This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0593
Commission Implementing Regulation (EU) No 593/2013 of 21 June 2013 opening and providing for the administration of tariff quotas for high-quality fresh, chilled and frozen beef and for frozen buffalo meat (recast)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (riformulazzjoni)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 tal- 21 ta’ Ġunju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (riformulazzjoni)
ĠU L 170, 22.6.2013, p. 32–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760
22.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2013
tal-21 ta’ Ġunju 2013
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat
(riformulazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet stipulati fl-Iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 tal-11 t’Awwissu 2008 dwar li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta’ kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
L-Unjoni ħadet l-inkarigu, skond il-Ftehim dwar il-biedja li ntlaħaq wara n-negozjati kummerċjali multilaterali magħrufa bħala r-Rawnd tal-Urugwaj (4), li tiftaħ kwoti tariffarji xu għal-laħam tal-buflu ffriżat. Dawk il-kwoti għandhom jinfetħu għal diversi snin u għandhom jiġu adottati regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħhom għal perjodi ta’ 12-il xahar b'seħħ mill-1 ta’ Lulju. |
(3) |
Il-pajjiżi terzi li jesportaw aċċettaw li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità li jiggarantixxu l-oriġini tal-prodotti. Il-forma u t-tqassim taċ-ċertifikati u l-proċeduri kif jiġu użati jridu jkunu speċifikati. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet fil-pajjizi terzi li jagħtu l-garanziji meħtieġa biex jiġi aċċertat li l-arranġamenti kkonċernati jitħaddmu b'mod tajjeb. |
(4) |
Il-kwota msemmija tkun immaniġġjata billi jintużaw il-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, għandhom ikunu stabbiliti regoli dwar il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u dwar it-tagħrif li għandu jingħata fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, bħala deroga, jekk ikun meħtieġ, minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (5), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar regoli għall-applikazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (6). |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni ta’ prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (7) jistipula dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti u l-ħruġ tal-liċenzji. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġin għall-kwota kkonċernata, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament. |
(6) |
Biex ikun żgurat immanigġjar tajjeb tal-importazzjoni tal-laħam, għandu jkun hemm dispożizzjoni, fejn ikun rilevanti, biex jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni suġġetti għall-verifika partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-annotazzjonijiet fuq iċ-ċertifikati tal-awtentiċità. |
(7) |
L-esperjenza wriet li l-importaturi mhux dejjem jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti li jkunu ħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni bil-kwantità u l-oriġini taċ-ċanga importata taħt il-kwota msemmija. Dan it-tagħrif huwa importanti biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-suq. Għalhekk għandha tiddaħħal garanzija biex jiġi assigurat li l-importaturi jwettqu dan l-obbligu. |
(8) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 t' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (8), jistipula regoli komuni għan-notifika ta' informazzjoni u dokumenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawn ir-regoli jkopru partikolarment l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta' informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Barra minn hekk, ir-Regolament jistabbilixxi prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta' informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġġibbiltà tul iż-żmien tad-dokumenti u jipprovdi għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
(9) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009, l-obbligu li jintużaw is-sistemi ta' informazzjoni skont dak ir-Regolament għandu jiġi pprovdut fir-Regolamenti li jistabbilixxu obbligu ta' notifika speċifiku. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwoti ta’ tariffi li ġejjin huma miftuħin kull sena għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni”:
(a) |
66 750 tunnellata laħam frisk ta’ annimali bovini, imkessaħ jew iffrizat, ta’ kwalità għolja kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 u 0202 u għall-prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM 0206 10 95 u 0206 29 91. Għall-perjodi ANNESS ta' importazzjoni 2012/2013, 2013/2014, u 2014/2015, l-ammont totali huwa 67 250 tunnellata. |
(b) |
2 250 tunnellata ta’ laħam tal-buflu ffriżat u bla għadam kopert mill-kodiċi tan-NM 0202 30 90, espressi bħala użin ta’ laħam mingħajr għadam, li joriġina mill-Awstralja. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4001. |
(c) |
200 tunnellata “laħam tal-buflu mingħajr għadam, frisk, imkessaħ jew iffriżat” kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0202 30 90, espressi bħala użin ta’ laħam mingħajr għadam, li joriġina mill-Arġentina. Din il-kwota ġġib in-numru tal-ordni 09.4004. |
2. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, “laħam iffriżat” ifisser laħam li jkollu temperatura interna ta’ – 12 °C jew inqas meta jidħol fit-territorju doganali tal-Unjoni.
