Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0094

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 94/2011 tat- 30 ta' Settembru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/94(2)/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/31


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 94/2011

    tat-30 ta' Settembru 2011

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2011 tal-1 ta' Lulju 2011 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/7/UE tas-7 ta' Jannar 2011 li temenda l-Anness XI għad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE fir-rigward tal-lista tal-laboratorji awtorizzati li jimmaniġġjaw il-vajrus ħaj tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-annimali ħajjin għajr il-ħut u l-annimali tal-akwakultura. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna dawn il-kwistjonijiet ma tapplikax għall-Islanda, kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu I tal-Anness I ta' mal-Ftehim. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tkun applikata għall-Islanda.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għall-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għall-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattazzjonijiet settorjali għall-Anness I. Għalhekk, din id-Deċiżjoni m’għandiex tkun applikata għall-Liechtenstein,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I għall-Ftehim:

    “—

    32011 D 0007: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/7/UE tas-7 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 5, 8.1.2011, p. 27).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2011/7/UE fl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 16.

    (2)  ĠU L 5, 8.1.2011, p. 27.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Top