Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1120

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa

ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0639

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1120/oj

2.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1120/2009

tad-29 ta’ Ottubru 2009

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u partikolarment l-Artikolu 36, 39(2), 41(4), 43(3), 57(2), 68(7), 69(6), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (7), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 71(6), it-tieni subparagrafu, u l-Artikoli 10, 142(c), (d), (f), (g), (h) u (q), 147 u 148 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ħlas waħdieni [pagament uniku] li hemm provvediment dwarha fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (2) ġie emendat sostanzjalment. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 639/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward ta’ appoġġ speċifiku (3) ġie sussegwentement adottat. Billi għad hemm aktar emendi tar-Regolament (KE) Nru 795/2004 li jridu jsiru, huwa xieraq, fl-interessi taċ-ċarezza, li r-Regolamenti Nru (KE) 795/2004 u Nru 639/2009 jiġu inkorporati f’Regolament wieħed li jkun fih ir-regoli dettaljati kollha għall-implimentazzjoni tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(2)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti definizzjonijiet. Fir-rigward ta’ msaġar ta’ newba qasira, huwa xieraq li l-Istati Membri jitħallew jiddefinixxu varjetajiet adattati fid-dawl tal-adattatament klimatiku u agronomiku tagħhom għat-territorju.

(3)

L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għar-rekwiżiti minimi li jridu jitħarsu, iżda l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) mhix adattata għal bdiewa li għadhom jirċievu pagamenti diretti taħt ċerti skemi akkoppjati iżda ma għandhom ebda ettaru. Min-natura tagħhom il-primjums għan-nagħaġ u l-mogħoż imsemmijin fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 10 ta’ dak ir-Regolament jew il-pagament taċ-ċanga u l-vitella msemmi fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 11 ta’ dak ir-Regolament huma skemi akkoppjati bħal dawn. Dawk il-bdiewa huma fl-istess sitwazzjoni bħall-bdiewa li għandhom drittijiet speċjali u biex tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa ta’ dawk l-iskemi għandhom għalhekk jiġu trattati bl-istess mod għall-għanijiet tal-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament bħall-bdiewa li għandhom drittijiet speċjali.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kalkulazzjoni tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti, għandhom ikunu pprovduti regoli ċari dwar kif iċ-ċifri jitnaqqsu jew jiżdiedu għall-eqreb numru sħiħ u għall-possibbiltà li d-drittijiet eżistenti għall-pagamenti jinqasmu fejn id-daqs tal-medda agrikola li jiġi ddikjarat jew ittrasferit mad-dritt ikun jammonta biss għal frazzjoni ta’ ettari u għar-regoli li jkopru l-fużjoni ta’ drittijiet u frazzjonijiet.

(5)

L-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jippermetti l-integrazzjoni differita tal-frott u l-ħaxix fl-iskema ta’ pagament uniku. Għandhom jiġu pprovduti regoli adattati li jippermettu dak id-differiment. B’mod partikolari, it-tielet subparagrafu ta’ dik id-dispożizzjoni jippermetti lill-Istati Membri li jirrevedu d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 68b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4) sabiex jipprovdu għal integrazzjoni iżjed malajr fl-iskema ta’ pagament uniku. Madanakollu, fid-dawl tal-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, sabiex it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1) ta’ dak ir-Regolament ikollu effett, jeħtieġ li l-erjas konċernati jsiru eliġibbli għall-iskema ta’ pagament uniku. L-Istati Membri għalhekk għandhom ikunu jistgħu jirrevedu d-deċiżjoni li ttieħdet skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tmexxija tar-riżerva nazzjonali.

(7)

L-Artikolu 41(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għal każijiet fakultattivi ta’ allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli għall-kalkulazzjoni tal-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagamenti li għandhom jiġu allokati b’dan il-mod. Sabiex tkun tista’ tingħata ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri li huma fl-aħjar pożizzjoni biex jevalwaw is-sitwazzjoni ta’ kull bidwi li japplika għal dawn il-miżuri, l-għadd massimu ta’ drittijiet li għandhom jiġu allokati ma għandux ikun ogħla mill-għadd ta’ ettari ddikjarati u l-valur tagħhom ma għandux ikun ogħla minn ammont li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru skont kriterji oġġettivi.

(8)

F’ċerti ċirkustanzi l-bdiewa jista’ jkollhom aktar drittijiet minn art biex jattivawhom għax tkun se tagħalqilhom il-kera ta’ raba’ (il-qbiela), inkluż fil-każ ta’ użu komuni ta’ żona għall-għalf. Għalhekk jidher xieraq li jkun hemm dispożizzjoni għal mekkaniżmu li għandu jiżgura li l-bidwi jibqa’ jingħata l-appoġġ billi jikkonċentrah fuq l-ettari disponibbli li jifdal. Madanakollu, biex jiġi evitat abbuż tal-mekkaniżmu, iridu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-aċċess għalih.

(9)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 ir-riżerva nazzjonali għandha tiġi fornuta mill-ġdid bi drittijiet mhux użati jew, fuq bażi fakultattiva, b’ammont miżmum fuq il-bejgħ ta’ drittijiet għall-pagamenti jew fuq bejgħ li jkun seħħ qabel ċerta data li trid tiġi ffissata mill-Istati Membri meta jseħħ aktar diżakkoppjament. Huwa għalhekk meħtieġ li jkun hemm data provduta li warajha d-drittijiet mhux użati jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali.

(10)

Meta jinżamm ammont fuq il-bejgħ tad-drittijiet għall-pagamenti, iridu jiġu stabbiliti perċentwali massimi u kriterji għall-applikazzjoni ta’ dan u ddifferenzjati biex jitqies it-tip tat-trasferiment u t-tip tad-dritt għall-pagament li se jiġu ttrasferiti. Għaldaqstant, din iż-żamma ma għandhiex tirriżulta fi xkiel sostanzjali jew projbizzjoni ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pagamenti. Madanakollu, fil-każ ta’ applikazzjoni reġjonali fil-mudell ibridu, iż-żamma ma għandhiex taffettwa l-valur bażiku reġjonali ta’ drittijiet għall-pagamenti, iżda dawk l-ammonti li għandhom x’jaqsmu mar-referenzi storiċi biss.

(11)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni tar-riżerva nazzjonali, huwa xieraq li jkun hemm provvediment dwar kif titmexxa f’livell reġjonali, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41(2), jew fejn applikabbli, fl-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fejn l-Istati Membri huma obbligati li jallokaw drittijiet għall-pagamenti.

(12)

L-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li għandu jingħata appoġġ lil bdiewa taħt l-iskema ta’ pagament uniku permezz ta’ allokazzjoni jew ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pagamenti. Sabiex jiġu evitati bidliet fl-istatus legali tal-impriża li tintuża biex tiġi evitata l-applikazzjoni tar-regoli fuq trasferimenti normali ta' impriża bl-ammonti ta' referenza mehmuża, għandhom jiġu applikati kundizzjonijiet għal wirt antiċipat jew wirt, fużjonijiet u qsim.

(13)

L-Artikolu 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li bidwi fi Stat Membru ġdid li introduċa l-iskema ta’ pagament uniku jista’ jittrasferixxi biss id-drittijiet tiegħu għall-pagamenti mingħajr art jekk ikun uża, skont it-tifsira tal-Artikolu 34 ta’ dak ir-Regolament, tal-anqas 80 % tad-drittijiet tiegħu għall-pagamenti matul tal-anqas sena kalendarja waħda biss. Sabiex jitqiesu t-trasferimenti ta’ art li jkunu seħħew fil-perjodu qabel l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, ikun ġustifikat li wieħed jikkunsidra t-trasferiment ta’ impriża jew parti minnha flimkien mad-drittijiet futuri għall-pagamenti bħala trasferiment validu tad-drittijiet għall-pagamenti bl-art skont it-tifsira tal-Artikolu 43 ta’ dak ir-Regolament, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari, il-fatt li l-bejjiegħ għandu japplika għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagamenti sal-limitu li dak ir-Regolament jipprovdi b’tali mod li dawk li jkunu rċevew il-pagament dirett fil-perjodu ta’ referenza biss, ikollhom aċċess għall-iskema.

(14)

L-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jippermetti lill-Kummissjoni li tiddefinixxi s-sitwazzjonijiet speċjali li jagħtu d-dritt għall-istabbiliment tal-ammonti ta’ referenza għal ċerti bdiewa li jsibu ruħhom f’sitwazzjonijiet li ma ħallewhomx, għal kollox jew parzjalment, milli jirċievu pagamenti diretti fil-perjodu ta’ referenza. Huwa għalhekk xieraq li jiġu elenkati dawk is-sitwazzjonijiet speċjali billi jiġu pprovduti regoli sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-benefiċċju mill-allokazzjonijiet differenti ta’ drittijiet għall-pagamenti lill-istess bidwi, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Kummissjoni żżid aktar każijiet jekk meħtieġ. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jingħataw il-flessibilità biex jistabbilixxu l-ammont ta’ referenza li għandu jiġi allokat.

(15)

Fejn Stat Membru, skont il-liġi nazzjonali jew prattika normali stabbilita sew, fit-tifsira ta’ kera ta’ raba’ għal perjodu ta’ żmien twil jinkludi wkoll kirjiet ta’ 5 snin, huwa xieraq li l-Istat Membru jkun jista’ japplika dan il-perjodu iqsar.

(16)

Meta bidwi jirtira jew imut u jipprovdi għat-trasferiment tal-impriża tiegħu jew parti minnha lil membru tal-familja jew werriet ieħor li jkollu l-ħsieb li jkompli l-attività agrikola fuq din l-impriża, huwa xieraq li jiġi assigurat li t-trasferiment tal-impriża jew parti minnha jkun jista’ jseħħ faċilment, b’mod partikolari, fil-każ fejn l-art trasferita kienet mikrija lil parti terza matul il-perjodu ta’ referenza, mingħajr ma tiġi ppreġudikata l-possibbiltà għall-werriet li jkompli l-attività agrikola.

(17)

Il-bdiewa li jkunu għamlu investimenti li jirriżultaw f’żieda potenzjali fl-ammont ta’ pagamenti diretti li kienu jingħatawlhom kieku ma kienitx introdotta l-iskema ta’ pagament uniku jew jekk is-settur rilevanti ma kienx ġie diżakkoppjat, għandhom ukoll jibbenefikaw mill-allokazzjoni tad-drittijiet. Għandu jkun hemm provvediment għall-kalkulazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fil-każ li bidwi jkun diġà proprjetarju ta’ drittijiet għall-pagamenti jew ma jkollu ebda ettaru. Fl-istess ċirkustanzi, bdiewa li jkunu xtraw jew ħadu art mikrija jew ipparteċipaw fi programmi nazzjonali ta’ konverżjoni mill-ġdid ta’ produzzjoni li għalihom seta’ jingħata pagament dirett skont l-iskema ta’ pagament uniku fil-perjodu ta’ referenza, jistgħu jsibu ruħhom mingħajr drittijiet għall-pagamenti sakemm ikunu akkwistaw art jew ipparteċipaw f’dawk il-programmi sabiex jeżerċitaw attività agrikola li fil-futur setgħet xorta waħda tibbenefika minn ċerti pagamenti diretti. Għalhekk huwa wkoll xieraq li jkun hemm provvediment għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti f’dawk il-każijiet.

(18)

Għall-amministrazzjoni tajba tal-iskema, huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal regoli li jkopru t-trasferimenti u biex titħalla ssir modifikazzjoni tad-drittijiet, b’mod partikolari, biex tkun tista’ ssir il-fużjoni tal-frazzjonijiet.

(19)

L-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li Stat Membru jista’ jiddeċiedi li d-drittijiet għall-pagamenti jistgħu wkoll jiġu ttrasferiti jew użati biss fl-istess reġjun proprju. Sabiex jiġu evitati problemi prattiċi, għandhom jiġu pprovduti regoli speċifiċi għal impriżi li jkunu jinsabu f’żewġ reġjuni jew aktar.

(20)

L-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jippermetti għall-produzzjoni tal-qanneb taħt ċerti kundizzjonijiet. Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ varjetajiet eliġibbli kif ukoll li jkun hemm dispożizzjoni għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk il-varjetajiet.

(21)

Għandhom ikunu pprovduti regoli speċifiċi għall-kalkulazzjoni tal-unità ta’ bhejjem fil-każ tal-istabbiliment ta’ drittijiet speċjali billi ssir referenza għat-tabella eżistenti ta’ konverżjoni li hemm provvediment dwarha fis-setturi taċ-ċanga, il-vitella, in-nagħaġ u l-mogħoż.