3. Id-dazju ad volarem fil-kwoti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 20 %.
Artikolu 2
Il-kwota tariffarja għaċ-ċanga friska, imkessħa jew iffriżata li hemm dispożizzjoni dwarha fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) għandha tiġi allokata kif ġej:
(a) |
29 500 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 u li tissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Qatgħat taċ-ċanga magħżulin minn għoġġiela, għoġġiela żgħar jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi tal-għoġġiela għandhom jiġu klassifikati bħala ‘JJ’, ‘J’, ‘U’ jew ‘U2’, il-karkassi tal-għoġġiela żgħar u tal-erieħ għandhom jiġu klassifikati bħala ‘AA’, ‘A’, jew ‘B’ skont il-klassifikazzjoni uffiċjali taċ-ċanga stabbilita mis-Segretarjat tal-Agrikoltura, il-Bhejjem, is-Sajd u l-Ikel fl-Arġentina (Secretaría de Agricultura, Ganadería, Pesca y Alimentos — SAGPyA)”. Madankollu, għall-perjodi ta' importazzjoni 2012/2013, 2013/2014 u 2014/2015 l-ammont totali huwa 30 000 tunnellata. Il-qatgħat għandhom ikunu ttikkettati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista’ tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4450. |
(b) |
7 150 tunnellata ta’ piż tal-prodott tal-laħam kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 20 90, 0201 30 00, 0202 20 90, 0202 30, 0206 10 95 u 0206 29 91 u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Qatgħat magħżulin minn karkassi ta’ għoġġiela jew erieħ li ġew ikklassifikati taħt waħda mill-kategoriji uffiċjali li ġejjin ‘Y’, ‘YS’, ‘YG’, ‘YGS’, ‘YP’ u ‘YPS’ kif iddefinit mill-‘AUS-MEAT Australia’. Il-kulur taċ-ċanga jrid ikun konformi mal-istandards ta’ referenza tal-kulur tal-laħam tal-‘AUS-MEAT’ bin-numri 1B sa 4, il-kulur tax-xaħam mal-istandards ta’ referenza tal-kulur tax-xaħam tal-‘AUS-MEAT’ bin-numri 0 sa 4, u l-ħxuna tax-xaħam (imkejla fil-post P8) mal-klassijiet tax-xaħam bin-numri 2 sa 5 ta’ l-‘AUS-MEAT’’. Il-qatgħat iridu jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4451. |
(c) |
6 300 tunnellata ta’ ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0206 10 95 u li tissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Qatgħat taċ-ċanga magħżulin minn għoġġiela (‘novillo’) jew erieħ (‘vaquillona’) kif iddefinit fil-klassifikazzjoni uffiċjali tal-karkassi tal-laħam bovin stabbilita mill-Istitut Nazzjonali tal-Laħam tal-Urugwaj (l-‘Instituto Nacional de Carnes – INAC’). L-annimali eliġibbli għall-produzzjoni ta’ Ċanga ta’ Kwalità Għolja jkunu kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘I’, ‘N’ jew ‘A’, b’kisja tax-xaħam bin-numri ‘1’, ‘2’ jew ‘3’, skond il-klassifikazzjoni msemmija hawn fuq”. Il-qatgħat iridu jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4452. |
(d) |
10 000 tunnellata ta' ċanga mingħajr għadam koperta mill-kodiċijiet NM 0201 30 00, 0202 30 90, 0206 10 95 u 0206 29 91 u li tissodisfa d-definizzjonijiet li ġejjin: “Qatgħat magħżulin minn għoġġiela jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat minn mindu waqfu jerdgħu. Il-karkassi għandhom jiġu kklassifikati bħala ‘B’ b’kisja tax-xaħam bin-numri ‘2’ jew ‘3’ skond il-klassifikazzjoni uffiċjali tal-karkassi taċ-ċanga stabbilita mill-Ministeru għall-Agrikoltura, il-Bhejjem u l-Provvista fil-Brażil (il-‘Ministério da Agricultura, Pecuária e Abastecimento’) ”. Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-indikazzjoni “Ċanga ta’ Kwalità Għolja” tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4453. |
