This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0610
Regulation (EU) No 610/2013 of the European Parliament and of the Council of 26 June 2013 amending Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code), the Convention implementing the Schengen Agreement, Council Regulations (EC) No 1683/95 and (EC) No 539/2001 and Regulations (EC) No 767/2008 and (EC) No 810/2009 of the European Parliament and of the Council
Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
ĠU L 182, 29.6.2013, p. 1–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 18/12/2018
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 610/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta' Ġunju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 77(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Europea,
Wara li l-abbozz ta’ att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Li qed jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-fruntieri esterni timmira lejn ġestjoni integrata biex tiżgura kontroll u sorveljanza ta' livell għoli u uniformi, li hija korollarju neċessarju għall-moviment liberu ta' persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali ta' spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Għal dan il-għan għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni dwar standards u proċeduri għall-kontroll tal-fruntieri esterni, b'kont meħud tal-pressjonijiet speċifiċi u sproporzjonati li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri fil-fruntieri esterni. Ir-regoli stipulati għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri. |
(2) |
Il-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Schengen kien wieħed mill-akbar kisbiet tal-integrazzjoni Ewropea. Il-libertà tal-moviment hija dritt fundamentali, li l-kondizzjonijiet għall-eżerċitar tagħha huma stipulati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (2). |
(3) |
It-tneħħija tal-kontrolli fil-fruntieri interni titlob fiduċja reċiproka sħiħa bejn l-Istati Membri dwar il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw b’mod sħiħ il-miżuri ta' akkompanjament li jippermettu li dawk il-kontrolli jitneħħew. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (3) daħal fis-seħħ fit-13 ta’ Ottubru 2006. |
(5) |
Wara diversi snin ta’ applikazzjoni prattika, inħasset il-ħtieġa li jsiru għadd ta’ emendi, imsejsa fuq l-esperjenzi fil-prattika tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 562/2006, fuq ir-riżultati tal-Valutazzjonijiet ta’ Schengen, dwar ir-rapporti u t-talbiet li tressqu mill-Istati Membri, u dwar żviluppi fil-liġi primarja u sekondarja tal-Unjoni, kif inħasset ukoll il-ħtieġa għal kjarifika u elenkar aktar effiċenti tal-kwistjonijiet tekniċi kritiċi. |
(6) |
Ir-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta' Settembru 2009 dwar l-operat tad-dispożizzjonijiet dwar l-ittimbrar ta’ dokumenti tal-ivjaġġar ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi skont l-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 kif ukoll ir-rapport tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tat-Titolu III (Fruntieri Interni) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 fihom suġġerimenti konkreti għal emendi tekniċi għar-Regolament (KE) Nru 562/2006. |
(7) |
Atti leġiżlattivi tal-Unjoni li ġew adottati reċentement, b’mod paritikolari r-Regolament (KE) Nru. 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (4) u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (5), jeħtieġu ċerti emendi għar-Regolament (KE) Nru 562/2006. |
(8) |
Bl-istess mod, ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika ta' Franza dwar l-abolizzjoni gradwali tal-verifiki fuq il-fruntieri komuni tagħhom (6) (“il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen”) għandhom jiġu emendati sabiex jirreflettu l-bidliet tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u s-sitwazzjoni legali attwali. |
(9) |
Skont il-Każ C-241/05 Nicolae Bot v Préfet du Val-de-Marne (7), hemm il-ħtieġa li jiġu emendati r-regoli li jittrattaw il-kalkolu tat-tul ta' żmien awtorizzat għal soġġorni għal perjodu qasir fl-Unjoni. Regoli ċari, sempliċi u armonizzati fl-atti legali kollha li jittrattaw din il-kwistjoni jkunu ta' benefiċċju kemm għal min jivvjaġġa kif ukoll għall-awtoritajiet tal-fruntiera u tal-viża. Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 u l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (8) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (9), ir-Regolament Nru 767/2008 tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (10), u r-Regolament (KE) Nru 810/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
(10) |
L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (11) (Frontex) ("l-Aġenzija") ittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni u tipprovdi titjib ulterjuri tar-rwol tal-Aġenzija b'konformità mal-objettivi tal-Unjoni li tiżviluppa politika fid-dawl tal-introduzzjoni gradwali tal-kunċett ta' Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri. |
