Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0428

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2012 tat- 22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

    ĠU L 132, 23.5.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/01/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0033

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/428/oj

    23.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 132/10


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 428/2012

    tat-22 ta’ Mejju 2012

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 607/2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 121, l-ewwel paragrafu, il-punt (m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kummerċ tal-inbid (2), l-Istati Uniti talbet li l-isem tal-pajjiż jiddaħħal fil-Parti B tal-Anness XV għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 (3) fil-kolonna li tindika l-pajjiżi li jistgħu jużaw l-isem ta’ waħda mill-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jidhru fuq it-tikketta tal-inbejjed skont l-Artikolu 62(4) tar-Regolament. Wara verifikazzjoni li l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 62(1)(b), u l-Artikolu 62(4), tar-Regolament imsemmi huma ssodisfati, l-Istati Uniti tal-Amerika għandha tiddaħħal fil-kolonna korrispondenti tal-Anness, ħdejn l-isem tal-varjetà tal-għeneb tal-inbid li għalih qed tirreferi t-talba.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 607/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fil-Parti B tal-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 607/2009, il-linja 58 hija sostitwita kif ġej:

    “58

    Vermentino di Gallura (IT)

    Vermentino di Sardegna (IT)

    Vermentino

    l-Italja, l-Awstralja, l-Istati Uniti tal-Amerika

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 87, 24.3.2006, p. 2.

    (3)  ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60.


    Top