(e) |
1 300 tunnellata ta’ piż tal-prodott tal-laħam kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201 20 90, 0201 30 00, 0202 20 90, 0202 30, 0206 10 95 u 0206 29 91 u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Qatgħat taċ-ċanga magħżulin li ġejjin minn għoġġiela jew erieħ li kielu biss ħaxix tal-mergħat, li l-karkassi tagħhom meta jkunu mnaddfa għandhom piż ta’ mhux iktar minn 370 kilogrammi. Il-karkassi għandhom jiġu klassifikati bħala ‘A’, ‘L’, ‘P’, ‘T’ jew ‘F’, jiġu mirquma skont il-ħxuna tax-xaħam tat-tip ‘P’ jew inqas u bi klassifikazzjoni ta’ muskolatura ta’ 1 jew 2 skont is-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi amministrata mill-Bord tal-Laħam ta’ New Zealand”. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4454. |
(f) |
11 500 tunnellata ta’ piż tal-prodott tal-laħam kopert mill-kodiċijiet tan-NM 0201, 0202, 0206 10 95 u 0206 29 91, u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Il-karkassi jew kwalunkwe qatgħa minn annimali bovini li ma jkollhomx aktar minn 30 xahar, mitmugħin għal perjodu ta’ mitt jum jew aktar dieta bbilanċjata nutrittiva, b'kontenut ta’ enerġija għolja li tinkludi mhux anqas minn 70 % qamħ, u b'valur ta’ mill-inqas 20 libbra ta’ għalf totali kuljum. Ċanga kklassifikata bħala ‘choice’ (‘tal-għażla’) jew ‘prime’ (‘tal-iprem kwalità’) skond l-istandards tal-USDA (Id-Dipartiment tal-Agrikolutura tal-Istati Uniti) tissodisfa awtomatikament id-definizzjoni ta’ hawn fuq. Laħam ikklassifikat bħala ‘Kanada A’, ‘Kanada AA’, ‘Kanada AAA’, ‘Kanada Choice’ u ‘Kanada Prime’, ‘A1’, ‘A2’, ‘A3’‘u A4’, skond l-Aġenzija tal-Ispezzjoni tal-Ikel Kanadiża – il-Gvern tal-Kanada, jikkorrispondi għal din id-definizzjoni”. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4002. |
(g) |
1 000 tunnellata ta’ laħam mingħajr għadam koperti mill-kodiċijiet tan-NM 0201 30 00 u 0202 30 90 u li jissodisfa d-definizzjoni li ġejja: “Flett (lomito), il-mixwi (striploin) u/jew Cube roll (lomo), ramp (rabadilla), l-għolja tal-koxxa (carnaza negra) miksubin minn annimali magħżulin ta’ razez imħallta b'inqas minn 50 % ta’ razez tat-tip zebú u li ġew mitmugħa biss ħuxlief jew ħaxix mill-mergħat. L-annimali maqtula għandhom ikunu għoġġiela jew erieħ li jaqgħu fi ħdan il-kategorija ‘V’ tas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi ‘VACUNO’ li tipproduċi karkassi li ma jaqbżux il-260 kg”. Il-qatgħat għandhom jiġu ttikkettjati skond l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-indikazzjoni ‘Ċanga ta’ Kwalità Għolja’ tista' tiżdied mat-tagħrif fuq it-tikketta. Din il-kwota ġġib in-numru tas-serje 09.4455. |
Artikolu 3
1. L-importazzjonijiet tal-kwantitajiet stipulati fl-Artikolu 2(f) għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni, hekk kif jiġu rrilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, ta’:
(a) |
liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skond l-Artikoli 4 u 5, u |
(b) |
ċertifikat tal-awtentiċità maħruġ skond l-Artikolu 6. |
2. Għall-importazzjonijiet tal-kwantità stipulata fl-Artikolu 2(f), il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni għandu jinqasam fi 12-il perjodu sekondarju ta’ xahar il-wieħed. Il-kwantità disponibbli għal kull perjodu sekondarju għandha tkun wieħed minn tnax tal-kwantità totali.