(11) |
Sabiex id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 jiġu allinjati mat- TFUE, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta’ miżuri addizzjonali li jirregolaw is-sorveljanza kif ukoll ta’ emendi għall-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 562/2006. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f’ħin xieraq u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(12) |
Peress li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprovdi emendi tekniċi fir-regoli eżistenti tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u l-Kodiċi li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen, ir-Regolament (KE) 810/2009, kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 1683/95, (KE) Nru 539/2001, (KE) Nru 767/2008 u (KE) 810/2009, jista' biss jintlaħaq fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv. |
(13) |
Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward tal-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (12) li jaqgħu fl-ambitu imsemmi fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arrangamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (13). |
(14) |
Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (14), li jaqgħu fl-ambitu indikat fl-Artikolu 1, punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (15). |
(15) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (16), li jaqa’ fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punti A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (17). |
(16) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, b’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hix ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament. |
(17) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit ma jiħux sehem, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (18); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(18) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tieħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (19); għalhekk l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u la hi marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 562/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: "Artikolu 3a Drittijiet Fundamentali Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b'rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali"); il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f’Ġinevra fit-28 ta’ Lulju 1951 ("il-Konvenzjoni ta' Ġinevra"); l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement; u d-drittijiet fundamentali. Skont il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali."; |
(4) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: "2. B’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jkunu permessi eċċezzjonijiet għall-obbligu li wieħed jaqsam fruntieri esterni biss f’punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti:
|
(5) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. Il-gwardji tal-fruntiera għandhom, fit-twettiq ta’ dmirijiethom, jirrispettaw b’mod sħiħ id-dinjità umana, b'mod partikolari f'każijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli."; |
(7) |
L-Artikolu 7 jiġi emendat kif ġej:
|
(8) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(9) |
L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
l-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: "5. L-Istati Membri għandhom jiġbru statistika dwar in-numru ta’ persuni li jkun iċċaħdilhom id-dħul, ir-raġunijiet għaċ-ċaħda, iċ-ċittadinanza tal-persuni li jkun iċċaħdilhom id-dħul u t-tip ta’ fruntiera (art, ajru jew baħar) li fiha kien miċħud id-dħul u għandhom jippreżentaw din l-istatistika kull sena lill-Kummissjoni (Eurostat) skont ir-Regolament (KE) Nru. 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali (*****). |
(13) |
fl-Artikolu 15(1), it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntiera jkunu professjonisti speċjalizzati u mħarrġa sew, b'kont meħud tal-kurrikuli komuni għall-formazzjoni tal-gwardji tal-fruntiera stabbiliti u żviluppati mill-Aġenżija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004. Il-kurrikuli ta’ taħriġ għandhom jinkludu taħriġ speċjalizzat biex jiġu individwati u trattati sitwazzjonijiet li jinvolvu persuni vulnerabbli, bħal minorenni mhux akkumpanjati u vittmi ta’ traffikar. L-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandhom iħeġġu lill-gwardji tal-fruntiera biex jitgħallmu l-lingwi meħtieġa għat-twettiq ta’ dmirijiethom.". |
(14) |
Fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Dawk ir-regoli speċifiċi jista' jkun fihom derogi mill-Artikoli 4 u 5 u l-Artikoli 7 sa 13."; |
(15) |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(16) |
fl-Artikolu 21, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej.
