Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 22011D0098
Decision of the EEA Joint Committee No 98/2011 of 30 September 2011 amending Annex XI (Electronic communication, audiovisual services and information society) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 98/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 318, 1.12.2011, p. 36/36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
Vigente
1.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 98/2011
tat-30 ta’ Settembru 2011
li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2009/343/KE tal-21 ta’ April 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2007/131/KE dwar il-permess ta’ użu tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju, għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband b’mod armonizzat fil-Komunità (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
1. |
Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cw (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/131/KE) ta’ “, kif emendat permezz ta’:
|
2. |
Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 5cz (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2009/343/KE u 2009/381/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jkunu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Kurt JÄGER
(1) ĠU L 262, 6.10.2011, p. 50.
(2) ĠU L 105, 25.4.2009, p. 9.
(3) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 32.
(*) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.