EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0152

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/152/PESK tal- 15 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 77, 16.3.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/152(1)/oj

16.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/152/PESK

tal-15 ta' Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1).

(2)

Fit-23 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/35/PESK, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (2), b'reazzjoni għat-tħassib serju u dejjem aktar fil-fond tiegħu dwar in-natura tal-programm nukleari tal-Iran.

(3)

F'dan il-kuntest, l-applikazzjoni ta' miżuri finanzjarji mmirati mill-fornituri ta' servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati għandhom jiġu żviluppati iktar, b’konsistenza mad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 20 tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-paragrafu li ġej huwa miżjud:

“12.   Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu, huwa pprojbit li jiġu fornuti servizzi ta' messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li huma użati għall-iskambju ta' data finanzjarja, lill-persuni u l-entitajiet indikati fil-paragrafu 1.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 19, 24.1.2012, p. 22.


Top