(22)

Meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-possibbiltà ta’ reġjonalizzazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex jiffaċilitaw il-kalkulazzjoni tal-ammont ta’ referenza reġjonali għal impriżi li jkunu jinsabu bejn żewġ reġjuni jew aktar, kif ukoll sabiex tiġi garantita l-allokazzjoni sħiħa tal-ammont reġjonali fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema. Uħud mid-dispożizzjonijiet li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament, notevolment dwar l-istabbiliment tar-riżerva nazzjonali, l-allokazzjoni inizjali tad-drittijiet għall-pagamenti u t-trasferiment tad-drittijiet għall-pagamenti għandhom jiġu aġġustati biex isiru applikabbli fil-mudell reġjonali.

(23)

Għandu jinħoloq qafas komuni għal soluzzjonijiet speċifiċi ta’ ċerti sitwazzjonijiet li jseħħu b’aktar diżakkoppjament.

(24)

Il-Kapitolu 5 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi li jingħata appoġġ speċifiku lill-bdiewa. Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dak il-Kapitolu.

(25)

Skont l-Artikolu 68(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, hija meħtieġa konsistenza bejn l-appoġġ speċifiku mogħti skont dak l-Artikolu u miżuri oħrajn ta’ appoġġ Komunitarju jew miżuri ffinanzjati b’għajnuniet mill-Istat. Għal ġestjoni ordnata tal-iskemi, miżuri simili ma għandhomx jiġu ffinanzjati darbtejn, kemm taħt appoġġ speċifiku u kif ukoll taħt skemi oħrajn ta’ appoġġ Komunitarju. Minħabba id-diversità tal-alternattivi offruti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ speċifiku, ir-responsabbiltà biex tiġi żgurata l-konsistenza għandha minflok titħalla f’idejn l-Istati Membri skont id-deċiżjoni li jieħdu biex jimplimentaw il-miżuri tal-appoġġ speċifiku, fi ħdan il-qafas stipulat mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

(26)

Peress li l-bdiewa dejjem għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti legali, l-appoġġ speċifiku ma għandux jikkumpensahom talli jikkonformaw magħhom.

(27)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jingħata appoġġ speċifiku għal tipi speċifiċi ta’ biedja li huma importanti għall-ħarsien jew it-titjib tal-ambjent. Sabiex id-diskrezzjoni tibqa’ f’idejn l-Istati Membri filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri jiġu amministrati sew, ir-responsabbiltà għad-definizzjoni tat-tipi speċifiċi ta’ biedja għandha tingħata lill-Istati Membri, filwaqt li l-miżuri għandhom xorta waħda jipprovdu benefiċċji ambjentali li ma jkunx negliġibbli u li jkunu jistgħu jitkejlu.

(28)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jingħata appoġġ speċifiku għat-titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli. Għandha tiġi stipulata lista indikattiva tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rrispettati bil-għan li tgħin lill-Istati Membri.

(29)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, appoġġ speċifiku jista’ jingħata biex titjieb il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli soġġetti għall-Artikolu 68(2)(c) ta’ dak ir-Regolament, li teħtieġ l-appoġġ sabiex tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikoli 2 sa 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (5). Għandha ssir dispożizzjoni li tispeċifika l-kontenut tal-miżuri eliġibbli kif ukoll d-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (6).

(30)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jingħata appoġġ speċifiku biex jiġu pprattikati standards imtejba tal-benessri tal-annimali. Sabiex jinkisbu standards imtejba tal-benessri tal-annimali, għandha ssir dispożizzjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà li jistabbilixxu sistema li tippermetti il-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-applikant bil-għan li jiġu indirizzati diversi aspetti tal-benessri tal-annimali.

(31)

Skont l-Artikolu 68(1)(a)(v) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jingħata appoġġ speċifiku għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali. Skont l-Artikolu 68(2)(a), l-appoġġ jista’ jingħata partikolarment jekk kien ġie approvat mill-Kummissjoni. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex tispeċifika l-qafas dettaljat li għandhom jikkonformaw miegħu l-Istati Membri meta jistabbilixxu l-kriterji tal-eliġibbiltà għall-appoġġ. Għandha wkoll issir dispożizzjoni biex tiġi stabbilita l-proċedura tan-notifika, il-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-miżura mill-Kummissjoni.

(32)

Skont l-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jingħata appoġġ speċifiku biex jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa f’setturi speċifiċi f’żoni ekonomikament vulnerabbli jew ambjentalment sensittivi jew għal tipi ta’ biedja ekonomikament vulnerabbli f’dawk is-setturi. Sabiex l-Istati Membri jibqgħu involuti filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri jiġu amministrati sew, għandha ssir dispożizzjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà għad-definizzjoni taż-żoni u/jew it-tipi ta’ biedja eleġibbli għall-appoġġ u biex jistabbilixxu l-livell xieraq. Sabiex jiġi evitat tagħwiġ fis-suq, il-pagamenti ma għandhomx madanakollu jkunu bbażati fuq il-ċaqliq tal-prezzijiet tas-suq jew ikunu ekwivalenti għal sistema ta’ pagamenti ta’ kumpens fejn l-appoġġ agrikolu domestiku jitħallas mill-Istati Membri lill-bdiewa abbażi tad-differenzi bejn il-prezz immirat u l-prezz tas-suq domestiku.

(33)

Skont l-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, appoġġ speċifiku jista’ jingħata f’żoni soġġetti għal programmi ta’ ristrutturar u/jew ta’ żvilupp sabiex jiżguraw li l-art ma tiġix abbandunata u/jew biex jiġu indirizzati żvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f’dawk iż-żoni. Għandha ssir dispożizzjoni partikolarment rigward l-istabbiliment tal-ammonti ta’ referenza għal kull bidwi eliġibbli, l-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti u l-kalkolu taż-żieda fil-valur tagħhom kif ukoll fir-rigward tal-kontroll tal-programmi mill-Istati Membri li, fl-interessi tal-koerenza, għandhom isegwu dawk stipulati għall-allokazzjoni tal-ammonti mir-riżerva nazzjonali.

(34)

Skont l-Artikolu 68(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ jingħata appoġġ speċifiku fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-uċuħ tar-raba’, l-annimali u l-pjanti. Għandu jiġi stabbilit qafas minimu li fi ħdanu l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jiddefinixxu kif tiġi allokata l-kontribuzzjoni finanzjarju għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-uċuħ tar-raba’, l-annimali u l-pjanti sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jinżammu f’livell xieraq filwaqt li jitħarsu l-interessi tal-komunità tal-biedja.

(35)

L-Artikolu 68(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi livell sinifikanti ta’ dettall dwar id-dispożizzjoni tal-appoġġ speċifiku bl-għan li jikkumpensa lill-bdiewa għal ċertu telf ekonomiku f’każ ta’ mard tal-annimali jew tal-pjanti u inċidenti ambjentali permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi komuni Għandu jiġi stabbilit qafas minimu li fi ħdanu l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jiddefinixxu kif għandha tiġi organizzata l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-fondi komuni sabiex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jinżammu f’livell xieraq filwaqt li jitħarsu l-interessi tal-komunità tal-biedja.

(36)

L-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu kkalkulati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu. Għalhekk għandha ssir dispożizzjoni biex jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru l-ammonti konċernati, kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għar-reviżjoni ta’ dawk l-ammonti mill-Kummissjoni.

(37)

L-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjuni skont kriterji oġġettivi u l-Artikolu 47 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu jipproċedu għar-reġjonalizzazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku f’każijiet debitament ġustifikati u skont kriterji oġġettivi. Huwa għalhekk xieraq li jkun hemm provvediment għall-komunikazzjoni tad-dejta u l-informazzjoni kollha meħtieġa qabel id-dati tal-għeluq applikabbli.

(38)

Id-dati għan-notifika lill-Kummissjoni għandhom jiġu ffissati għal każijiet fejn Stat Membru jiddeċiedi li japplika kwalunkwe possibbiltà pprovduta fl-Artikoli 28(1) u (2), 38, 41(2) sa (5), 45(1) u (3), 46(1) u (3), 47(1) sa (4), 49, 51(1), 67(1), 68 sa 72 u 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

(39)

Għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati u d-dati tal-għeluq għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u li l-Kummissjoni tiġi mgħarrfa biż-żoni li għalihom tħallset l-għajnuna fil-livell nazzjonali, u fejn ikun il-każ, fil-livell reġjonali.

(40)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 795/2004 u (KE) Nru 639/2009 għandhom għalhekk jiġu revokati.

(41)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jippreskrivi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“raba’ li jinħarat”: tfisser art maħduma sabiex jiġu prodotti l-uċuħ tar-raba’ jew inkella art miżmuma f’qagħda agrikola u ambjentali tajba skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 kemm jekk dik l-art tkun bis-serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli kif ukoll jekk le;

(b)

“uċuħ tar-raba’ permanenti” tfisser uċuħ tar-raba’ li ma jitnewbux ħlief mergħat permanenti li jinsabu fuq art għal ħames snin jew iżjed u jagħtu ħsad repetut, inklużi mixtliet, u msaġar b’newba qasira;

(c)

“mergħat permanenti” tfisser art li tintuża sabiex jitkabbar il-ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali (li jitla’ waħdu) jew permezz ta’ kultivazzjoni (li jkun inżera’) u li ma ġietx inkluża fin-newba tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, minbarra art imserrħa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (7), art imserrħa skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (8) u art imserrħa skont l-Artikolu 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (9); u għal dan l-iskop, “ħaxix jew għalf ieħor fil-forma ta’ ħaxix naturali” tfisser il-pjanti erbaċej kollha li tradizzjonalment jinsabu f’mergħat naturali jew huma normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (kemm jekk jintużaw biex jirgħu l-annimali jew le). L-Istati Membri jistgħu jinkludu uċuħ ta’ raba’ li jinħarat elenkati fl-Anness I;

(d)

“art bil-ħaxix” tfisser art maħruta użata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali); għall-finijiet tal-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 art bil-ħaxix għandha tinkludi mergħat permanenti;

(e)

“bejgħ” tfisser il-bejgħ jew xi trasferiment ieħor definittiv ta’ sjieda ta’ art jew ta’ drittijiet għall-pagamenti; it-tifsira ma għandhiex tinkludi l-bejgħ ta’ art fejn l-art tkun trasferita lil awtoritajiet pubbliċi u/jew għal użu fl-interess pubbliku u fiż-żewġ każijiet it-trasferiment jitwettaq għal finijiet mhux agrikoli;

(f)

“kera ta’ raba’ (qbiela)” tfisser art mikrija għal skop agrikolu jew meħuda b’tipi simili ta’ tranżazzjonijiet temporanji;

(g)

“trasferiment, bejgħ jew kera ta’ drittijiet għall-pagamenti ma’ raba’” tfisser, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27(1) ta’ dan ir-Regolament, il-bejgħ jew il-kera ta’ drittijiet għall-pagamenti, rispettivament, bil-bejgħ jew il-kera għall-istess perjodu ta’ żmien ta’ għadd korrispondenti ta’ ettari eliġibbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jkollu dak li jittrasferixxi. It-trasferiment tad-drittijiet speċjali kollha fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jkollu bidwi għandu jitqies bħala trasferiment tad-drittijiet għall-pagamenti ma’ raba’;

(h)

“fużjoni” tfisser il-fużjoni ta’ żewġ impriżi agrikoli separati jew aktar fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 f’impriża agrikola waħda ġdida fi ħdan it-tifsira ta’ dak l-Artikolu kkontrollata, f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji mill-bdiewa li oriġinarjament kienu jmexxu l-impriżi jew waħda mill-impriżi;

(i)

“qsim” tfisser:

(i)

il-qsim ta’ impriża agrikola waħda fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 f’tal-lanqas żewġ impriżi agrikoli separati ġodda fi ħdan it-tifsira ta’ dak l-Artikolu li tal-lanqas waħda minnhom tibqa’ kkontrollata, f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji, minn tal-anqas waħda mill-persuni ġuridiċi jew naturali li oriġinarjament kienet tmexxi l-impriża; jew

(ii)

il-qsim ta’ impriża agrikola waħda fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 f’tal-lanqas impriża agrikola waħda separata u ġdida fi ħdan it-tifsira ta’ dak l-Artikolu 2(a), fil-waqt li l-oħra tibqa’ kkontrollata, f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji, mill-bidwi li oriġinarjament kien imexxi l-impriża;

(j)

“unità ta’ produzzjoni” tfisser tal-anqas żona waħda li tagħti d-dritt għal pagamenti diretti fil-perjodu ta’ referenza rilevanti, inkluż żona għall-għalf, jew annimal wieħed li kien jagħti dritt għal pagamenti diretti fil-perjodu ta’ referenza, flimkien ma’, jekk ikun il-każ, dritt korrispondenti għal primjum;

(k)

“żona għall-għalf” tfisser iż-żona ta’ impriża li kienet disponibbli għat-trobbija tal-annimali matul is-sena kalendarja, inkluż żoni b’użu maqsum u żoni li kienu soġġetti għal kultivazzjoni mħallta; ma għandhiex tinkludi:

bini, imsaġar, għadajjar, mogħdijiet,

żoni użati għall-uċuħ ta’ raba’ oħrajn eligibbli għall-għajnuna tal-Komunità jew għall-uċuħ tar-raba’ permanenti jew tal-ortikultura,

żoni li jikkwalifikaw għas-sistema ta’ appoġġ ipprovduta għall-produtturi ta’ ċerti uċuħ ta’ raba’ li jinħartu użati għall-iskema ta’ għajnuna għall-għalf niexef jew soġġetti għall-iskema nazzjonali ta’ art imserrħa;

(l)

għall-finijiet tal-Artikoli 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, “bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom” għandha tfisser persuna naturali jew ġuridika li ma kellha ebda attività agrikola f’isimha proprju u għar-riskju proprju tagħha u li ma kellhiex il-kontroll ta’ persuna ġuridika li teżerċita attività agrikola fil-5 snin li jiġu qabel il-bidu tal-attività agrikola l-ġdida.

Fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-persuna/i naturali li għandhom il-kontroll tal-persuna ġuridika ma messux kellhom xi attività agrikola f’isimhom proprju u għar-riskju proprju tagħhom u lanqas ma messu kellhom il-kontroll ta’ persuna ġuridika li teżerċita attività agrikola fil-5 snin li jiġu qabel il-bidu tal-attività agrikola mill-persuna ġuridika;

(m)

“mixtliet” tfisser il-mixtliet kif definiti fil-punt G/5 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/115/KE (10);

(n)

“imsaġar ta’ newba qasira” tfisser żoni mħawla b’dawk l-ispeċijiet ta’ siġar tal-kodiċi tan-NM 0602 90 41 li jikkonsistu minn uċuħ perenni tal-injam, riżomi jew zkuk li jibqgħu fl-art wara l-ħsad, bi friegħi ġodda li jikbru fl-istaġun ta’ wara u li jinsabu f’lista tal-ispeċijiet li huma addattati għall-użu ta’ msaġar ta’ newba qasira u ċ-ċiklu massimu tal-ħsad tagħhom, li għandha titfassal mill-Istati Membri mill-2010;

(o)

“miżuri tal-appoġġ speċifiku” tfisser miżuri li jimplimentaw l-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(p)

“strumenti oħra ta’ appoġġ Komunitarju” tfisser:

(i)

miżuri previsti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, (KE) Nru 509/2006 (11), (KE) Nru 510/2006 (12), (KE) Nru 834/2007 (13), (KE) Nru 1234/2007 u (KE) Nru 3/2008 (14); kif ukoll

(ii)

miżuri ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 (15) inklużi miżuri veterenarji u tas-saħħa tal-pjanti.

TITOLU II

IMPLIMENTAZZJONI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Taqsima 1

Attivazzjoni ta’ drittijiet u eliġibbiltà ta’ art

Artikolu 3

Wirt u wirt antiċipat

1.   Meta l-wirt jew il-wirt antiċipat ikun jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għall-pagamenti, il-bidwi li jkun irċieva l-impriża jew parti tal-impriża, għandu jitlob, f’ismu, id-drittijiet għall-pagamenti li għandhom jiġu kkalkulati għall-impriża li jkun irċieva, jew parti minnha.

L-ammont ta’ referenza għandu jiġi stabbilit abbażi tal-unitajiet ta’ produzzjoni li jkun wiret.

2.   Fil-każ ta’ wirt revokabbli antiċipat, l-aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku għandu jingħata darba biss lill-werriet imsemmi sad-data tas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament uniku.

Is-suċċessjoni taħt kuntratt ta’ kera jew wirt jew wirt antiċipat minn bidwi li huwa persuna naturali u li jkun il-kerrej ta’ impriża jew parti minnha, fil-perjodu ta’ referenza rilevanti, li tkun tagħti lok għal drittijiet għall-pagamenti jew żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti, għandha tiġi ttrattata bħala l-wirt ta’ impriża.

3.   Fil-każijiet fejn bidwi msemmi fil-paragrafu 1 ikun diġà intitolat għal drittijiet għall-pagamenti jew żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagamenti, l-ammont ta’ referenza għandu jiġi stabbilit abbażi tas-somma tal-ammonti ta’ referenza relatati mal-impriża oriġinali tiegħu u l-unitajiet ta’ produzzjoni li wiret, rispettivament.

4.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha tintuża d-definizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal “wirt” u “wirt antiċipat”.

Artikolu 4

Bidliet fl-istatus legali jew id-denominazzjoni

Meta jkun hemm bidliet fl-istatus legali jew id-denominazzjoni, il-bidwi għandu jkollu aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-bidwi li oriġinarjament kien imexxi l-impriża fil-limitu tad-drittijiet għall-pagamenti miżmuma mill-impriża oriġinali, jew fil-każ ta’ allokazzjoni ta’ drittijiet jew żieda fil-valur ta’ drittijiet għall-pagamenti fil-limiti applikabbli għall-allokazzjonijiet lill-impriża oriġinali.

Fil-każ ta’ bidliet fl-istatus legali ta’ persuna ġuridika jew minn persuna naturali għal persuna ġuridika, jew minn persuna ġuridika għal persuna naturali, il-bidwi li jkun imexxi l-impriża l-ġdida għandu jkun il-bidwi li kellu l-kontroll tal-impriża oriġinali f’termini ta’ ġestjoni, benefiċċji u riskji finanzjarji.

Artikolu 5

Fużjonijiet u qsim

Meta jkun il-każ li fużjoni jew qsim jaffettwa l-allokazzjoni ta’ drittijiet għal pagamenti jew żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti, il-bidwi jew il-bdiewa li jmexxu l-impriża l-ġdida jew l-impriżi l-ġodda għandu jkollhom aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku taħt l-istess kundizzjoni bħall-bidwi jew il-bdiewa li jmexxi/u l-impriża/i oriġinali.

L-ammont ta’ referenza għandu jiġi stabbilit abbażi tal-unitajiet ta’ produzzjoni relatati mal-impriża jew l-impriżi oriġinali.

Artikolu 6

Rekwiżiti minimi

Għall-finijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-bdiewa li jirċievu l-primjums għal nagħaġ u mogħoż msemmijin fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 10 ta’ dak ir-Regolament jew il-pagament taċ-ċanga u l-vitella msemmi fit-Titolu IV, il-Kapitolu 1, it-Taqsima 11 ta’ dak ir-Regolament, li għandhom inqas ettari mil-limitu magħżul minn Stat Membru għandhom jingħataw l-istess trattament bħall-bdiewa li għandhom drittijiet speċjali msemmijin fl-Artikolu 44(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 7

Il-kalkulazzjoni tal-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti

1.   Id-drittijiet għall-pagamenti għandhom jiġu kkalkulati sa tlett deċimali u mbagħad iċ-ċifri jitnaqqsu jew jiżdiedu għall-eqreb numru sħiħ sa żewġ deċimali. Jekk il-kalkulazzjoni tagħti riżultat li jkun eżattament fin-nofs, is-somma għandha tintwera ‘l fuq sat-tieni l-eqreb deċimali.

2.   Fejn id-daqs ta’ medda agrikola li hi trasferita ma’ dritt skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ikun jammonta għal frazzjoni ta’ ettaru, il-bidwi jista’ jittrasferixxi l-parti tad-dritt ikkonċernat mal-art b’valur ikkalkulat sal-limitu tal-istess frazzjoni. Il-parti li jifdal tad-dritt għandha tibqa’ għad-dispożizzjoni tal-bidwi b’valur ikkalkulat b’mod korrispondenti.

Bla ħsara għall-Artikolu 43(2) ta’ dak ir-Regolament jekk bidwi jittrasferixxi frazzjoni ta’ dritt mingħajr art, il-valur taż-żewġ frazzjonijiet għandu jiġi kkalkulat proporzjonalment.

3.   L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw drittijiet għall-pagamenti billi jagħmlu fużjoni tal-frazzjonijiet tad-drittijiet tal-istess tip li jkollu bidwi. Il-paragrafu 1 għandu japplika għar-riżultat ta’ fużjoni bħal din.

Artikolu 8

Id-dikjarazzjoni u l-użu tad-drittijiet għall-pagamenti

1.   Id-drittijiet għall-pagamenti jistgħu jiġu ddikjarati għall-ħlas darba fis-sena biss mill-bidwi li jkunu għandu fid-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni waħda skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 (16).

Madanakollu, meta bidwi juża l-possibbiltà li jemenda l-applikazzjon waħda skont l-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament, jista’ jiddikjara wkoll drittijiet għall-pagamenti li jkollu fid-data tan-notifika tiegħu tal-emendi lill-awtorità kompetenti sakemm id-drittijiet għall-pagamenti msemmija ma humiex iddikjarati minn bidwi ieħor għall-istess sena.

Meta l-bidwi jieħu d-drittijiet għall-pagamenti konċernati permezz ta’ trasferiment minn għand bidwi ieħor u meta dak il-bidwi l-ieħor kien diġà ddikjara dawk id-drittijiet għall-pagamenti, id-dikjarazzjoni addizzjonali ta’ dawk id-drittijiet għall-pagamenti tkun ammissibbli biss jekk minn jittrasferixxi jkun diġà nforma lill-awtorità kompetenti bit-trasferiment skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament u jreġġa’ lura dawk id-drittijiet għall-pagamenti mill-applikazzjoni waħda tiegħu stess, fil-limitu ta’ żmien applikabbli kif stipulat fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009.

2.   Meta bidwi, wara li jkun iddikjara l-medded agrikoli li jikkorrispondu għad-drittijiet għall-pagamenti disponibbli tiegħu kollha skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, xorta jiddisponi minn medda agrikola li tammonta għall-frazzjoni ta’ ettaru, jista’ jiddikjara dritt għall-pagament sħiħ ieħor li jagħtih id-dritt għal pagament kkalkulat pro rata skont id-daqs tal-medda agrikola. Madanakollu, għall-finijiet tal-Artikolu 42 ta’ dak ir-Regolament, id-dritt għall-pagament għandu jitqies bħala użat kollu.

Artikolu 9

Użu l-biċċa l-kbira agrikolu

Għall-finijiet tal-Artikolu 34(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, meta erja agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli, dik l-erja tiġi kkunsidrata bħala użata l-biċċa l-kbira għal atttivitajiet agrikoli, jekk din l-attività agrikola tista’ titwettaq mingħajr tfixkil sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul ta’ żmien u l-waqt tal-attività mhix agrikola.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni tal-ewwel subparagrafu fuq it-territorju tagħhom.

Taqsima 2

kriterji speċifiċi ta’ eliġibbiltà

Artikolu 10

Il-produzzjoni tal-qanneb

Għall-finijiet tal-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-pagament tad-drittijiet għall-erjas tal-qanneb għandu jiġi soġġett għall-użu ta’ żerriegħa tal-varjetajiet elenkati fil-“Katologu Komuni tal-Varjetajiet tal-Ispeċijiet tal-Pjanti Agrikoli” fil-15 ta’ Marzu tas-sena li għaliha qiegħed jingħata l-pagament u ppubblikat skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (17), bl-eċċezzjoni tal-varjetajiet Finola u Tiborszallasi. Iż-żerriegħa għandha tiġi ċċertifikata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE (18).

Artikolu 11

Integrazzjoni diferita tal-frott u l-ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010 l-Istati Membri li wżaw waħda mill-għażliet kif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistgħu jippermettu l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ sekondarji fuq l-ettari eliġibbli matul perjodu massimu ta’ tliet xhur, li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu jew fid-data stipulata fl-Anness II għall-Istat Membru u r-reġjun konċernati.

2.   Meta Stat Membru jkun uża waħda mill-għażliet kif stipulat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, dan jista’, meta jeħtieġ, jirrevedi d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 51, it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fi żmien ġimgħatejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 3

Trasferiment ta’ drittijiet

Artikolu 12

Trasferiment ta’ drittijiet għal pagamenti

1.   Id-drittijiet għall-pagamenti jistgħu jiġu ttrasferiti f’kull żmien tas-sena.

2.   Dak li jittrasferixxi għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istati Membru fejn se jitħaddem it-trasferiment f’perjodu li għandu jiġi stabbilit minn dak l-Istat Membru.

3.   Stat Membru jista’ jeħtieġ li dak li jittrasferixxi għandu jikkomunika t-trasferiment lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn se jitħaddem it-trasferiment, f’perjodu ta’ żmien li jiġi stabbilit minn dak l-Istat Membru iżda mhux aktar kmieni minn sitt ġimgħat qabel ma jseħħ it-trasferiment u waqt li titqies l-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku. It-trasferiment għandu jseħħ kif previst fil-komunikazzjoni sakemm l-awtorità kompetenti ma toġġezzjonax għat-trasferiment u tinnotifika b’dan lil min jagħmel it-trasferiment f’dak il-perjodu ta’ żmien.