Artikolu 4
Biex jiksbu l-liċenzji tal-importazzjoni msemmijin fl-Artikolu 3, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
is-sezzjoni 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġ li juru l-pajjiż tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b'salib. Il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obbligu li l-importazzjoni ssir mill-pajjiż ikkonċernat; |
(b) |
is-sezzjoni 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji jeħtieġ li juru waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness I. |
Artikolu 5
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji msemmijin fl-Artikolu 4 jistgħu jitressqu biss matul l-ewwel ħamest ijiem ta’ kull xahar ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni.
Minkejja l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, l-applikazzjonijiet jistgħu, għall-istess numru tas-serje tal-kwota, ikopru prodott jew bosta prodotti koperti mill-kodiċijiet tan-NM jew mill-gruppi tal-kodiċijiet tan-NM elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jkopru bosta kodiċijiet tan-NM, għandha tiġi speċifikata, skond il-kodiċi tan-NM jew il-grupp tal-kodiċijiet tan-NM, il-kwantità rispettiva li għaliha tkun qed issir l-applikazzjoni. F'kull każ, il-kodiċijiet kollha tan-NM għandhom jintwerew fis-sezzjoni 16 u d-deskrizzjoni tagħhom fis-sezzjoni 15 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u tal-liċenzji.
2. Sa mhux aktar tard mill-10 jum tax-xahar li fih jitressqu l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet skont il-pajjiż tal-oriġini.
3. Il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mis-17-il jum u sa mhux aktar tard mill-21 jum tax-xahar li fih ikunu tressqu l-applikazzjonijiet. Kull liċenzja li tinħareġ għandha tispeċifika l-kwantità kkonċernata skont il-kodiċi tan-NM jew il-grupp ta' kodiċijiet tan-NM.
Artikolu 6
1. Għandha tinħareġ kopja waħda oriġinali taċ-ċertifikat tal-awtentiċità flimkien ma’ mhux anqas minn kopja waħda tiegħu skond il-mudell mogħti fl-Anness II.
Il-qies tal-formoli għandu jkunu 210 × 297 mm u l-karta għandha tiżen mhux anqas minn 40 g/m2.
2. Il-formoli għandhom ikunu mitbugħa u mimlija f'waħda mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni; jistgħu wkoll jiġu mitbugħa u mimlija fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż li qed jesporta.
Id-definizzjoni rilevanti fl-Artikolu 2 li tapplika għal-laħam li joriġina fil-pajjiż li qed jesporta għandha tkun esposta fuq il-parti ta’ wara tal-formola.
3. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandu jkollhom numru tas-serje individwali allokat mill-awtoritajiet emittenti msemmija fl-Artikolu 7. Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje bħall-oriġinali.
4. Id-dokument oriġinali u l-kopji tiegħu jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jinkitbu bil-linka sewda u b'ittri kbar.
5. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità huma validi biss jekk ikunu mimlijin sewwa u ffirmati b'mod konformi mal-istruzzjonijiet mogħtija fl-Annessi II u III minn awtorità emittenti, inkluża fil-lista tal-Anness III.
6. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jitqiesu li ġew ffirmati sewwa jekk ikunu jinkludu d-data u l-post tal-ħruġ kif ukoll it-timbru tal-awtorità emittenti u l-firma tal-persuna jew tal-persuni awtorizzati li jiffirmawhom.
It-timbru jista' jinbidel b’siġill mitbugħ kemm fuq iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-awtentiċità kif ukoll fuq il-kopji l-oħra tiegħu.
Artikolu 7
1. L-awtoritajiet emittenti elenkati fl-Anness III għandhom:
(a) |
ikunu rrikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż li qed jesporta; |
(b) |
jaċċettaw li jivverifikaw l-annotazzjonijiet fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità; |
(c) |
jaċċettaw li kull nhar ta’ Erbgħa jgħaddu lill-Kummissjoni kwalunkwe tagħrif li permezz tiegħu jkunu jistgħu jiġu vverifikati l-annotazzjonijiet fiċ-ċertifikati. |
2. Il-lista fl-Anness III tista' tiġi riveduta mill-Kummissjoni fil-każ li kwalunkwe awtorità emittenti ma tkunx aktar irrikonoxxuta, fil-każ li tonqos milli twettaq kwalunkwe obbligu meħtieġ minnha jew fil-każ li tinħatar awtorità emittenti ġdida.
Artikolu 8
1. L-importazzjonijiet tal-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzji tal-importazzjoni maħruġin skont l-Artikolu 4(a) u (b) u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mar-rilaxx tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.
2. Iċ-ċertifikat tal-awtentiċità oriġinali maħruġ skond l-Artikoli 6 u 7 flimkien ma’ kopja tiegħu għandhom jingħataw lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni relatata maċ-ċertifikat tal-awtentiċità.
Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta’ aktar minn liċenzja waħda tal-importazzjoni fir-rigward ta' kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fuq iċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta’ ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha tapprova ċ-ċertifikat tal-awtentiċità sabiex dan ikun juri l-kwantità attribwita.
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li t-tagħrif kollu fuq iċ-ċertifikat tal-awtentiċità jaqbel ma’ dak li jkun waslilhom kull ġimgħa dwar is-suġġett mingħand il-Kummissjoni. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara.
3. Minkejja l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 2, u suġġett għall-konformità mal-paragrafi 4, 5 u 6, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu liċenzji tal-importazzjoni meta:
(a) |
l-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità jkun ġie ppreżentat imma t-tagħrif rilevanti mill-Kummissjoni jkun għadu ma waslilhomx; jew |
(b) |
l-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità ma jkunx ġie ppreżentat; jew |
(c) |
l-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità jkun ġie ppreżentat u t-tagħrif rilevanti mill-Kummissjoni jkun waslilhom imma xi dejta ma tkunx f'konformità. |
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, minkejja l-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 il-garanzija li trid tiġi ddepożitata għal-liċenzji tal-importazzjoni għandha tkun ugwali għall-ammont korrispondenti, għall-prodotti msemmija, tad-dazju sħiħ tad-dwana skond it-Tariffa Doganali Komuni applikabbli fil-ġurnata li fiha tiġi ippreżentata l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni.
Wara li jkunu rċevew l-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità u t-tagħrif tal-Kummissjoni dwar iċ-ċertifikat imsemmi u wara li jkunu ivverifikaw li din id-dejta hija f’konformità, l-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw dik il-garanzija bil-kundizzjoni li l-garanzija msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 tkun ġiet iddepożitata għall-istess liċenzja tal-importazzjoni.
5. Il-preżentazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità konformi, qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ validità tal-liċenzja tal-importazzjoni kkonċernata għandha tkun ħtieġa prinċipali fit-tifsira tal-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 (10). għall-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4.
