Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0680

    2011/680/: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 10 ta’ Ottubru 2011 li taħtar membru Portuġiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    ĠU L 269, 14.10.2011, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/680/oj

    14.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 269/29


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-10 ta’ Ottubru 2011

    li taħtar membru Portuġiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

    (2011/680/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Portugiż,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

    (2)

    Post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Manuel CAVALEIRO BRANDÃO,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Is-Sur Gonçalo da GAMA LOBO XAVIER, Confederação da Indústria Portuguesa (CIP) huwa b’dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2015.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. KRASZEWSKI


    (1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


    Top