L-awtorità kompetenti tista’ toġġezzjoni biss għal trasferiment fejn dan tal-aħħar ma jkunx skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u ta’ dan ir-Regolament.

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 62(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-perċentwali tad-drittijiet għall-pagamenti li jkun uża l-bidwi għandu jiġi kkalkulat fuq l-għadd ta’ drittijiet għal pagamenti allokati lilu fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, ħlief għal drittijiet għal pagamenti mibjugħa mal-art, u għandu jintuża matul sena kalendarja waħda.

Artikolu 13

Limitazzjoni reġjonali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50(1) u 62(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, meta Stat Membru juża l-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 43(1) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-reġjun fil-livell territorjali adattat skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq u tal-kompetizzjoni.

2.   L-Istat Membru għandu jiddefinixxi r-reġjun msemmi fil-paragrafu 1 sa mhux aktar tard minn xahar qabel id-data stipulata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-possibbiltà li dwarha hemm provvediment fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 43(1) ta’ dak ir-Regolament.

Bidwi li l-impriża tiegħu tinsab fir-reġjun konċernat, ma jistax jittrasferixxi jew juża barra dak ir-reġjun id-drittijiet għall-pagamenti li jikkorrispondu mal-għadd ta’ ettari li ddikjara fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew li jiddikjara fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Bidwi li l-impriża tiegħu tkun parzjalment tinsab fir-reġjun konċernat, ma jistax jittrasferixxi jew juża barra dak ir-reġjun id-drittijiet għall-pagamenti li jikkorrispondu mal-għadd ta’ ettari, li jinsabu f’dak ir-reġjun, li jiddikjara fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-possibbiltà.

3.   Il-limitazzjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pagamenti msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat ta’ drittijiet għal pagamenti mingħajr għadd ekwivalenti ta’ ettari eliġibbli.

Taqsima 4

Drittijiet speċjali

Artikolu 14

Il-kalkulazzjoni ta’ unitajiet ta’ bhejjem għal drittijiet speċjali

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 44(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-attività agrikola li titwettaq fil-perjodu ta’ referenza espressa f’unitajiet ta’ bhejjem (“LU”) għandha tkun dik li ġiet kkalkulata skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 795/2004.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u tal-kalkulazzjoni tal-attività agrikola mwettqa matul l-applikazzjoni tal-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 espressa f’LU msemmija fl-Artikolu 44(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandha tapplika t-tabella ta’ konverżjoni li ġejja għall-għadd medju ta’ annimali determinat għall-għotja ta’ pagament dirett msemmi fl-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fil-perjodu ta’ referenza rilevanti:

Annimali bovini maskili u erħiet ta’ aktar minn 24 xahar, baqar li jreddgħu, baqar tal-ħalib

1,0 LU

Annimali bovini maskili u erħiet ta’ bejn sitt xhur u 24 xahar

0,6 LU

Annimali bovini maskili, femminili ta’ anqas minn sitt xhur

0,2 LU

Nagħaġ

0,15 LU

Mogħoż

0,15 LU

Fil-każ tal-primjum tal-qatla, fejn id-dejta meħtieġa rigward l-età tal-annimali ma tkunx disponibbli, Stat Membru jista’ jikkonverti barrin, gniedes, baqar u erħiet f’LU billi juża l-koeffiċjent 0,7 u għall-għoġġiela billi juża l-koeffiċjent 0,25.

Fejn l-istess annimal ibbenefika minn diversi primjums, il-koeffiċjent applikabbli għandu jkun il-medja tal-koeffiċjent applikabbli għall-primjums differenti.

3.   In-numru tal-LU msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi kkalkulat pro rata għad-drittijiet għall-pagamenti li għalihom il-bidwi ma jkollux ettari fis-sena tal-integrazzjoni tal-iskema akkoppjata ta’ appoġġ fl-iskema ta’ pagament uniku jew tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku u li għalihom il-bidwi jitlob l-allokazzjoni ta’ drittijiet soġġetti għal kundizzjonijiet speċjali. Għandu japplika billi jibda mid-drittijiet għall-pagamenti fl-inqas valur.

Din it-talba għandha ssir biss fl-ewwel sena tal-integrazzjoni tal-iskema akkoppjata ta’ appoġġ fl-iskema ta’ pagament uniku jew tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-data għat-talba. Tista’ tiġġedded fis-snin ta’ wara għall-istess għadd ta’ drittijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fis-sena preċedenti jew, fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi wħud minn dawk id-drittijiet għall-pagamenti, jew f’każ ta’ dikjarazzjoni ta’ xi wħud minn dawk id-drittijiet għall-pagamenti, b’għadd korrispondenti ta’ ettari, għall-bqija ta’ dawk id-drittijiet għall-pagamenti.

F’dawn il-każijiet, in-numru ta’ LU għandu jiġi kkalkulat mill-ġdid pro rata għad-drittijiet għall-pagamenti li jifdal li għalihom il-bidwi jitlob il-kundizzjonijiet speċjali.

L-ebda talba biex ikunu stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 ma tista’ tiġi introdotta għal dawk id-drittijiet għall-pagamenti ladarba jkunu ddikjarati b’għadd ekwivalenti ta’ ettari jew inkella kienu ttrasferiti, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 44(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

4.   Biex jiġi vverifikat li l-attività agrikola minima espress f’LUs hija rrispettata, l-Istati Membri għandhom jużaw it-tabella ta’ konverżjoni provduta fil-paragrafu 2 u jiddeterminaw l-għadd ta’ annimali skont waħda mill-metodi li ġejjin:

(a)

L-Istati Membri għandhom jitolbu lil kull produttur biex jiddikjara, abbażi tar-reġistru tiegħu tar-razzett, qabel data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard mid-data tal-pagament, in-numru ta’ LUs; u/jew

(b)

L-Istati Membri għandhom jużaw database kompjuterizzata stabbilita skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) biex jistabbilixxi n-numru ta’ LUs bil-kundizzjoni li d-database toffri, għas-sodisfazzjon tal-Istat Membru, assigurazzjonijiet adegwati fir-rigward tal-eżattezza tad-dejta li jkun fiha għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku.

5.   L-attività agrikola minima meħtieġa għandha titqies li tkun rispettata fejn in-numru ta’ LUs jilħaq 50 % matul perjodu jew f’ċerti dati li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. Għandu jingħata kont tal-annimali kollha mibjugħa jew maqtula matul is-sena kalendarja konċernata.

6.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fil-każ ta’ produtturi li, permezz ta’ numru għoli b’mod anormali ta’ LUs matul parti tas-sena, artifiċjalment joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jirrispettaw l-attività agrikola minima.

KAPITOLU 2

Ir-riżerva nazzjonali

Taqsima 1

Treġġiegħ lura għar-riżerva nazzjonali

Artikolu 15

Drittijiet għal pagamenti mhux użati

1.   Ħlief fil-każijiet ta’ forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali, drittijiet għal pagamenti mhux użati jitqiesu li reġgħu lura għar-riżerva nazzjonali fil-jum ta’ wara l-aħħar jum biex tiġi modifikata l-applikazzjoni skont l-iskema ta’ pagament uniku fis-sena kalendarja li fiha jiskadi l-perjodu msemmi fl-Artikoli 28(3) u 42 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Dritt għal pagament għandu jitqies mhux użat meta ma jkun ingħata ebda pagament għal dak id-dritt matul il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu. Id-drittijiet għall-pagamenti li tkun saret applikazzjoni għalihom u li jakkumpanjaw erja stabbilita skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (23) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 għandhom jitqiesu li ntużaw.

Fejn l-erja stabbilita għall-finijiet tal-iskema ta’ pagament uniku tkun aktar baxxa mill-erja ddikjarata, dan li ġej għandu japplika biex jiġi stabbilit liema drittijiet għall-pagamenti għandhom jintraddu lura lir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009:

(a)

għandu jingħata kont tal-erja stabbilita li tibda bid-drittijiet għall-pagamenti li jkollhom l-ogħla valur;

(b)

id-drittijiet għall-pagamenti bl-ogħla valur għandhom jiġu attribwiti l-ewwel għal dik l-erja, segwiti b’dawk li jkollhom il-valur aktar baxx li jmiss.

2.   Il-bdiewa jistgħu b’mod volontarju jċedu d-drittijiet għall-pagamenti lir-riżerva nazzjonali.

Artikolu 16

Żamma fuq bejgħ ta’ drittijiet għal pagamenti

1.   Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li dan jintradd lura lir-riżerva nazzjonali:

(a)

fil-każ ta’ bejgħ ta’ drittijiet għall-pagamenti mingħajr art, sa 30 % tal-valur ta’ kull dritt għall-pagament jew l-ammont ekwivalenti espress fl-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti. Madanakollu matul l-ewwel 3 snin tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, il-perċentwali ta’ 30 % jista’ jiġi sostitwit b’50 %; u/jew

(b)

fil-każ ta’ bejgħ ta’ drittijiet għall-pagamenti bl-art, sa 10 % tal-valur ta’ kull dritt għall-pagament jew l-ammont ekwivalenti espress fl-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti; u/jew

(c)

fil-każ ta’ bejgħ ta’ drittijiet għall-pagamenti b’impriża kollha kemm hi, sa 5 % tal-valur ta’ kull dritt għall-pagamenti u/jew l-ammont ekwivalenti espress fl-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti.

Fil-każ ta’ bejgħ ta’ drittijiet għall-pagamenti bl-art jew mingħajra lil bidwi li jibda l-attività agrikola tiegħu, u fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat ta’ drittijiet għall-pagamenti ma għandha tapplika ebda żamma.

2.   Fejn jiġu ffissati l-perċentwali msemmija fil-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jiddistingwi l-perċentwali fi ħdan kwalunkwe każ minn dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġi evitat tgħawwiġ fis-suq u fil-kompetizzjoni.

3.   Meta Stat Membru li jkun rreġjonalizza l-iskema ta’ pagament uniku skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew li jkun juża l-possibbiltà li hemm provvediment għaliha fl-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jiddeċiedi li juża l-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu japplika l-perċentwali tat-tnaqqis ipprovdut fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu wara li jitnaqqas mill-valur tad-drittijiet għall-pagamenti ta’ konċessjoni ugwali għal valur ta’ unità reġjonali kkalkulat skont l-Artikolu 59(2) jew (3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew skont l-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Taqsima 2

L-Allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali

Artikolu 17

Stabbiliment ta’ drittijiet għall-pagamenti

1.   Meta Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 41(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-bdiewa jistgħu jirċievu, skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din it-Taqsima u skont il-kriterji oġġettivi stabbiliti mill-Istat Membru konċernat, drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali.

2.   Fejn bidwi li ma jkunx proprjetarju ta’ xi dritt għall-pagament japplika għal drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali, huwa jista’ jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti mhux ogħla mill-għadd ta’ ettari li jkollu (fi proprjetà jew b’kera) f’dak iż-żmien.

3.   Fejn bidwi li jkun proprjetarju ta’ drittijiet għall-pagamenti japplika għal drittijiet għall-pagamenti mir-riżerva nazzjonali, huwa jista’ jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti mhux ogħla mill-għadd ta’ ettari li jkollu u li għalihom ma jkollu ebda dritt għall-pagament.

Il-valur tal-unità ta’ kull dritt għall-pagament li l-bidwi diġà jkollu jista’ jiġi miżjud.

4.   Il-valur ta’ kull dritt għall-pagament riċevut skont il-paragrafu 2 jew 3, ħlief it-tieni subpagrafu tal-paragrafu 3, għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż l-ammont ta’ referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi assigurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ fis-suq u fil-kompetizzjoni, bil-għadd ta’ drittijiet li se jingħataw.

Artikolu 18

Applikazzjoni tal-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fil-każ ta’ anqas ettari minn drittijiet għall-pagamenti

1.   Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ b’mod partikolari, jalloka, fuq talba, skont dan l-Artikolu, drittijiet għall-pagamenti lill-bdiewa, fiż-żoni konċernati, li jiddikjaraw anqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għad-drittijiet għall-pagamenti li kienu ngħataw skont l-Artikolu 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Fdak il-każ, il-bidwi għandu jċedi d-dritt kollu għall-pagamenti li jkollu jew li kellu jiġi allokat lir-riżerva nazzjonali, ħlief id-drittijiet għall-pagamenti soġġetti għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “drittijiet għall-pagamenti” għandha tfisser biss id-drittijiet għall-pagamenti allokati mill-Istat Membru fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, inkluż kwalunkwe sena ta’ integrazzjoni ta’ appoġġ akkoppjat.

