Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 22011D0099

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 99/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 37/37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Estatuto jurídico del documento Vigente

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/99(2)/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/37


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 99/2011

    tat-30 ta’ Settembru 2011

    li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/884/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/116/KE rigward l-introduzzjoni ta’ numri riżervati addizzjonali li jibdew bil-116 (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5cx (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/116/KE) fl-Anness XI mal-Ftehim:

    “—

    32009 D 0884: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/884/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (ĠU L 317, 3.12.2009, p. 46).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2009/884/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.

    (2)  ĠU L 317, 3.12.2009, p. 46.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Arriba