This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0435
2012/435/EU: Council Decision of 24 July 2012 on the conclusion of the Agreement in the form of an Exchange of Letters between the European Union and the Russian Federation relating to the introduction or increase of export duties on raw materials
2012/435/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Lulju 2012 dwar il-konklużjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima
2012/435/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 24 ta’ Lulju 2012 dwar il-konklużjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima
ĠU L 200, 27.7.2012, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/435/oj
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Lulju 2012
dwar il-konklużjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima
(2012/435/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/108/UE (1), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima (il-“Ftehim”), ġie ffirmat fis-16 ta' Diċembru 2011, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
Il-Ftehim għandu jkun approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-introduzzjoni jew iż-żieda ta’ dazji tal-esportazzjoni fuq materja prima huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, biex jagħmlu n-notifika prevista fil-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(1) ĠU L 57, 29.2.2012, p. 52.
(2) Il-Ftehim ġie ippublikati fil-ĠU L 57, 29.2.2012, p. 53, flimkien mad-deċiżjoni tal-iffirmar.
(3) Id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim ser tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.