(8)

Fl-2012 u fl-2013 kien hemm tifqigħat tal-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi, u fl-2013 fid-Danimarka u fi Spanja. Il-Ġermanja, l-Italja, l-Pajjiżi l-Baxxi, id-Danimarka u Spanja ħadu l-miżuri, b’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE (5), biex jiġġieldu dawn it-tifqigħat.

(9)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja, tal-Italja, tal-Pajjiżi l-Baxxi, tad-Danimarka u ta’ Spanja infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali bil-miżuri applikati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar in-notifikazzjoni u l-eradikazzjoni tal-marda u r-riżultati tagħhom.

(10)

L-awtoritajiet tal-Ġermanja, tal-Italja tal-Pajjiżi l-Baxxi, tad-Danimarka u ta’ Spanja b’hekk issodisfaw l-obbligi tekniċi u amministrattivi kollha tagħhom fir-rigward tal-miżuri previsti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(11)

F’dan l-istadju, l-ammont eżatt tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni ma’ tistax tiġi ddeterminata billi l-informazzjoni pprovduta fuq l-ispiża tal-kumpens u fuq in-nefqa operattiva hija biss stima.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Ġermanja, lill-Italja, lill-Pajjiżi l-Baxxi, lid-Danimarka u lil Spanja

1.   Għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni lill-Ġermanja, lill-Italja, lill-Pajjiżi l-Baxxi, lid-Danimarka u lil Spanja għall-ispejjeż imġarrba minn dawn l-Istati Membri fit-teħid ta’ miżuri skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, biex jiġġieldu l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012 u fl-2013, u fid-Danimarka u fi Spanja fl-2013.

2.   L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi ffissat f’deċiżjoni sussegwenti li għandha tiġi adottata skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 40(2) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

Artikolu 2

Arranġamenti għall-ħlas

L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 500 000,00 għandu jitħallas lill-Ġermanja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 1 paragrafu 1.

L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 40 000,00 għall-2012 u EUR 2 600 000,00 għall-2013 għandu jitħallas lill-Italja bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 1 paragrafu 1.

L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 210 000,00 għall-2012 u EUR 250 000,00 għall-2013 għandu jitħallas lill-Pajjiżi l-Baxxi bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 1 paragrafu 1.

L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 33 000,00 għall-2013 għandu jitħallas lid-Danimarka bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 1 paragrafu 1.

L-ewwel ħlas parzjali ta’ EUR 30 000,00 għall-2013 għandu jitħallas lid-Danimarka bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 1 paragrafu 1.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Taljana u lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(5)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.


Top