This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22011D0051
Decision of the EEA Joint Committee No 51/2011 of 20 May 2011 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li tamenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2011 tal- 20 ta’ Mejju 2011 li tamenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 196, 28.7.2011, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
28.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 51/2011
tal-20 ta’ Mejju 2011
li tamenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 45/2010 tat-30 ta’ April 2010 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2009 tat-28 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I, III, IV u V tiegħu għall-progress tekniku (2) għandu jiġi inkluż fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jinżied fil-punt 1 (Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV tal-Anness II mal-Ftehim:
|
“— |
32009 R 1020: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1020/2009 tat-28 ta’ Ottubru 2009 (ĠU L 282, 29.10.2009, p. 7).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1020/2009 bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 181, 15.7.2010, p. 13.
(2) ĠU L 282, 29.10.2009, p. 7.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.