|
(17) |
L-Artikolu 32 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 32 Emendi għall-Annessi Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 33 fir-rigward ta' emendi għall-Annessi III, IV u VIII."; |
(18) |
L-Artikolu 33 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 33 Eżerċizzju tad-delega 1. Is- setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 32 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien mhux determinat minn 19 ta' Lulju 2013 3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 32 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara l-publikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 12(5) u l-Artikolu 32 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjonijiet li mhux ser joġġezzjonaw. Il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill." |
(19) |
fl-Artikolu 34, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
(20) |
fl-Artikolu 37, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: "L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-Artikolu 21(c) u (d), bil-penali kif imsemmija fl-Artikolu 4(3) u bil-ftehimiet bilaterali awtorizzati minn dan ir-Regolament. Bidliet sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu nnotifikati fi żmien ħamest ijiem"; |
(21) |
L-Annessi III, IV, VI, VII u VIII għar-Regolament (KE) Nru 562/2006 huma emendati skont l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għall-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen
Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 18(1), il-kelmiet "tliet xhur" għandhom jiġu sostitwiti bil-kelmiet "90 jum"; |
(2) |
l-Artikolu 20(1) huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 22 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 22 Aljeni li jkunu daħlu legalment fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti jistgħu jkunu obbligati li jirrappurtaw, skont il-kondizzjonijiet stipulati minn kull Parti Kontraenti, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti tat-territorju fejn jidħlu. Dawn l-aljeni jistgħu jirrappurtaw, jew malli jidħlu jew fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta jidħlu, skont id-diskrezzjoni tal-Parti Kontraenti li fit-territorju tagħha jidħlu."; |
(5) |
L-Artikolu 136 huwa mħassar. |
Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1683/95
L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1683/95 huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 5
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ‧viża‧ tfisser viża kif definita fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viżi) (******).
Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 539/2001
Ir-Regolament (KE) Nru 539/2001 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Ċittadini ta' pajjiżi terzi fuq il-lista fl-Anness II għandhom ikunu eżentati mill-ħtieġa dikjarata fil-paragrafu1 għal soġġorni ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum.‧; |
(2) |
L-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 2 Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ‧viża‧ tfisser viża kif definita fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi tal-Viżi) (*******). |
Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 767/2008
Fl-Artikolu 12(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:
"(iv) |
ikun diġà qagħad għal 90 jum waqt il-perijodu attwali ta' 180 jum fit-territorju tal-Istati Membri abbażi ta’ viża uniformi jew viża b’validità territorjali limitata;". |
Artikolu 6
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa b’dan emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: "1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-ħruġ ta’ viżi għal tranżitu mit-territorju tal-Istati Membri jew soġġorni previsti fihom, li ma jeċċedux id-90 jum fi kwalunkwe perjodu ta' 180 jum."; |
(2) |
fl-Artikolu 2(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(3) |
fl-Artikolu 25(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(4) |
fl-Artikolu 32(1)(a), il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(5) |
L-Annessi VI, VII u XI għar-Regolament (KE) Nru 810/2009 huma emendati skont l-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 7
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi 19 ta' Lulju 2013.
L-Artikolu 1(5)(a)(i), l-Artikolu 1(5)(b), l-Artikolu 2(1) u (2), l-Artikolu 2(3)(a), l-Artikoli 3, 4, 5 u 6, il-punt (3) tal-Anness I u l-Anness II għandhom japplikaw minn 18 ta' Ottubru 2013
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
A. SHATTER
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2013 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2013.
(2) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(3) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(4) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
(5) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
(6) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(7) [2006] ECR I-9627.
(8) ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.
(10) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(11) ĠU L 304, 22.11.2011, p. 1.
(12) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(13) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(14) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(15) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.
(16) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(17) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19.
(18) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(19) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
ANNESS I
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 562/2006 huma b'dan emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness IV, il-punt 3, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
Fl-Anness V, parti B, fil-Formola standard għaċ-ċaħda ta' dħul fil-fruntiera, l-ittra (F) hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(4) |
l-Anness VI, huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Anness VII huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
fl-Anness VIII, il-formola standard hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Annessi għar-regolament (KE) Nru 810/2009 huma b'dan emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness VI, fil-"Formola għan-notifika u għall-motivazzjoni ta' ċaħda, annullament jew revoka ta' viża", il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
fl-Anness VII, il-punt 4, ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: "Meta viża tkun valida għal aktar minn sitt xhur, it-tul ta' żmien ta' waqfiet huwa ta' 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum."; |
(3) |
fl-Anness XI, l-Artikolu 5(2) huwa sostitwit b'dan li ġej: "2. Il-viża maħruġa għandha tkun viża uniformi, bi dħul multiplu, li tawtorizza soġġorn ta’ mhux aktar minn 90 jum għat-tul tal-Logħob Olimpiku u/jew Paralimpiku.". |