Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0127

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2010 tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temeda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 58, 3.3.2011, p. 85–85 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/127(2)/oj

    3.3.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 58/85


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 127/2010

    tal-10 ta’ Novembru 2010

    li temeda l-Anness XXII (Il-liġi tal-Kumpaniji) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness XXII għall-Ftehim ġie emendat b’Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2010 tat-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE tal-5 ta’ Frar 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tkun inkorporata mal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 10fa (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/627/KE) tal-Anness XXII tal-Ftehim:

    “10fb.

    32010 D 0064: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE tal-5 ta' Frar 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 35, 6.2.2010, p. 15).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2010/64/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2010, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Stefán Haukur JÓHANNESSON


    (1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 63.

    (2)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 15.

    (*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


    Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti dwar id-Deciżjoni Nru 127/2010 li tinkorpora d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE fil-Ftehim

    “Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/64/UE tal-5 ta' Frar 2010 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti ta’ ċerti pajjiżi terzi skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għandha x’taqsam mal-għarfien tal-adekwatezza tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim taż-ŻEE.”


    Top