2.   L-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti allokati mir-riżerva nazzjonali għandu jkun daqs l-għadd ta’ ettari li l-bidwi jiddikjara fis-sena tat-talba.

3.   Il-valur tal-unità tad-drittijiet għall-pagamenti allokati mir-riżerva nazzjonali għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont ta’ referenza tal-bidwi jiġi diviż bl-għadd ta’ ettari li jiddikjara.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal bidwi li jiddikjara anqas minn 50 % tal-għadd totali ta’ ettari, li huwa kellu (b’kera jew sjieda) fil-perjodu ta’ referenza.

5.   Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-ettari trasferiti permezz ta’ bejgħ jew kera li ma jiġux sostitwiti b’għadd korrispondenti ta’ ettari, għandhom jiġu inklużi fl-għadd ta’ ettari li l-bidwi jiddikjara.

6.   Il-bidwi konċernat għandu jiddikjara l-ettari kollha li jkollu fiż-żmien tat-talba.

Artikolu 19

Dispożizzjonijiet ġenerali għal bdiewa f’sitwazzjonijiet speċjali

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, “bdiewa f’sitwazzjoni speċjali” għandha tfisser il-bdiewa msemmija fl-Artikoli 20 sa 23 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każijiet fejn bidwi f’sitwazzjoni speċjali jissodisfa l-kundizzjoni biex japplikaw tnejn, jew aktar, mill-Artikoli 20, 21 u 22, għandu jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti stabbilit skont l-Artikolu 17(2) u (3) u li l-valur tiegħu għandu jkun l-ogħla valur li jista’ jikseb billi japplika separatament kull wieħed mill-Artikoli li jkun jissodisfa l-kundizzjonijiet tagħhom.

Fil-każ fejn bidwi jibbenefika wkoll minn allokazzjoni ta’ drittijiet skont l-Artikolu 22, l-għadd totali ta’ drittijiet allokati ma għandux jaqbeż l-għadd stabbilit skont dak l-Artikolu.

3.   Fil-każijiet fejn il-kera msemmija fl-Artikoli 20 u 22 tiskadi wara l-aħħar data għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tagħha, il-bidwi konċernat jista’ japplika għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagamenti tiegħu, wara li tiskadi l-kera, sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar data stabbilita għall-emenda tal-applikazzjoni għall-għajnuna fis-sena ta’ wara.

4.   Fejn, skont il-liġi nazzjonali tagħhom jew il-prattika normali stabbilita sew, it-tifsira ta’ kera għal perjodu ta’ żmien twil tkun tinkludi wkoll kera għal ħames snin, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw l-Artikoli 20, 21 u 22 għall-dawk il-kirjiet.

Artikolu 20

Transferiment ta’ art mikrija

1.   Bidwi li rċieva permezz ta’ trasferiment, permezz ta’ bejgħ jew kera għal sitt snin jew aktar, mingħajr ħlas jew bi prezz simboliku, jew permezz ta’ wirt attwali jew antiċipat, impriża jew parti minn impriża li kienet mikrija lil parti terza matul il-perjodu ta’ referenza, minn bidwi li rtira minn attività agrikola jew miet qabel id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tagħha, jista’ jirċievi d-drittijiet għall-pagamenti kkalkulati billi jiġi diviż l-ammont ta’ referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew tal-kompetizzjoni, b’għadd ta’ ettari li ma jkunx ogħla mill-għadd ta’ ettari tal-impriża jew parti mill-impriża li rċieva.

2.   Il-bdiewa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kwalunkwe persuna li tista’ tirċievi l-impriża jew parti minnha msemmija fil-paragrafu 1, b’wirt attwali jew antiċipat.

Artikolu 21

Investimenti

1.   L-Istati Membri jistgħu jżidu l-valur jew jallokaw drittijiet għall-pagamenti lil-bdiewa li kienu investew f’settur li huwa soġġett għal integrazzjoni fl-iskema ta’ pagamenti uniku skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew tal-kompetizzjoni.

Biex jistabbilixxu l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jridu jqiesu il-perjodu ta’ referenza u/jew kriterji oħrajn użati għall-integrazzjoni tas-settur rilevanti.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis fil-każ li tintemm l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 22

Kera u xiri ta’ art mikrija

1.   Bidwi li jkun kera, jew bejn it-tmiem tal-perjodu ta’ referenza rilevanti għall-introduzzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku u l-15 ta’ Mejju 2004, fir-rigward l-introduzzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku qabel l-2009, jew qabel il-31 ta’ Jannar 2009 fil-każ tal-applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għal sitt snin jew aktar impriża jew parti minnha li l-kundizzjonijiet tagħha tal-kera ma jitgħux jiġu aġġustati, jista’ jirċievi drittijiet għall-pagamenti kkalkulati billi jiġi diviż l-ammont ta’ referenza, stabbilit mill-Istat Membru, skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew tal-kompetizzjoni, b’għadd ta’ ettari li ma jkunx ogħla mill-għadd ta’ ettari li jkun kera.

Meta l-Istati Membri jistabbilixxu l-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom iqisu, b’mod partikolari, sitwazzjonijiet fejn il-bdiewa ma jkollhomx ettari għad-dispożizzjoni tagħhom ħlief ettari mikrija.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għal bidwi li xtara, fir-rigward tal-introduzzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku qabel l-2009, jew fil-perjodu ta’ referenza għall-introduzzjoni tagħha, jew qabel il-15 ta’ Mejju 2004, jew, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, qabel il-31 ta’ Jannar 2009, impriża jew parti minnha li l-art tagħha kienet mikrija matul il-perjodu ta’ referenza rilevanti, u li qed jibda jew qed jespandi l-attività agrikola tiegħu fi żmien sena wara l-iskadenza tal-kera.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, “art mikrija” għandha tfisser art li, fiż-żmien tax-xiri jew wara, kienet b’kera li qatt ma ġġedded ħlief meta obligazzjoni legali imponiet it-tiġdid.

Artikolu 23

Atti amministrattivu u deċiżjonijiet tal-qorti

Meta bidwi għandu jkun intitolat li jirċievi drittijiet għal pagamenti jew żieda fil-valur ta’ dawk eżistenti minħabba sentenza definittiva tal-qorti jew minħabba att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, il-bidwi għandu jirċievi l-għadd u l-valur tad-drittijiet għall-pagamenti stabbiliti f’dik is-sentenza jew att f’data li għandha tkun stabbilita mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku wara d-data tas-sentenza jew tal-att u waqt li tkun ikkunsidrata l-applikazzjoni tal-Artikolu 34 u/jew 35 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Taqsima 3

Amministrazzjoni reġjonali

Artikolu 24

Riżervi reġjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali f’livell reġjonali.

F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jallokaw, bi sħiħ jew b’parti, l-ammonti disponibbli fil-livell nazzjonali għal-livell reġjonali skont kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u li jiġi evitat tgħawwiġ tas-suq jew tal-kompetizzjoni.

2.   L-ammonti allokati għal kull livell reġjonali jistgħu jitqiesu bħala disponibbli għall-allokazzjoni fi ħdan ir-reġjun konċernat biss, ħlief fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 41(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew, skont l-għażla tal-Istat Membru, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 41(2) ta’ dak ir-Regolament.

TITOLU III

ALLOKAZZJONI TA’ DRITTIJIET GĦALL-PAGAMENTI

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 25

Applikazzjonijiet

1.   Il-valur u l-għadd jew iż-żieda fid-drittjiet għall-pagamenti allokati abbażi tal-applikazzjoni mill-bidwi jistgħu jkunu provviżorji. Il-valur u l-għadd definittivi għandhom ikunu stabbiliti, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April tas-sena ta’ wara l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku jew tal-integrazzjoni tal-appoġġ akkoppjat, wara li jitwettqu l-verifiki rilevanti skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   Il-bdiewa jistgħu jintroduċu, soġġett għall-istabbiliment definittiv tad-drittijiet, applikazzjonijiet taħt l-iskema ta’ pagament uniku abbażi ta’ drittijiet proviżorji jew jekk Stat Membru juża l-possibbiltà li hemm provvediment għaliha fl-Artikoli 26 u 27, drittijiet miksuba skont il-klawżoli tal-kuntratt privat msemmija f’dawk l-Artikoli.

3.   L-applikant għandu jagħti prova għas-sodisfazzjoni tal-Istat Membru li, sad-data tal-applikazzjoni għad-drittijiet għall-pagamenti, ikun bidwi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

4.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiffissa daqs minimu għal kull impriża f’termini ta’ erja agrikola li għaliha jista’ jintalab l-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagamenti. Madanakollu, id-daqs minimu ma għandux ikun ogħla mil-limiti stipulati skont l-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Ma għandu jiġi stipulat ebda daqs minimu għall-istabbiliment tad-drittijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 60 jew 65 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 kif provdut fl-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 26

Klawżola kuntrattwali privata fil-każ ta’ bejgħ

1.   Meta kuntratt ta’ bejgħ konkluż jew modifikat mhux aktar tard mid-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-allokazzjoni ta’ drittijiet jew fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku jew fis-sena tal-integrazzjoni tal-appoġġ akkoppjat jistipula li l-impriża kollha jew parti minnha qed tinbiegħ, flimkien mad-drittijiet għall-pagament jew iż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagamenti allokati rigward l-ettari jew il-parti tal-impriża trasferita, l-Istat Membru jista’ jikkunsidra il-kuntratt ta’ bejgħ bħala trasferiment tad-drittijiet għall-pagamenti ma’ art.

2.   Il-bejjiegħ għandu japplika għall-allokazzjoni jew iż-żieda tad-drittijiet għall-pagamenti, u jżid mal-applikazzjoni tiegħu kopja tal-kuntratt ta’ bejgħ u jindika l-unitajiet ta’ produzzzjoni u l-għadd ta’ ettari li għandu l-ħsieb li jittrasferixxi d-drittijiet għall-pagamenti tagħhom.

3.   Stat Membru jista’ jippermetti li x-xerrej japplika għan-nom tal-bejjiegħ u bl-awtorità espliċita tal-bejjiegħ għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti. F’dan il-każ, l-Istat Membru għandu jivverifika li l-bejjiegħ jissodisfa l-kriterji ta’ eliġibbiltà fid-data tat-trasferiment u partikolarment il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 25(3). Ix-xerrej għandu japplika għall-ħlas taħt l-iskema ta’ pagament uniku, u jżid mal-applikazzjoni tiegħu kopja tal-kuntratt tal-bejgħ.

4.   Stat Membru jista’ jeħtieġ li l-applikazzjonijiet tal-bejjiegħ u tax-xerrej jiġu ppreżentati flimkien jew li t-tieni applikazzjoni jkun fiha referenza għall-ewwel waħda.

Artikolu 27

Klawżola kuntrattwali privata fil-każ ta’ kera

1.   Klawżola f’kuntratt ta’ kera li tipprovdi għat-trasferiment ta’ għadd ta’ drittijiet li ma jkunx ogħla mill-għadd ta’ ettari mikrija tista’ titqies bħala kera tad-drittijiet għall-pagamenti ma’ art, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, fil-każijiet fejn:

(a)

bidwi jkun kera lil bidwi ieħor l-impriża tiegħu jew parti minnha mhux aktar tard mid-data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tagħha, jew fis-sena tal-integrazzjoni tal-appoġġ akkoppjat,

(b)

il-kuntratt tal-kera jiskadi aktar tard mill-aħħar data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku, kif ukoll

(c)

il-bidwi jiddeċiedi li jikri d-drittijiet għall-pagamenti tiegħu lill-bidwi li lilu jkun kera l-impriża jew parti minnha.

2.   Sid il-kera għandu japplika għall-allokazzjoni jew iż-żieda fid-drittijiet għall-pagamenti, u jżid mal-applikazzjoni kopja tal-kuntratt tal-kera u jindika l-għadd ta’ ettari li għandu l-ħsieb li jikri d-drittijiet għall-pagamenti tagħhom.

3.   Il-kerrej għandu japplika għall-pagament taħt l-iskema ta’ pagament uniku, u jżid mal-applikazzjoni kopja tal-kuntratt tal-kera.

4.   Stat Membru jista’ jeħtieġ li l-applikazzjonijiet tal-kerrej u ta’ sid il-kera jsiru flimkien jew li t-tieni applikazzjoni jkun fiha referenza għall-ewwel waħda.

KAPITOLU 2

L-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri ġodda li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Għajr jekk provdut mod ieħor f’dan il-Kapitolu, dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri ġodda li applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

2.   Kwalunkwe referenza f’dan ir-Regolament għall-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha titqies bħala referenza għall-Artikolu 57 ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 57(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 l-Istat Membru ġdid jista’ jistipula perjodu rappreżentattiv li jiġi qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku.