6. L-ammonti tal-garanzija msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 mhux rilaxxati jintilfu u jinżammu bħala dazji doganali.
Artikolu 9
Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jibqgħu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ tagħhom. Madankollu, iż-żmien tal-validità taċ-ċertifikati tal-awtentiċitàgħandu jiskadi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ wara d-data tal-ħruġ.
Artikolu 10
Għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(f) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 u tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, għajr fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.
Għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tar-Regolament (KE) Nru 382/2008 u tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, ħlief fejn dan ir-Regolament jipprovdi mod ieħor.
Artikolu 11
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) |
sa mhux iktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni bin-numri tas-serje 09.4450, 09.4451, 09.4452, 09.4453, 09.4454, 09.4002 u 09.4455, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni matul ix-xahar ta’ qabel; |
(b) |
sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu ta’ wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, għall-kwota tariffarja tal-importazzjoni bin-numri tas-serje 09.4001 u 09.4004, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni matul il-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni preċedenti; |
(c) |
il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni, li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżlin fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu:
|
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-kwantitajiet ta’ prodotti li tqiegħdu f'ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.
3. Għan-notifiki msemmijin fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet għandhom ikun espressi f’kilogrammi ta’ piż tal-prodott, għal kull pajjiż tal-oriġini u għal kull kategorija ta’ prodotti kif indikat fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
In-notifiki dwar il-kwantitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 2(a) sa (e) u (g) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009.
Artikolu 12
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 huwa revokat.
Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness V.
Artikolu 13
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.
(2) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 3.
(3) Ara l-Anness IV.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
(5) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(6) ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.
(7) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
(9) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.
(10) ĠU L 92, 30.3.2012, p. 4.
ANNESS I
Annotazzjonijiet imsemmija fl-artikolu 4(b)
— |
: |
Bil-Bulgaru |
: |
Говеждо/телешко месо с високо качество (Регламент за изпълнение (ЕC) № 593/2013) |
— |
: |
Bl-Spanjol |
: |
Carne de vacuno de alta calidad [Reglamento de Ejecución (UE) no 593/2013] |
— |
: |
Biċ-Ċek |
: |
Vysoce jakostní hovězí/telecí maso (Prováděcí nařízení (EU) č. 593/2013) |
— |
: |
Bid-Daniż |
: |
Oksekød af høj kvalitet (Gennemførelsesforordning (EU) nr. 593/2013) |
— |
: |
Bil-Ġermaniż |
: |
Qualitätsrindfleisch (Durchführungsverordnung (EU) Nr. 593/2013) |
— |
: |
Bl-Estonjan |
: |
Kõrgekvaliteediline veiseliha/vasikaliha (Rakendusmäärus (EL) nr 593/2013) |
— |
: |
Bil-Grieg |
: |
Βόειο κρέας εκλεκτής ποιότητας [Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 593/2013] |
— |
: |
Bl-Ingliż |
: |
High-quality beef/veal (Implementing Regulation (EU) No 593/2013) |
— |
: |
Bil-Franċiż |
: |
Viande bovine de haute qualité [Règlement d'exécution (UE) no 593/2013] |
— |
: |
Bit-Taljan |
: |
Carni bovine di alta qualità [Regolamento di esecuzione (UE) n. 593/2013] |
