This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2010_125_R_0053_01
2010/293/: Commission Decision of 20 May 2010 on the conclusion of an Implementing Arrangement between the European Commission and the Government of the United States of America for cooperative activities in the field of homeland/civil security research#Implementing arrangement between the European Commission and the Government of the United States of America for cooperative activities in the field of homeland/civil security research
2010/293/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Mejju 2010 dwar il-konklużjoni ta’ Arranġament tal-Implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili
Arranġament tal-implimentazzjoni bejn Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili
2010/293/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Mejju 2010 dwar il-konklużjoni ta’ Arranġament tal-Implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili
Arranġament tal-implimentazzjoni bejn Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili
ĠU L 125, 21.5.2010, p. 53–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 125/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta’ Mejju 2010
dwar il-konklużjoni ta’ Arranġament tal-Implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili
(2010/293/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (1), u partikolarment it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika (“il-Ftehim”) ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE (2), u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. Jista’ jiġġedded għal perjodi ta’ ħames snin (3), u ġie estiż u emendat fl-14 ta’ Ottubru 2008 (4). |
(2) |
Il-kooperazzjoni transatlantika fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili hija mixtieqa u ta’ benefiċċju reċiproku. |
(3) |
Il-fehma komuni li qed toħroġ mit-taħditiet esploratorji kienet li Ftehim ta’ Implimentazzjoni jkun mekkaniżmu biex jissimplifika l-attività teknika u xjentifika konġunta. |
(4) |
Arranġament tal-Implimentazzjoni biex ikopri l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam interdixxiplinari tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili (“l-Arranġament tal-Implimentazzjoni”) ġie stabbilit b’suċċess bejn il-Kummissjoni u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika. |
(5) |
L-Arranġament tal-Implimentazzjoni ma għandux implikazzjonijiet finanzjarji diretti. Il-proġetti konġunti se jikkompetu għall-finanzjament permezz ta’ miżuri normali ta’ appoġġ u RŻT fil-programmi rilevanti ta’ riċerka tas-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (5). Skont il-Ftehim, il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea se jiġi limitat għas-sħab Ewropej. |
(6) |
L-arranġament tal-Implimentazzjoni għandu jiġi approvat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Arranġament tal-Implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili huwa approvat.
It-test tal-Arranġament tal-Implimentazzjoni huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissarju responsabbli għad-DĠ Intrapriża u Industrija huwa awtorizzat li jiffirma l-Arranġament tal-Implimentazzjoni f’isem il-Kummissjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 37.
(2) ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35.
(3) ĠU L 335, 11.11.2004, p. 7.
(4) Permezz ta’ skambju ta’ Notes Verbales bejn il-Kunsill tal-UE, bid-data tal-15 ta’ Mejju 2009 (nru tar-referenza SGS9/06298) u l-Gvern tal-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Istat, bid-data tas-6 ta’ Lulju 2009.
(5) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
ARRANĠAMENT TAL-IMPLIMENTAZZJONI
bejn Il-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka fis-sigurtà domestika u ċivili
Skont il-Ftehim għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea, iffirmat f’Washington fil-5 ta’ Diċembru 1997, kif estiż u emendat (permezz ta’ skambju ta’ Notes Verbales bejn il-Kunsill tal-UE, bid-data tal-15 ta’ Mejju 2009 u l-Gvern tal-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Istat, bid-data tas-6 ta’ Lulju 2009), minn hawn ‘il quddiem imsemmi “il-Ftehim”, b’dan qed jiġi stabbilit Arranġament tal-Implimentazzjoni biex ikopri l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-Istati Uniti tal-Amerika (l-Istati Uniti), minn hawn ‘il quddiem imsemmija “il-Partijiet”. L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom iseħħu skont it-termini tal-Ftehim. L-iskop ta’ dan l-Arranġement ta’ Implimentazzjoni huwa li jħeġġeġ, jiżviluppa u jiffaċilita dawn l-attivitajiet bejn il-Partijiet, imwettqa fuq il-bażi ta’ benefiċċju reċiproku miksub minn bilanċ ġenerali tal-vantaġġi, l-opportunitajiet reċiproċi għal sehem f’attivitatjiet ta’ kooperazzjoni, u trattament ġust u ndaqs. Dan l-Arranġament ta’ Implimentazzjoni mhuwiex maħsub biex joħloq obbligi li jorbtu fil-liġi.
1. L-Attivitajiet Kooperattivi
Il-Partijiet jistgħu jagħmlu u jiffaċilitaw attivitajiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tax-xjenza u t-teknoloġija marbuta mal-qasam tas-sigurtà domestika u ċivili, kif stipulat fis-Seba’ Programm ta’ Qafas tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013), it-Tema 10 “Sigurtà” (u programmi ta’ segwitu relevanti) minn naħa waħda, u l-prijoritajiet tad-Dipartiment tas-Sigurtà Domestika min-naħa l-oħra.
L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jinkludu partikolarment l-oqsma li ġejjin ta’ riċerka fis-sigurtà domestika/ċivili:
1.1. |
is-sigurtà taċ-ċittadini (eż. il-ħarsien minn theddidiet naturali u tal-bniedem, il-prevenzjoni tal-produzzjoni illeċita tad-droga), inkluż il-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi u emerġenza; |
1.2. |
is-sigurtà u l-kapaċità ta’ rkupru tal-infrastrutturi kritiċi, ir-riżorsi l-iktar importanti, l-agrikoltura, is-servizzi pubbliċi, il-komunikazzjoni u s-servizzi finanzarji; |
1.3. |
l-interazzjoni tas-sigurtà u s-soċjetà, inkluż il-punt ta’ kuntatt bejn il-bniedem u t-teknoloġija, ir-riċerka fl-imġiba, il-kwistjonijiet tal-privatezza, u l-bijometrika; |
1.4. |
is-sigurtà tal-kontrolli u l-punti tal-qsim fuq il-fruntieri, inkluż il-fruntieri tal-art u dawk kostali; |
1.5. |
l-ottimizzazzjoni tat-teknoloġiji eżistenti u l-interoperabilità tagħhom; |
1.6. |
l-iżvilupp ta’ teknoloġiji destinati għall-utent finali u tagħmir biex jimla l-lakuni eżistenti u jissodisfa l-ħtiġijiet, bħal dawk għall-protezzjoni ċivili u tal-ewwel għajnuna; |
1.7. |
l-iżvilupp u l-iskambju ta’ rekwiżiti, standards, valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà, analiżijiet ta’ interdipendenza, ċertifikazzjonijiet, l-aħjar prassi, linji ta’ gwida, programmi ta’ taħriġ, rapporti tat-test, dejta, softwer, tagħmir u staff relevanti. |
2. In-natura ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni
2.1. |
Dawn l-attivitajiet jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
|
3. Koordinazzjoni
3.1. |
L-Istati Uniti u l-KE biħsiebhom jikkooperaw mill-qrib biex jikkoordinaw l-attivitajiet konġunti. Għaldaqstant, kull Parti għandu jkollha żewġ rappreżentanti li jiġu maħtura biex jikkoordinaw l-attivitajiet (“il-Grupp tat-Tmexxija”). Ir-rappreżentanti jistgħu jiltaqgħu kull meta jkun hemm bżonn, ġeneralment darba fis-sena. Ġeneralment, il-laqgħat huma mistennija jalternaw bejn siti fl-Unjoni Ewropea u fl-Istati Uniti tal-Amerika, u l-Parti li tkun qed tospita għandha tipprovdi appoġġ organizzazzjonali u amministrattiv. |
3.2. |
Skont il-bżonn, kull Parti tista’ taħtar parteċipanti addizzjonali biex jattendu dawn il-laqgħat. Il-laqgħat għandhom ikunu kopresjeduti mis-Sotto Segretarju għax-Xjenza u t-Teknoloġija tad-Dipartiment tas-Sigurtà Domestika u d-Direttur responsabbli għar-Riċerka fis-Sigurtà fil-KE. Ma ġiex assenjat status formali lil dan il-Grupp tat-Tmexxija. |
3.3. |
Il-Grupp tat-Tmexxija għandu jissorvelja u jistimola l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni li jsiru skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni. Għandu jiskambja informazzjoni dwar prassi, liġijiet, regolamenti u programmi relevanti għall-kooperazzjoni skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni. Għandu jippjana u jidentifika għanijiet u opportunitajiet għal kull sena ġdida, jipproponi attivitajiet ad hoc, u jirrevedi attivitajiet u l-livelli ta’ parteċipazzjoni u sforzi simili fil-programmi ta’ kull Parti skont dan l-Arranġament ta’ Implimentazzjoni. Għandu joħroġ rapport perjodiku dwar il-progress fil-kooperazzjoni. |
4. Il-finanzjament
4.1. |
L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni għandhom ikunu soġġetti għad-disponibbiltà ta’ fondi approprjati u għal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli, il-politiki u l-programmi ta’ kull Parti, u għat-termini tal-Ftehim u dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni. Dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni ma joħloqx obbligi finanzjari. |
4.2. |
Kull Parti għandha tħallas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat tat-Tmexxija. Madankollu, l-ispejjeż, għajr dawk għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, li huma marbuta direttament ma’ laqgħat tal-Grupp tat-Tmexxija, jiġġarbu mill-Parti li tospita l-laqgħa, sakemm mhux miftiehem mod ieħor. |
4.3. |
Kull Parti hija responsabbli għal kull awditjar tal-azzjonijiet tagħha b’appoġġ tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni, inkluż l-attivitajiet ta’ kull parteċipant tagħha. Il-verifiki ta’ kull Parti għandhom ikunu skont il-prassi applikabbli tagħha stess. |
5. Proprjetà intelletwali
L-allokazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness tal-Ftehim.
6. Informazzjoni kklassifikata u Tagħmir u Materjal
6.1. |
L-informazzjoni kklassifikata skambjata bejn il-Partijiet jew iġġenerata minnhom għandha tiġi mmarkata, użata u protetta skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni Kklassifikata tat-30 ta’ April 2007 u l-arranġament tal-implimentazzjoni tiegħu, l-Arranġament tas-Sigurtà bejn l-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-UE (GSCSO) u d-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea (ECSD) u d-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti għall-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata bejn l-UE u l-Istati Uniti. |
6.2. |
Il-Partijiet għandhom it-tnejn jaħtru Awtorità tas-Sigurtà bħala l-uniku punt ta’ kuntatt u l-awtorità responsabbli għall-proċeduri tal-iżvilupp li jirregolaw is-sigurtà tal-informazzjoni kklassifikata koperta minn dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni. |
6.3. |
L-informazzjoni u t-Tagħmir u l-Materjal ipprovduti jew iġġenerati skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni huma limitati għal SECRET fl-Istati Uniti jew SECRET EU/EU SECRET fl-UE. |
7. Kxif mhux awtorizzat tal-informazzjoni
7.1. |
“Informazzjoni Mhux Ikklassifikata Kkontrollata” tal-Istati Uniti u informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata tal-UE hija informazzjoni jew dejta preliminari jew ta’ qabel id-deċiżjonijiet, skont il-każ, li ma titqiesx li tkun informazzjoni kklassifikata, iżda li għaliha jkunu ġew applikati limitazzjonijiet fuq l-aċċess jew id-distribuzzjoni u struzzjonijiet dwar l-użu skont il-liġijiet, ir-regolamenti, il-politiki jew il-linji gwida rispettivi tal-Partijiet. |
7.2. |
Fejn applikabbli, sew jekk l-informazzjoni tkun ipprovduta u sew jekk iġġenerata skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni, din għandha tkun immarkata biex il-karattru sensittiv tagħha jkun identifikat skont il-liġijiet, ir-regolamenti, il-politiki jew il-linji gwida rispettivi tal-Partijiet. |
7.3. |
Għall-Istati Uniti, “Controlled Unclassified Information” tinkludi, iżda mhux biss, informazzjoni mmarkata “Controlled Unclassified Information”“For Official Use Only,”“Law Enforcement Sensitive Information,”“Protected Critical Infrastructure Information,” Sensitive But Unclassified (SBU), u tista’ tinkludi Informazzjoni Kunfidenzjali tan-Negozju. Għall-Kummissjoni Ewropea, l-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata hija informazzjoni li jkollha marka formalment approvata mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea. |
7.4. |
“Controlled Unclassified Information” tal-Istati Uniti u l-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata tal-UE prevista skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni għandha:
|
7.5. |
Il-Partijiet għandhom, skont il-liġijiet u r-regolamenti rispettivi tagħhom, jieħdu l-miżuri neċessarji kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex iħarsu l-informazzjoni mhux ikklassifikata li teħtieġ limitazzjonijiet fuq l-aċċess u d-distribuzzjoni minn kxif mhux awtorizzat. |
7.6. |
L-arranġamenti dettaljati tas-sigurtà għall-immarkar, il-ħżin, l-użu u l-protezzjoni tal-informazzjoni kkontrollata mhux ikklassifikata jistgħu jiġu stabbiliti mill-Partijiet. |
8. Riżoluzzjoni tat-tilwim
8.1. |
It-tilwim dwar il-Proprjetà Intellettwali għandu jiġi riżolt skont l-Anness tal-Ftehim. |
8.2. |
Ħlief għal tilwim li jikkonċerna l-Proprjetà Intellettwali, il-kwistjonijiet jew it-tilwim kollu li jinħoloq skont dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni jew li jkun marbut miegħu għandu jiġi riżolt bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet, b’mod konsistenti mat-termini tal-Ftehim, inkluż l-Artikolu 12. |
9. Tul ta’ żmien
Dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni jista jibda malli jiffirmaw iż-żewġ Partijiet. Jibqa’ operattiv sakemm il-Ftehim jibqa’ fis-seħħ jew sakemm Parti ma tkomplix tieħu sehem f’dan l-Arranġament. Jekk Parti biħsiebha ma tkomplix tieħu sehem f’dan l-Arranġament, għandha tagħmel minn kollox biex tavża 90 jum bil-quddiem bl-intenzjoni tagħha lill-Parti l-oħra. Il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u l-prevenzjoni ta’ kull kxif mhux awtorizzat tal-informazzjoni huma maħsuba li jkomplu skont it-termini tal-Ftehim u l-Ftehim tal-2007 dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni Kklassifikata, minkejja l-waqfien jew l-iskadenza ta’ dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni jew tal-Ftehim. Dan l-Arranġament tal-Implimentazzjoni jista’ jiġi mmodifikat jew estiż bil-qbil bil-miktub taż-żewġ Partijiet.
Iffirmat illum, … 2010.
GĦALL-GVERN TAL-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA
GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA F’ISEM L-UNJONI EWROPEA