This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0161
2009/161/EC: Council Decision of 25 September 2008 approving on behalf of the Community Annex 8 to the International Convention on the Harmonisation of Frontier Controls of Goods
2009/161/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Settembru 2008 li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri
2009/161/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Settembru 2008 li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri
ĠU L 55, 27.2.2009, p. 21–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
27.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Settembru 2008
li f’isem il-Komunità tapprova l-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri
(2009/161/KE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment l-Artikolu 133, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontroll ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri, tal-1982, (“il-Konvenzjoni”) ġiet approvata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1262/84 (1). |
(2) |
L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni, flimkien mal-Anness 7 tagħha, jipprevedi li l-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni jista’ jipproponi u jadotta emendi għall-Konvenzjoni. Dawn l-emendi għandhom jiġu aċċettati, sakemm ma ssirx xi oġġezzjoni minn xi Parti Kontraenti fi żmien 12-il xahar mill-komunikazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-emenda proposta lill-Partijiet Kontraenti. |
(3) |
Fil-laqgħa ta’ Frar 1999, il-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (United Nations Economic Commission for Europe – UN/ECE) ddeċieda li l-Konvenzjoni għandha tiġi riveduta bil-għan li tinkludi dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-qsim tal-fruntieri minn vetturi. |
(4) |
Sussegwentement, il-Grupp ta’ Ħidma tan-NU/KEE dwar Kwistjonijiet Doganali li jolqtu t-Trasport fassal abbozz ta’ proposti biex jiżdied Anness 8 ġdid għall-Konvenzjoni li jkun jikkumplementa d-dispożizzjonijiet eżistenti. |
(5) |
F’Ottubru 2007, il-Kumitat Amministrattiv għall-Konvenzjoni adotta dan l-Anness u peress li ma tressqet l-ebda oġġezzjoni, l-Anness daħal fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 2008. |
(6) |
L-għan tal-Anness 8 tal-Konvenzjoni huwa li jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali billi jnaqqas, jarmonizza u jikkoordina l-proċeduri u x-xogħol amministrattiv relatati mal-kontrolli ta’ merkanzija fuq il-fruntieri, b’mod partikolari fil-każ ta’ annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. L-Anness 8 għandu l-għan ukoll li jittejjeb l-operat f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri, kif ukoll l-aspetti tekniċi li għandhom x’jaqsmu mar-rikonixximent reċiproku taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ispezzjoni tal-vetturi u tal-piż tagħhom. |
(7) |
Il-faċilitazzjoni tal-kummerċ internazzjonali u t-tneħħija ta’ ostakli tekniċi għall-kummerċ huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika kummerċjali komuni u għaldaqstant jaqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Komunità fuq l-emenda proposta għall-Konvenzjoni ġiet approvata f’Lulju 2005. |
(9) |
Għaldaqstant, l-emenda għall-Konvenzjoni għandha tiġi approvata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness 8 tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Armonizzazzjoni tal-Kontrolli ta’ Merkanzija fuq il-Fruntieri huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.
It-test ta' dan l-Anness huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
L. CHATEL
(1) ĠU L 126, 12.5.1984, p. 1.
ANNESS 8 IL-KONVENZJONI INTERNAZZJONALI DWAR L-ARMONIZZAZZJONI TAL-KONTROLL TAL-OĠĠETTI FUQ IL-FRUNTIERA
FAĊILITAZZJONI TAL-PROĊEDURI GĦALL-QSIM BEJN IL-FRUNTIERI GĦAT-TRASPORT INTERNAZZJONALI BIT-TRIQ
Artikolu 1
Prinċipji
Filwaqt li jikkumplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u b’mod partikolari dawk previsti fl-Anness 1, dan l-Anness jipprova jiddefinixxi l-miżuri li għandhom jiġu implimentati sabiex jiġu ffaċilitati l-proċeduri għall-qsim bejn il-fruntieri minn trasport internazzjonali bit-triq.
Artikolu 2
Faċilitazzjoni tal-proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw l-proċeduri għall-ħruġ ta’ viżi lil sewwieqa professjonali involuti fi trasport internazzjonali bit-triq skond l-aqwa prassi nazzjonali għall-applikanti għall-viża u regoli nazzjonali ta’ immigrazzjoni, kif ukoll impenji internazzjonali.
2. Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li b’mod regolari, jagħmlu skambju ta’ informazzjoni dwar l-aqwa prattika f’dak li għandu x’jaqsam mal-faċiliazzjoni tal-proċeduri għall-viża ta’ sewwieqa professjonali.
