This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1365
Commission Implementing Regulation (EU) No 1365/2013 of 18 December 2013 concerning the authorisation of a preparation of alpha-galactosidase produced by Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) and endo-1,4-beta-glucanase produced by Aspergillus niger (CBS 120604) as a feed additive for minor poultry species for fattening and for chickens reared for laying (holder of authorisation Kerry Ingredients and Flavours) Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat- 18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 343, 19.12.2013, p. 31–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/03/2024; Imħassar b' 32024R0781
19.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/31 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1365/2013
tat-18 ta’ Diċembru 2013
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għal użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604). Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ preparazzjoni ta’ alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “attivitajiet żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta’ dik il-preparazzjoni ġie awtorizzat għal għaxar snin għat-tiġieġ tas-simna permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 (2). |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Ġunju 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, il-preparazzjoni tal-alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent, u għandha l-potenzjal li tkun effikaċi fuq it-tiġieġ tal-bajd u tista’ tiġi estrapolata għal speċi minuri tat-tjur tas-simna. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għal monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi mal-għalf fl-għalf li ġie mressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza mwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta’ alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 237/2012 tad-19 ta’ Marzu 2012 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-alfa-galattożidażi (EC 3.2.1.22) prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi (EC 3.2.1.4) prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 80, 20.3.2012, p. 1).
(3) EFSA Journal 2013; 11(7):3286.
ANNESS
In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċijiet jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||||||||||||||||||
4a17 |
Kerry Ingredients and Flavours |
Alfa-galattożidażi EC 3.2.1.22 Endo-1,4-beta- glukanażi EC 3.2.1.4 |
|
Speċijiet minuri ta’ tjur tas-simna. Tiġieġ tal-bajd. |
— |
alfa-galattożidażi 50 U endo- 1,4-beta-glukanażi 285 U |
— |
|
It-8 ta’ Jannar 2024 |
(1) 1 U huwa l-ammont tal-enżimi li jeħles 1 μmol ta’ p-nitrolfenol kull minuta mill-p-nitrofenil-alfa-galattopiranożid (pNPG) f’pH 5,0 u 37 °C.
(2) 1 U huwa l-ammont ta’ enżimi li jeħles 1 mg ta’ zokkor riduċenti (ekwivalent ta’ glukożju) minn beta-glukan fil-minuta f’pH ta’ 5,0 u 50 °C.
(3) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz segwenti tal-Laboratorju ta’ Referenza:
http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx