Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0164

    2013/164/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ Marzu 2013 li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2003/135/KE, 2004/832/KE u 2005/59/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim f’sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ fil-Ġermanja, Franza u s-Slovakkja (notifikata bid-dokument C(2013) 1741)

    ĠU L 91, 3.4.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/07/2021; Imħassar b' 32020R0687

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/164/oj

    3.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 91/10


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta’ Marzu 2013

    li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2003/135/KE, 2004/832/KE u 2005/59/KE dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim f’sitwazzjoni ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ fil-Ġermanja, Franza u s-Slovakkja

    (notifikata bid-dokument C(2013) 1741)

    (It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

    (2013/164/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1), l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 25(3) u l-Artikolu 29(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/135/KE tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja, fl-istati federali tas-Sassonja ta’ Isfel, ir-Rhine-Westphalia tat-Tramuntana, ir-Rhineland-Palatinate u s-Saarland (2), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/832/KE tat-3 ta’ Diċembru 2004 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta’ emerġenza għal dawn il-ħnieżer fil-Vosges tat-Tramuntana, fi Franza (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/59/KE tas-26 ta’ Jannar 2005 dwar l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħanżir salvaġġ u t-tilqim f’sitwazzjoni ta’ emerġenza ta’ dawn il-ħnieżer fis-Slovakkja (4) ġew adottati wara li ġie kkonfermat id-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f’ċerti reġjuni fil-Ġermanja, fi Franza u fis-Slovakkja, rispettivament. Permezz ta’ dawk id-Deċiżjonijiet, il-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ kontra din il-marda ġew approvati għal dawn l-Istati Membri.

    (2)

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/761/UE tat-30 ta’ Novembru 2012 li tapprova programmi annwali u plurienniali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2013 (5), tapprova, inter alia, il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentati mill-Ġermanja u mis-Slovakkja.

    (3)

    Fl-2011 Franza u s-Slovakkja informaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar is-sitwazzjoni favorevoli tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju tagħhom. L-informazzjoni pprovduta indikat li d-deni klassiku tal-ħnieżer ġie eradikat b’suċċess mill-ħnieżer slavaġ fiż-żoni milquta ta’ dawk l-Istati Membri. Barra minn hekk, fl-2012, il-Ġermanja informat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li d-deni klassiku tal-ħnieżer ġie eradikat b’suċċess mill-ħnieżer slavaġ fiż-żoni milquta ta’ dak l-Istat Membru.

    (4)

    Skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja, Franza u s-Slovakkja, it-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ twaqqaf. Barra dan, qed jinżamm livell ogħla ta’ sorveljanza fiż-żoni preċedentement milquta mill-marda bħala parti mill-programmi approvati bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2012/761/UE. Għaldaqstant, il-miżuri previsti fil-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer approvati għal dawk l-Istati Membri ma għadhomx meħtieġa.

    (5)

    Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjonijiet 2003/135/KE, 2004/832/KE u 2005/59/KE għandhom għalhekk jiġu revokati.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjonijiet 2003/135/KE, 2004/832/KE u 2005/59/KE huma revokati.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Franċiża u lir-Repubblika Slovakka.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

    (2)  ĠU L 53, 28.2.2003, p. 47.

    (3)  ĠU L 359, 4.12.2004, p. 62.

    (4)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 46.

    (5)  ĠU L 336, 8.12.2012, p. 83.


    Top