4.   Kwalunkwe referenza f’dan ir-Regolament għal “perjodu ta’ referenza” għandha titqies bħala referenza għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku jew għall-perjodu ta’ referenza stipulat fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 29

Allokazzjoni inizjali ta’ drittijiet għal pagamenti

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u għall-finijiet tal-Artikolu 59(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri ġodda għandhom jistabbilixxu l-għadd ta’ ettari eliġibbli msemmi f’dak il-paragrafu billi jużaw l-għadd ta’ ettari ddikjarati għall-istabbiliment tad-drittijiet għall-pagamenti fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri ġodda jistgħu jistabbilixxu l-għadd ta’ ettari eliġibbli msemmi fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 billi jużaw l-għadd ta’ ettari ddikjarati fis-sena ta’ qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku.

Fil-każijiet fejn l-għadd ta’ ettari eliġibbli ddikjarati mill-bdiewa fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku jkun aktar baxx mill-għadd ta’ ettari eliġibbli stabbilit skont l-ewwel subparagrafu, Stat Membru ġdid jista’ jalloka mill-ġdid, f’parti jew għal kollox, l-ammonti li jkunu jikkorrispondu mal-ettari li ma jkunux ġew ddikjarati bħala suppliment ta’ kull dritt għall-pagament allokat fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku. Is-suppliment għandu jiġi kkalkulat billi jiġi diviż l-ammont konċernat bil-għadd ta’ drittijiet għal pagamenti allokati.

3.   Meta Stat Membru juża l-possibbiltà provduta fl-Artikolu 59(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jista’ mis-sena kalendarja li tiġi qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, jipproċedi għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli u għall-istabbiliment proviżorju tal-għadd ta’ ettari msemmi f’dak il-paragrafu u għal verifika preliminari tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25(3) ta’ dan ir-Regolament.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 61 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-valur tad-drittjiet għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont imsemmi fl-Artikolu 59(1) ta’ dak ir-Regolament jiġi diviż bil-għadd totali ta’ drittijiet allokati skont dan il-paragrafu.

4.   Il-bidwi għandu jiġi infurmat dwar id-drittijiet proviżorji tal-anqas xahar qabel id-data tal-għeluq tal-applikazzjoni stipulata skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Għall-finijiet tal-kalkulazzjoni tal-attività agrikola espressa f’unitajiet ta’ bhejjem (LU) imsemmija fl-Artikolu 44(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-għadd ta’ annimali li jkollu l-bidwi f’perjodu stipulat mill-Istat Membru għandu jinqaleb f’LU b’referenza għat-tabella ta’ konverżjoni pprovduta fl-Artikolu 14(2). Għall-fini ta’ verifika tal-attività agrikola minima fi Stati Membri ġodda skont l-Artikolu 44(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu japplika l-Artikolu 14(4), (5) u (6).

KAPITOLU 3

Integrazzjoni ta’ appoġġ akkoppjat

Taqsima 1

L-integrazzjoni tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku

Artikolu 30

Regoli Ġenerali

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-ammont u d-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fil-qafas tal-integrazzjoni tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku, għandha tapplika t-Taqsima A tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 soġġett għall-Artikolu 31 ta’ dan ir-Regolament u, jekk l-Istat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, soġġett għall-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skont kif ikun il-każ, l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu japplika għall-valur tad-drittijiet għall-pagamenti kollha li kienu jeżistu qabel l-integrazzjoni tal-appoġġ għall-frott u l-ħxejjex u għall-ammonti ta’ referenza kkalkulati għall-appoġġ tal-frott u l-ħxejjex.

3.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku għandha tkun is-sena li fiha l-Istat Membru jiddetermina l-ammonti u l-ettari eliġibbli kif jissemma fit-Taqsima A tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, filwaqt li jitqies il-perjodu tranżizzjonali fakultattiv ta’ tliet snin, kif jissemma fit-tieni subparagrafu tal-punt 2 ta’ dik it-taqsima.

Artikolu 31

Regoli speċifiċi

1.   Jekk il-bidwi ma jkollux sjieda ta’ drittijiet għall-pagamenti jew ikolli biss sjieda ta’ drittijiet speċjali sal-aħħar data biex japplika għall-istabbiliment ta’ drittijiet għall-pagamenti, għandu jirċievi drittijiet għall-pagamenti kkalkulati skont it-Taqsima A tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-frott u l-ħxejjex.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-bidwi jkun kera bi drittijiet għall-pagamenti bejn l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku u s-sena tal-integrazzjoni tas-settur tal-frott u l-ħxejjex.

2.   Jekk il-bidwi ġie allokat jew xtara jew irċieva drittijiet għall-pagamenti sal-aħħar data għall-applikazzjoni tal-istabbiliment ta’ drittijiet għall-pagamenti, il-valur u l-għadd tad-drittijiet għall-pagamenti li għandu, jridu jiġu kkalkulati mill-ġdid b’dan il-mod:

(a)

l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti għandu jkun l-istess bħall-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti fis-sjieda tiegħu, miżjud bl-għadd ta’ ettari stabbiliti skont il-punt 3 tat-Taqsima A tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-frott u l-ħxejjex, il-patata għall-ikel u l-mixtliet;

(b)

il-valur għandu jinkiseb billi s-somma tal-valur tad-drittijiet tiegħu għall-pagamenti u l-ammont ta’ referenza kkalkulat skont il-punt 2 tat-Taqsima A tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-frott u l-ħxejjex tiġi diviża bl-għadd stabbilit skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

Id-drittijiet speċjali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkulazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.

3.   Id-drittijiet għall-pagamenti mikrija qabel id-data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku għandhom jitqiesu fil-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Madanakollu, id-drittijiet għall-pagamenti mikrija permezz ta’ klawżola kuntrattwali kif jissema’ fl-Artikolu 27, għandhom jitqiesu biss fil-kalkolu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jekk il-kundizzjonijiet tal-kera jistgħu jiġu aġġustati.

Artikolu 32

Implimentazzjoni reġjonali

1.   Meta Stat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-bdiewa għandhom jirċievu għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari eliġibbli ġodda għall-frott u l-ħxejjex, il-patata għall-ikel u l-mixtliet iddikjarati fl-applikazzjoni waħda tiegħu fl-2008.

Il-valur tad-drittijiet għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

2.   Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-għadd addizzjonali ta’ drittijiet għal kull bidwi abbażi ta’ kriterji oġġettivi skont it-Taqsima A tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-frott u l-ħxejjex, il-patata għall-ikel u l-mixtliet.

Taqsima 2

Inbid

Subtaqsima 1

It-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ għall-inbid għall-iskema ta’ pagament uniku

Artikolu 33

Regoli Ġenerali

1.   Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-ammont u d-determinazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti fil-qafas tat-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ għall-inbid għall-iskema ta’ pagament uniku, għandha tapplika t-Taqsima C tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 soġġett għall-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament u, jekk l-Istat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 59 jew 71f għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, jew tal-Artikolu 47 jew 58 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, soġġett għall-Artikolu 35 ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipproċedu għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2009 biex jallokaw id-drittjiet għall-pagamenti ġejjin mit-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ għall-inbid għall-iskema ta’ pagament uniku.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-settur tal-inbid, l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku għandha tkun is-sena li fiha l-Istat Membru jiddetermina l-ammonti u l-ettari eliġibbli kif jissemma fit-Taqsima C tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Artikolu 34

Regoli speċifiċi

1.   Jekk il-bidwi ma jkollux sjieda ta’ drittijiet għall-pagamenti jew ikolli biss sjieda ta’ drittijiet speċjali sal-aħħar data biex japplika għall-istabbiliment ta’ drittijiet għall-pagamenti stabbiliti skont dan ir-Regolament, għandu jirċievi drittijiet għall-pagamenti għall-inbid ikkalkulati skont it-Taqsima C tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll meta l-bidwi jkun kera bi drittijiet għall-pagamenti bejn l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku u s-sena tat-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ.

2.   Jekk il-bidwi ġie allokat jew xtara jew irċieva drittijiet għall-pagamenti sal-aħħar data għall-applikazzjoni tal-istabbiliment ta’ drittijiet għall-pagamenti stabbiliti skont dan ir-Regolament, il-valur u l-għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li għandu, jridu jiġu kkalkulati mill-ġdid b’dan il-mod:

(a)

l-għadd ta’ drittijiet għal pagamenti għandu jkun l-istess bħall-għadd ta’ drittijiet ta’ pagamenti fis-sjieda tiegħu, miżjud bl-għadd ta’ ettari stabbiliti skont it-Taqsima C tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

il-valur għandu jinkiseb billi s-somma tal-valur tad-drittijiet għal pagamenti fis-sjieda tiegħu u l-ammont ta’ referenza kkalkulat skont it-Taqsima C tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tiġi diviża bl-għadd stabbilit skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu.

Id-drittijiet speċjali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkulazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu.

3.   Id-drittijiet għall-pagamenti mikrija qabel id-data għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt l-iskema ta’ pagament uniku stipulati skont dan ir-Regolament għandhom jitqiesu fil-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 35

Implimentazzjoni reġjonali

1.   Meta Stat Membru jkun għamel użu mill-possibbiltà pprovduta fl-Artikolu 59 jew l-Artikolu 71f tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jew tal-Artikolu 47 jew 58 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-bdiewa għandhom jirċievu għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li jkun ugwali għall-għadd ta’ ettari ġodda eliġibbli għad-dwieli ddikjarati fl-applikazzjoni waħda tagħhom fl-2009.

Il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti għandu jiġi kkalkulat abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-għadd ta’ drittijiet għal kull bidwi abbażi ta’ kriterji oġġettivi skont it-Taqsima C tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

Subtaqsima 2

Tħammil

Artikolu 36

Medja reġjonali

Għall-fini tad-determinazjoni tal-valur tad-drittijiet għall-pagamenti fl-applikazzjoni tat-Taqsima B tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-medja reġjonali għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membru fil-livell terrritorjali adegwat. Din għandha tiġi stabbilita f’data li għandha tiġi stipulata mill-Istat Membru. Tista’ tiġi riveduta kull sena. Għandha tiġi bbażata fuq il-valur tad-drittijiet għall-pagamenti allokati lill-bdiewa fir-reġjun konċernat. Ma għandhiex tkun differenzjata għal kull settur ta’ produzzjoni.

TITOLU IV

APPOĠĠ SPEĊIFIKU

KAPITOLU 1

Regoli Ġenerali

Artikolu 37

Eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ speċiku

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw kriterji tal-eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku f’konformità mal-qafas stipulat fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u mal-kundizzjonijiet stipulati f’dan it-Titolu.

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan it-Titolu, u partikolarment il-paragrafu 1, skont kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u biex jevitaw tagħwiġ fis-suq u tal-kompetizzjoni.

Artikolu 38

Il-konsistenza u l-kumulazzjoni tal-appoġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw konsistenza bejn:

(a)

il-miżuri tal-appoġġ speċifiku u l-miżuri implimentati skont strumenti oħra ta’ appoġġ Komunitarju;

(b)

il-miżuri differenti tal-appoġġ speċifiku;

(c)

il-miżuri tal-appoġġ speċifiku u l-miżuri ffinanzjati mill-għanjuniet statali.

L-Istati Membri għandhom partikolarment jiżguraw li l-miżuri tal-appoġġ speċifiku ma jfixklux it-tħaddim sew tal-miżuri implimentati taħt strumenti oħra ta’ appoġġ Komunitarju jew tal-miżuri ffinanzjati mill-għajnuniet statali.

2.   Fejn appoġġ taħt miżura tal-appoġġ speċifiku jista’ jingħata wkoll taħt miżura implimentata skont strumenti oħrajn ta’ appoġġ Komunitarju, jew skont miżura oħra ta’ appoġġ speċifiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li bidwi jkun jista’ jirċievi appoġġ għal operazzjoni speċifika taħt miżura waħda minnhom biss

Artikolu 39

Kundizzjonijiet għall-miżuri tal-appoġġ

1.   Il-miżuri tal-appoġġ speċifiku ma għandhomx jikkumpensaw għar-rispett tal-obbligi mandatorji u, partikolarment, għar-rekwiżiti amministrattivi statutorji u l-istandards tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stipulati rispettivament fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jew ir-rekwiżiti l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

2.   Il-miżuri tal-appoġġ speċifiku ma għandhomx jiffinanzjaw it-taxxi.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri tal-appoġġ speċifiku li jimplimentaw ikunu jistgħu jiġu vverikati u kkontrollati.