— |
: |
Bil-Latvjan |
: |
Augstas kvalitātes liellopu/teļa gaļa (Īstenošanas regula (ES) Nr. 593/2013) |
— |
: |
Bil-Litwan |
: |
Aukštos kokybės jautiena ir (arba) veršiena (Įgyvendinimo reglamentas (ESB) Nr. 593/2013) |
— |
: |
Bl-Ungeriż |
: |
Kiváló minőségű marha-/borjúhús (593/2013/EU végrehajtási rendelet) |
— |
: |
Bil-Malti |
: |
Kwalita għolja ta’ ċanga/vitella (Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013) |
— |
: |
Bl-Olandiż |
: |
Rundvlees van hoge kwaliteit (Uitvoeringsverordening (EU) nr. 593/2013) |
— |
: |
Bil-Pollakk |
: |
Wołowina/cielęcina wysokiej jakości (Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 593/2013) |
— |
: |
Bil-Portugiż |
: |
Carne de bovino de alta qualidade [Regulamento de Execução (UE) n.o 593/2013] |
— |
: |
Bir-Rumen |
: |
Carne de vită/vițel de calitate superioară [Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 593/2013] |
— |
: |
Bis-Slovakk |
: |
Vysoko kvalitné hovädzie/teľacie mäso (Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 593/2013) |
— |
: |
Bis-Sloven |
: |
Visokokakovostno goveje/telečje meso (Izvedbena uredba (EU) št. 593/2013) |
— |
: |
Bil-Finlandiż |
: |
Korkealaatuista naudanlihaa (Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 593/2013) |
— |
: |
Bl-Isvediż |
: |
Nötkött av hög kvalitet (Genomförandeförordning (EU) nr 593/2013) |
ANNESS II
Test ta 'immaġni
Definizzjoni
Ċanga ta’ kwalità għolja li toriġina minn …
(definizzjoni xierqa)
jew laħam tal-buflu li joriġina mill-Awstralja
jew laħam tal-buflu li joriġina mill-Arġentina
ANNESS III
LISTA TAL-AWTORITAJIET FIL-PAJJIŻI LI QED JESPORTAW LI GĦANDHOM IS-SETGĦA JOĦORĠU Ċ-ĊERTIFIKATI TAL-AWTENTIĊITÀ
— |
MINISTERIO DE ECONOMÍA Y FINANZAS PÚBLICAS għal-laħam li joriġina mill-Arġentina:
|
— |
DEPARTMENT OF AGRICULTURE, FISHERIES AND FORESTRY — AUSTRALIA għal-laħam li joriġina fl-Awstralja:
|
— |
INSTITUTO NACIONAL DE CARNES (INAC) għal-laħam li joriġina fl-Urugwaj u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(c). |
— |
DEPARTAMENTO NACIONAL DE INSPECÇÃO DE PRODUTOS DE ORIGEM ANIMAL (DIPOA) għal-laħam li joriġina fil-Brażil u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(d). |
— |
NEW ZEALAND MEAT BOARD għal-laħam li joriġina fin-New Zealand, li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(e). |
— |
FOOD SAFETY AND INSPECTION SERVICE (FSIS) OF THE UNITED STATES DEPARTMENT OF AGRICULTURE (USDA) għal-laħam li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(f). |
— |
CANADIAN FOOD INSPECTION AGENCY — GOVERNMENT OF CANADA/AGENCE CANADIENNE D'INSPECTION DES ALIMENTS — GOUVERNEMENT DU CANADA għal-laħam li joriġina fil-Kanada, u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(f). |
— |
SERVICIO NACIONAL DE CALIDAD Y SALUD ANIMAL, DIRECCIÓN GENERAL DE CALIDAD E INOCUIDAD DE PRODUCTOS DE ORIGEN ANIMAL għal-laħam li joriġina fil-Paragwaj u li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(g). |
ANNESS IV
Ir-Regolament imħassar bl-emendi suċċessivi tiegħu
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 810/2008 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1136/2008 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 539/2009 |
L-Artikolu 2 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2009 |
L-Artikolu 2 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2009 |
|
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 653/2011 |
L-Artikolu 3 biss |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1257/2011 |
|
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2012 |
L-Artikolu 5 biss |
ANNESS V
Tabella ta’ korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2008 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 1(2) u (3) |
Artikolu 1(2) u (3) |
Artikoli 2 sa 13 |
Artikoli 2 sa 13 |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
Anness III |
Annex III |
Anness I |
Anness VII |
— |
Anness VIII |
— |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |