Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0389

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2010 tas- 6 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza

    ĠU L 114, 7.5.2010, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/389/oj

    7.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 114/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 389/2010

    tas-6 ta’ Mejju 2010

    li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda] tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 4(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 (2) jistipula regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferali [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda].

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2007 (3) rreveda l-livelli ta’ referenza għall-flotot fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill tas-Sajd tas-27 ta’ Lulju 2006 (4).

    (3)

    Fil-każ ta’ ċerti taqsimiet tal-flotta tad-Dipartimenti Franċiżi l-aktar imbiegħda, ir-Regolament (KE) Nru 1274/2007 fittex ir-regolarizzazzjoni ta’ għadd importanti ta’ bastimenti li wettqu attivitajiet tas-sajd qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, u li kienu attivi mingħajr ma kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE. Din ir-regolarizzazzjoni tqieset bħala estensjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp li kienu tressqu għar-reġjunijiet ikkonċernati l-aktar imbiegħda.

    (4)

    Inventarju aktar riċenti u aktar sħiħ tal-flotot fuq skala żgħira li joperaw fl-iktar żoni mbiegħda tat-territorji Franċiżi l-aktar imbiegħda tal-Gujana u Martinique, imfassal mill-awtoritajiet Franċiżi, wera li fi żmien ir-reviżjoni msemmija hawn fuq tal-livelli ta’ referenza, l-għadd ta’ bastimenti li jeħtieġu r-regolarizzazzjoni ġie sottovalutat. Franza talbet li ssir regolarizzazzjoni ġdida għall-bastimenti li ma tqisux bħala parti mill-pjanijiet ta’ żvilupp imressqa fl-2007 għall-Gujana u Martinique.

    (5)

    It-taqsimiet tal-flotta kkonċernati mit-talba għal żieda fil-livell ta’ referenza jiffukaw l-attivitajiet tagħhom fuq ir-riżorsi tal-ħut max-xatt, li skont l-aktar tagħrif xjentifiku riċenti, ma jurux problemi ta’ konservazzjoni.

    (6)

    Għaldaqstant, bħala kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd fl-iktar reġjuni mbiegħda, jaqbel li jitqies il-bżonn ta’ regolarizzazzjoni tal-bastimenti kkonċernati fil-qafas tal-pjanijiet ta’ żvilupp ikkonċernati, u li jiżdiedu l-livelli ta’ referenza korrispondenti sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2014/2004 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

    (2)  ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.

    (3)  ĠU L 284, 30.10.2007, p. 6.

    (4)  Id-Dokument tal-Kunsill Nru 11823/06 ADD 1, l-20 ta’ Lulju 2006.


    ANNESS

    Fit-Taqsima “Franza” tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, l-entrati li jikkonċernaw it-taqsima tal-flotta “Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m” u t-taqsima tal-flotta “Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m” jinbidlu b’li ġej:

    Franza

    Taqsima tal-flotta

    Kodiċi tat-taqsima

    GT

    kW

    “Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m

    4FF

    903

    11 644 ”

    “Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m

    4FK

    1 046

    3 294 ”


    Top