KAPITOLU 2

Regoli speċifiċi

Artikolu 40

Tipi speċifiċi ta’ biedja li huma importanti għall-ħarsien jew it-titjib tal-ambjent

L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu t-tipi speċifiċi ta’ biedja li huma importanti għall-ħarsien jew it-titjib tal-ambjent li għalihom hemm pprovdut pagament annwali addizzjonali fl-Artikolu 68(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Dawn it-tipi speċifiċi ta’ biedja għandhom iroddu benefiċċji ambjentali li ma jkunux negliġibbli u li jistgħu jitkejlu.

Artikolu 41

Titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli

Il-pagament annwali addizzjonali għal titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli pprovdut fl-Artikolu 68(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jista’ partikolarment jippermetti lill-bdiewa biex:

(a)

jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jissieħbu fl-iskemi Komunitarji għal kwalità tal-ikel kif stipulat fl-atti elenkati fl-Artikolu 68(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (20), (KE) Nru 1216/2007 (21), (KE) Nru 889/2008 (22) u (KE) Nru 114/2009 (23) jew,

(b)

jissieħbu fi skemi privati jew nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-ikel.

Jekk il-miżuri ta’ appoġġ speċifiku jingħataw għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel paragrafu, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (24) għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 42

Titjib fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

1.   Il-pagament annwali addizzjonali għall-bdiewa għal titjib fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli pprovdut fl-Artikolu 68(1)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jħeġġeġ lill-bdiewa biex itejbu l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli tagħhom billi jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni aħjar dwar u/jew il-promozzjoni tal-kwalità jew il-karatteristiki tal-prodotti jew tal-metodi tal-produzzjoni tagħhom.

2.   L-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 501/2008 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 43

Tħaddin ta’ standards imtejba tal-benessri tal-annimali

1.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eleġibbiltà għall-appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jħaddnu prattiki aħjar tal-benessri tal-annimali pprovduti fl-Artikolu 68(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, iqisu:

(a)

it-tip ta’ biedja,

(b)

id-daqs tal-farm f’termini ta’ densità jew għadd ta’ annimali u ħaddiema, u

(c)

is-sistema tal-ġestjoni tal-farm applikabbli.

2.   Prattiki aħjar tal-benessri tal-annimali għandhom ikunu dawk li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja u nazzjonali applikabbli, partikolarment, l-atti li jissemmew fil-punt C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Dawk il-prattiki jistgħu jinkludu l-istandards imtejba msemmija fl-Artikolu 27(7) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

Artikolu 44

Attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvovlu benefiċċji agroambjentali addizzjonali

1.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eleġibbiltà għall-appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jeżerċitaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali previsti fl-Artikolu 68(1)(a)(v) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom partikolarment iqisu:

(a)

il-miri ambjentali fir-reġjun fejn il-miżura se tiġi applikata, u

(b)

kwalunkwe appoġġ li diġà ngħata taħt strumenti oħrajn ta’ appoġġ Komunitarju jew miżuri oħrajn ta’ appoġġ speċiku jew miżuri ffinanzjati minn għajnuniet statali.

2.   L-Artikolu 27(2) sa (6), (8), (9) u (13), l-Artikoli 48 u 53 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jeżerċitaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-miżuri proposti ta’ appoġġ speċifiku għall-bdiewa li jeżerċitaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali nnotifikati lilha mill-Istati Membri għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u dan ir-Regolament.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri proposti huma b’konformità, għandha tapprova l-miżuri skont l-Artikolu 68(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fi żmien erba’ xhur minn meta tkun irċiviet l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 50(3) ta’ dan ir-Regolament.

Fejn il-Kummissjoni tqis li l-miżuri proposti ma humiex konformi, għandha titlob lill-Istat Membru biex jirrevedi l-miżuri proposti kif xieraq u jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Għandha tapprova l-miżuri jekk tqis li ġew reveduti kif xieraq.

Artikolu 45

Żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-ross

1.   Meta jistabbilixxu l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-appoġġ speċifiku biex jindirizzaw żvantaġġi speċifiċi li jaffettwaw lill-bdiewa fis-setturi tal-ħalib, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u r-ross f’żoni ekonomikament vulnerabbli jew ambjentalment sensittivi, jew fl-istess setturi, għal tipi ta’ biedja ekonomikament vulnerabbli skont l-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu ż-żoni ekonomikament vulnerabbli u/jew ambjentalment sensittivi u/jew it-tipi ta’ biedja ekonomikament vulnerabbli eliġibbli għall-appoġġ, filwaqt li jqisu partikolarment, l-istrutturi u l-kundizzjonijiet rilevanti tal-produzzjoni.

2.   L-appoġġ speċifiku ma għandux ikun ibbażat fuq iċ-ċaqliq tal-prezzijiet tas-suq jew ikun ekwivalenti għal sistema ta’ pagamenti ta’ kumpens.

Artikolu 46

Żoni soġġetti għal programmi ta’ ristrutturar u/jew ta’ żvilupp

1.   Il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku f’żoni soġġetti għal programmi ta’ ristrutturar u/jew ta’ żvilupp sabiex jiġi żgurat li l-art ma tiġix abbandunata u/jew biex jiġu indirizzati l-iżvantaġġi speċifiċi għall-bdiewa f’dawk iż-żoni pprovduti fl-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom partikolarment:

(a)

jistipulaw kif għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti ta’ referenza individwali għall-bdiewa eliġibbli, u

(b)

jistipulaw il-programmi ta’ ristrutturar u/jew ta’ żvilupp u/jew il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tagħhom.

2.   Meta bidwi li ma jkollu l-ebda dritt għall-pagamenti japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti li mhux ogħla mill-għadd ta’ ettari li jkolli f’idejh (tiegħu proprju jew b’kera) f’dak iż-żmien.

Meta bidwi li jkollu dritt għall-pagament japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1, jista’ jirċievi għadd ta’ drittijiet għall-pagamenti mhux ogħla mill-għadd ta’ ettari f’idejh li għalihom ma jkollu l-ebda dritt għall-pagament.

Il-valur tal-unità ta’ kull dritt għall-pagament li l-bidwi diġà għandu jista’ jiżdied.

Il-valur ta’ kull dritt għall-pagament mogħti skont dan il-paragrafu, bl-eċċezzjoni tat-tielet subparagrafu, għandu jiġi kkalkulat billi l-ammont ta’ referenza individwali stabbilit mill-Istat Membru jiġi diviż bl-għadd ta’ drittijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu.

3.   Iż-żieda tal-ammont għal kull ettaru skont l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 131(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tiġi stabbilita billi l-ammont ta’ referenza tal-bidwi jiġi diviż bl-għadd ta’ ettari eliġibbli li jiddikjara għall-ħlas taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvantaġġ speċifiċi għall-bdiewa fiż-żoni affettwati mill-programmi tar-ristrutturar u/jew tal-iżvilupp, li għalihom jingħata appoġġ speċifiku, ma jiġux kkumpensati għall-istess għan taħt xi dispożizzjoni oħra ta’ programmi bħal dawn.

Artikolu 47

Assigurazzjoni tal-uċuħ tar-raba’, l-annimali u l-pjanti

1.   L-Istati Membri għandhom jistipulaw kundizzjonijiet għall-kuntratti biex ikunu eliġibbli għall-appoġġ speċifiku permezz ta’ kontribuzzjonijiet għall-primjums tal-assigurazzjoni għall-uċuħ tar-raba’, l-annimali u l-pjanti, kif imsemmi fl-Artikolu 68(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

2.   Il-kuntratti għandhom jistipulaw:

(a)

ir-riskji partikolari li hemm assigurazzjoni kontrihom,

(b)

it-telf ekonomiku partikolari kopert u

(c)

il-primjums imħallsa, bl-esklużjoni tat-taxxi.

3.   Il-kuntratti ma għandhomx ikopru aktar mill-produzzjoni ta’ sena waħda. Meta terminu ta’ kuntratt ikopri partijiet minn sentejn kalendarji, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jingħatax kumpens doppju għall-istess kuntratt.

4.   L-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli li għandhom jintużaw biex tiġi kkalkulata l-ħsara tal-produzzjoni medja annwali ta’ bidwi skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

5.   Il-bidwi għandu jinforma lill-Istat Membru kull sena dwar in-numru tal-polza tal-assigurazzjoni tiegħu u jipprovdi kopja tal-kuntratt u prova tal-ħlas tal-primjum.

Artikolu 48

Fondi komunii għall-mard tal-annimali u l-pjanti u l-inċidenti ambjentali

1.   Ir-regoli ddefiniti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 71(9) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-fondi komuni eliġibbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-mard tal-annimali u l-pjanti u l-inċidenti ambjentali kif imsemmija fl-Artikolu 68(1)(e) ta’ dak ir-Regolament għandhom partikolarment jinkludu:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-finanzjament tal-fond komuni,

(b)

l-imxija ta’ mard tal-annimali jew il-pjanti jew l-inċidenti ambjentali li jistgħu jwasslu biex jitħallas kumpens lill-bdiewa, fosthom l-ambitu ġeografiku fejn xieraq,

(c)

il-kriterji għall-valutazzjoni ta’ jekk avveniment speċifiku għandux iwassal għall-ħlas ta’ kumpens lill-bdiewa,

(d)

il-metodi tal-kalkulazzjoni tal-ispejjeż addizzjonali li jikkostitwixxu telf ekonomiku skont l-Artikolu 71(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(e)

il-kalkulazzjoni tal-ispejjeż amministrattivi msemmija fl-Artikolu 71(6) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(f)

kwalunkwe limitu għall-ispejjeż li huma eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja applikata skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009,

(g)

proċedura tal-akkreditazzjoni ta’ fond komuni specifiku skont il-liġi nazzjonali,

(h)

regoli proċedurali, u

(i)

il-verifiki tal-konformità u l-approvazzjoni li l-fond komuni għandu jiġi soġġett għalihom wara l-akkreditazzjoni tiegħu.

2.   Meta s-sors tal-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas mill-fond komuni jkun ġej minn self kummerċjali, it-tul taż-żmien minimu u massimu tiegħu għandu jkun ta’ bejn sena u ħames snin rispettivament.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-biedja tagħhom jkunu mgħarrfa dwar:

(a)

il-fondi komuni kollha akkreditati,

(b)

il-kundizzjonijiet għall-affiljazzjoni ma’ fond komuni partikolari, u

(c)

l-arranġamenti finanzjarji tal-fondi komuni.

Artikolu 49

Dispożizzjonijiet finanzjarji għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku

1.   L-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma stipulati fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri jistgħu jitolbu sal-1 ta’ Awwissu ta’ kwalunkwe sena kalendarja mill-2010, reviżjoni tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-kalkulazzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 tas-sena finanzjarja konċernata jkun differenti b’aktar minn 20 % mill-ammont stipulat fl-Anness III għal dan ir-Regolament.

Kwalunkwe ammont revedut li tipprovdi għalih il-Kummissjoni għandu jkun applikabbli mis-sena kalendarja ta’ wara dik tat-talba.

TITOLU V

NOTIFIKI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

KAPITOLU 1

Notifiki

Artikolu 50

Notifika tad-deċiżjonijiet

1.   Meta Stat Membru juża l-possibbiltà provduta fl-Artikoli 28(1) u (2), 38, 41(2) sa (5), 45(1) u (3), 46(1) u (3), 47(1) sa (4), 48, 49, 51(1) u 67 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dettalji tad-deċiżjoni li ttieħdet u bil-ġustifikazzjoni u l-kriterji oġġettivi li fuq il-bażi tagħhom ġiet deċiża l-applikazzjoni tal-possibbiltà konċernata:

(a)

għal deċiżjonijiet li japplikaw għall-2010, fi żmien ġimgħatejn ta’:

(i)

id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew,

(ii)

id-data li fiha ttieħdet id-deċiżjoni jekk din tiġi wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u

(b)

sal-1 ta’ Awwissu 2010 fil-każijiet l-oħrajn.

Meta Stat Membru jieħu deċiżjoni ġdida fir-rigward tal-użu tal-possibbiltajiet provduti fl-Artikolu 41(2) sa (5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-dettalji tad-deċiżjoni li ttieħdet u bil-ġustifikazzjoni u l-kriterji oġġettivi li fuq il-bażi tagħhom ġiet deċiża l-applikazzjoni tal-possibbiltà konċernata fi żmien ġimgħatejn mid-data li fiha tittieħed id-deċiżjoni.

2.   Meta Stat Membru ġdid ikollu l-ħsieb li jtemm l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja b’konformità mal-Artikolu 122(3) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandu jikkomunika lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Awwissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, inkluż il-possibbiltajiet skont l-Artikoli 55(3), 57(3) sa (6), 59(3) u 61 ta’ dak ir-Regolament kif ukoll bil-kriterji oġġettivi li fuq il-bażi tagħhom ttieħdu d-deċiżjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-miżuri tal-appoġġ speċifiku li bi ħsiebhom japplikaw, sal-1 ta’ Awwissu tas-sena li tiġi qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni ta’ dik il-miżura.

Il-kontenut tal-informazzjoni għandu jingħata skont il-Parti A tal-Anness IV, għajr għall-miżuri tal-appoġġ speċiku għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali, li għandhom jingħataw skont il-Parti B ta’ dak l-Anness.

Artikolu 51

Statistika u rapporti

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b’mod elettroniku lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja bl-użu tal-formola li l-Kummissjoni pprovditilhom:

1.

sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru tas-sena konċernata:

(a)

l-għadd totali ta’ applikazzjonijiet mitluba skont l-iskema ta’ pagament uniku għas-sena attwali, flimkien mal-ammont totali korrispondenti tad-drittijiet għall-pagamenti u l-għadd totali ta’ ettari eliġibbli relatati; dik id-dejta trid tinqasam skont ir-reġjuni fil-każ ta’ implimentazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ pagament uniku. Fl-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq id-drittijiet provviżorji għall-pagamenti;

(b)

fil-każ tal-applikazzjoni tal-miżuri skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-ammont totali ta’ appoġġ mitlub għas-sena attwali għal kull waħda mill-miżuri u, meta japplika, għas-setturi konċernati;

2.

sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara, għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, l-istess informazzjoni kif jissemma’ fil-punt 1(a), iżda abbażi tad-drittijiet definittivi għall-pagamenti;

3.

sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara:

(a)

il-valur totali tad-drittijiet eżistenti għall-pagamenti kemm jekk attivati jew le fis-sena konċernata u l-għadd ta’ ettari meħtieġa għall-atttivazzjoni. L-informazzjoni trid tinqasam skont it-tip ta’ drittijiet u skont ir-reġjuni fil-każ ta’ implimentazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ pagament uniku;

(b)

id-dejta definittiva dwar l-għadd totali ta’ applikazzjonijiet skont l-iskema ta’ pagament uniku li ġew aċċettati għas-sena ta’ qabel u l-ammont totali korrispondenti tal-pagamenti li ngħataw, wara l-applikazzjoni, skont il-każ, tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 7, 9, 11(1) u (2), 21, 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 kif ukoll is-somma totali tal-ammonti li baqgħu fir-riżerva nazzjonali sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel u l-għadd totali ta’ ettari eliġibbli relatati; dik id-dejta trid tinqasam skont ir-reġjuni, meta applikabbli, fil-każ ta’ implimentazzjoni reġjonali tal-iskema ta’ pagament uniku;

(c)

fir-rigward tal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għas-sena preċedenti, l-għadd totali ta’ benefiċjarji u l-ammont tal-pagamenti li ngħataw għall kull miżura u fejn applikabbli għal kull wieħed mis-setturi konċernati; kif ukoll

(d)

ir-rapport annwali li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li għandu jinkludi l-informazzjoni elenkata fl-Anness V għal dan ir-Regolament.

4.

sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ottubru 2012 rapport dwar il-miżuri tal-appoġġ speċifiku implimentati fl-2009, l-2010 u l-2011, l-impatti tagħhom fuq l-għanijiet tagħhom u kwalunkwe problema li ltaqgħu magħha.

KAPITOLU 2

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 52

Revoka

Ir-Regolamenti (KE) Nru 795/2004 u (KE) Nru 639/2009 huma revokati.

Madanakollu, għandhom ikomplu jgħoddu fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għall-għajnuna li jirrelataw mal-perjodi tal-primjums li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 53

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010, minbarra l-Artikoli 11(2), u 50(1)(a), li għandhom jibdew japplikaw mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 191, 23.7.2009, p. 17.

(4)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(5)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3.

(7)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

(8)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

(9)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(10)  ĠU L 38, 12.2.2000, p. 1.

(11)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(12)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(13)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(14)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(15)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(16)  Ara paġna 65 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(17)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(18)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(19)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(20)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

(21)  ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.

(22)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(23)  ĠU L 38, 7.2.2009, p. 26.

(24)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.


ANNESS I

Lista ta’ uċuħ tar-raba’ li jinħarat imsemmija fl-Artikolu 2(c)

Kodiċi tan-NM

u Deskrizzjoni

I.   

ĊEREALI

1001 10 00

Qamħ durum

1001 90

Qamħ u meslin ieħor barra mill-qamħ durum

1002 00 00

Segala

1003 00

Xgħir

1004 00 00

Ħafur

1005

Qamħirrun

1007 00

Sorgu tal-qamħ

1008

Buckwheat, milleġ u skalora; ċereali oħrajn

0709 90 60

Qamħ ħelu

II.   

ŻJUT TAŻ-ŻRIERAGĦ

1201 00

Sojja mhix imkissra

ex 1205 00

Żerriegħa tal-kolza

ex 1206 00 10

Żerriegħa tal-ġirasol

III.   

GĦELEJJEL TAL-PROTEINI

0713 10

Piżelli

0713 50

Ful

ex 1209 29 50

Lupini ħelwin

IV.   

KITTIEN

ex 1204 00

Żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum L.)

ex 5301 10 00

Għażel mhux maħdum jew imrattab, imkabbar għal fibra (Linum usitatissimum L.)

V.   

QANNEB

ex 5302 10 00

Qanneb, mhux maħdum jew imrattab, imkabbar għal fibra (Cannabis sativa L.)


ANNESS II

Data msemmija fl-Artikolu 11(1)

Stat Membru u reġjuni

Data

Spanja: Castilla – La Mancha

l-1 ta’ Ġunju

Spanja: Aragón, Asturias, Baleares, Cantabria, Castilla y León, Cataluña, Galicia, Madrid, Murcia, País Vasco, la Rioja, Comunidad Valenciana

l-1 ta’ Lulju

Spanja: Andalucía

l-1 ta’ Settembru

Spanja: Extremadura

il-15 ta’ Settembru

Spanja: Navarra

il-15 ta’ Awwissu

Franza: Aquitaine, Midi-Pyrénées u Languedoc-Roussillon

l-1 ta’ Lulju

Franza: Alsace, Auvergne, Burgundy, Brittany, Centre, Champagne-Ardenne, Corsica, Franche-Comté, Île-de-France, Limousin, Lorraine, Nord-Pas-de-Calais, in-Normandija ta’ Isfel, in-Normandija ta’ Fuq, ir-Reġjun ta’ Loire (barra d-dipartimenti ta’ Loire-Atlantique u Vendée), Picardy, Poitou-Charentes, Provence-Alpes-Côte-d’Azur u Rhône-Alpes

il-15 ta’ Lulju

Franza: id-dipartimenti ta’ Loire-Atlantique u Vendée

il-15 ta’ Ottubru

L-Awstrija

it-30 ta’ Ġunju


ANNESS III

Ammonti msemmija fl-Artikolu 49(1) kif ikkalkulati skont l-Artikolu 69(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

(f’EUR miljuni)

Il-Belġju

8,6

Id-Danimarka

15,8

Il-Ġermanja

42,6

L-Irlanda

23,9

Il-Greċja

74,3

Spanja

144,4

Franza

97,4

L-Italja

144,9

Il-Lussemburgu

0,8

Malta

0,1

L-Olanda

31,7

L-Awstrija

11,9

Il-Portugall

21,7

Il-Finlandja

4,8

Is-Slovenja

2,4

L-Iżvezja

13,9

Ir-Renju Unit

42,8


ANNESS IV

Kontenut tal-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 50(3)

PARTI A

Għall-miżuri kollha tal-appoġġ speċifiku, għajr il-miżuri għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali, l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

it-titolu ta’ kull miżura bir-referenza għad-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(b)

deskrizzjoni ta’ kull miżura, li tinkludi mill-anqas:

(i)

is-setturi konċernati,

(ii)

it-tul taż-żmien tagħha,

(iii)

l-għanijiet tagħha,

(iv)

il-kundizzjonijiet applikabbli tal-eliġibbiltà,

(v)

livell indikattiv ta’ appoġġ għaliha,

(vi)

l-ammont totali stipulat għaliha,

(vii)

l-informazzjoni meħtieġa għall-istabbiliment tal-limiti tal-baġit relatati, u

(viii)

is-sors tal-fondi għaliha;

(c)

kwalunkwe miżura eżistenti applikata taħt skemi oħra ta’ appoġġ Komunitarju jew taħt miżuri ffinanzjati minn għajnuniet statali fl-istess żona jew settur bħall-miżura ta’ appoġġ speċifiku u, fejn xieraq, id-demarkazzjoni bejniethom;

(d)

fejn xieraq, deskrizzjoni ta’:

(i)

it-tipi speċifiċi ta’ biedja li huma importanti għall-ħarsien jew it-titjib tal-ambjent imsemmija fl-Artikolu 68(1)(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(ii)

l-istandards imtejba tal-benessri tal-annimali msemmija fl-Artikolu 68(1)(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(iii)

iż-żoni ekonomikament vulnerabbli u/jew iż-żoni ambjentalment sensittivi u/jew it-tipi ta’ biedja ekonomikament vulnerabbli msemmija fl-Artikolu 68(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll il-livelli attwali ta’ produzzjoni msemmija fl-Artikolu 68(3) ta’ dak ir-Regolament;

(iv)

il-programmi ta’ ristrutturar u/jew ta’żvilupp imsemmija fl-Artikolu 68(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

PARTI B

Għall-miżuri tal-appoġġ speċifiku għall-attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agroambjentali addizzjonali, l-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

it-titlu tal-miżura;

(b)

iż-żona ġeografika koperta mill-miżura;

(c)

deskrizzjoni tal-miżura proposta u l-impatt ambjentali mistenni b’rabta mal-ħtiġijiet ambjentali u l-prijoritajiet kif ukoll l-għanijiet speċifiċi li jistgħu jiġu vverifikati;

(d)

ir-raġuni għall-intervent, l-ambitu u l-azzjonijiet, l-indikaturi, il-miri kwantifikati u fejn xieraq il-benefiċjarji;

(e)

il-kriterji u r-regoli amministrattivi biex jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ma humiex qegħdin jirċievu wkoll appoġġ minn skemi oħra ta’ appoġġ Komunitarju;

(f)

evidenza, kif imsemmija fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006, li tippermetti lill-Kummissjoni tivverifika l-konsistenza u l-plawsibbiltà tal-kalkulazzjonijiet;

(g)

deskrizzjoni dettaljata tal-implimentazzjoni nazzjonali tar-rekwiżiti minimi għall-użu tal-fertilizzant u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u r-rekwiżiti rilevanti u mandatorji oħrajn imsemmija fil-punt 5.3.2.1 tal-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006;

(h)

deskrizzjoni tal-metodoloġija u tas-suppożizzjonijet u l-parametri agronomiċi (inkluża d-deskrizzjoni tar-rekwiżiti bażilari kif imsemmi fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 li huma rilevanti għal kull tip partikolari ta’ impenn) użati bħala punt ta’ referenza għall-kalkulazzjonijiet li jiġġustifikaw: (a) l-ispejjeż addizzjonali u (b) id-dħul mitluf li jirriżultaw mill-impenn meħud; fejn rilevanti, din il-metodoloġija għandha tqis l-għajnuna mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009; fejn xieraq, il-metodu tal-konverżjoni użat għal unitajiet oħrajn skont l-Artikolu 27(9) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006;

(i)

l-ammonti tal-appoġġ;

(j)

fejn xieraq, l-informazzjoni msemmija fil-ħames u s-sitt inċiżi tal-punt 5.3.2.1.4 tal-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.


ANNESS V

Kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali dwar il-fondi komuni kif imsemmi fl-Artikolu 51(3)(d)

L-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

lista tal-fondi komunii akkreditati u l-għadd ta’ bdiewa affiljati ma’ kull fond;

(b)

fejn xieraq, l-ispejjeż amministrattivi mġarrba għall-istabbiliment ta’ fondi komuni ġodda;

(c)

is-sors tal-finanzi skont l-Artikolu 69(6)(a) jew (c) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u fejn applikabbli, l-ammont tat-tnaqqis linjari applikat kif ukoll il-pagamenti konċernati;

(d)

it-tip ta’ telf ekonomiku kkompensat skont kull fond akkreditat u skont il-kaġun kif imsemmi fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(e)

l-għadd ta’ bdiewa kkompensati skont kull fond akkreditat għal kull tip ta’ telf ekonomiku u skont il-kaġun kif imsemmi fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009;

(f)

in-nefqa ta’ kull fond akkreditat għal kull tip ta’ telf ekonomiku;

(g)

il-perċentwali u l-ammont imħallas minn kull fond għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 71(7) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, u

(h)

kwalunkwe esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-miżura tal-appoġġ speċifiku dwar il-fondi komuni.


Top