Artikolu 3
Operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali bit-triq
1. Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġarr internazzjonali ta’ merkanzija, il-Partijiet Kontraenti, għandhom jinfurmaw regolarment lill-partijiet kollha involuti f’operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali, b’mod armonizzat u kkoordinat, dwar ir-rekwiżiti tal-kontrolli fuq il-fruntieri għal operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali bit-triq li jkunu fis-seħħ jew ippjanati kif ukoll dwar is-sitwazzjoni attwali fuq il-fruntieri.
2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jittrasferixxu, sakemm possibbli u mhux għat-traffiku fi tranżitu biss, kwalunkwe proċedura meħtieġa lejn il-post tat-tluq u destinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr bit-triq, sabiex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku fil-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri.
3. B’referenza partikolari għall-Artikolu 7 ta’ din il-Konvenzjoni, il-konsenji urġenti għandhom jingħataw prijorità, eż. annimali ħajjin u merkanzija li titħassar. B’mod partikolari, is-servizzi kompetenti fil-postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri:
(i) |
għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex inaqqsu kemm jista’ jkun il-ħin ta’ stennija lil vetturi li jkollhom approvazzjoni ATP u li jġorru ikel li jitħassar jew lil vetturi li jġorru annimali ħajjin, sa mill-ħin li jaslu fuq il-fruntiera sakemm isirulhom il-kontrolli regolatorji, amministrattivi, Doganali u sanitarji. |
(ii) |
għandhom jiżguraw li l-kontrolli msemmija taħt (i) jsiru malajr kemm jista’ jkun; |
(iii) |
għandhom jippermettu, sakemm possibbli, t-tħaddim tat-tagħmir ta' tkessiħ fuq vetturi li jġorru ikel li jitħassar waqt li din tkun qed taqsam il-fruntiera, sakemm dan ma jkunx possibbli minħabba l-proċedura ta' kontrolli meħtieġa. |
(iv) |
għandhom jikkooperaw, b’mod partikolari permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni bil-quddiem, mal-kontraparti tagħhom ta’ Partijiet Kontraenti oħrajn biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri għal ikel li jitħassar u għal annimali ħajjin, f’każ li dawn it-tagħbijiet ikunu suġġetti għal spezzjonijiet sanitarji. |
Artikolu 4
Spezzjoni tal-vetturi
1. Il-Partijiet Kontraenti, li għadhom mhux Parti mill-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997), għandhom jagħmlu ħilithom, konformement mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti, biex jiġi ffaċilitat il-qsim bejn il-fruntieri minn vetturi tat-triq billi jaċċettaw iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika kif previst f'dan il-ftehim. Iċ-Ċertifikat ta’ Spezzjoni Teknika, kif jidher fil-Ftehim mill-1 ta’ Jannar 2004, jidher fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness.
2. Biex jidentifikaw lill-vetturi li jkollhom approvazzjoni ATP u li jġorru ikel li jitħassar, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jużaw il-marki distinti li jitwaħħlu mat-tagħmir rilevanti u ċ-ċertifikat ATP jew il-pjanċa ta’ approvazzjoni previsti fil-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Ikel li Jitħassar u t-Tagħmir Speċjali li jintuża għal dan it-tip ta’ Trasport (1970).
Artikolu 5
Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura
1. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qsim bejn il-fruntieri, il-Partijiet Kontraenti, konformement mal-liġijiet u regolamenti nazzjonali u internazzjonali rilevanti, għandhom jagħmlu ħilithom biex il-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi f’postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri ma jsirux aktar minn darba waħda, billi jaċċettaw u jirrikonoxxu b’mod reċiproku ċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura kif previst fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Fil-każ li l-Partijiet Kontraenti jaċċettaw dawn iċ-ċertifikati, ma għandu jsir ebda kejl ieħor tal-piż għajr għal spezzjonijiet każwali u kontrolli f’każ ta’ suspett ta’ irregolaritajiet. Il-kejl tal-piż tal-vetturi li jitniżżel fuq dawn iċ-ċertifikati għandu jsir biss fil-pajjiż tal-oriġini tal-operazzjonijiet ta’ trasport internazzjonali. Ir-riżultati li jinkisbu minn dan il-kejl għandhom jitniżżlu u jiġu ċċertifikati kif xieraq f’dawn iċ-ċertifikati.
2. Kull Parti Kontraenti li taċċetta ċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura għandha tippublika lista sħiħa ta’ istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi fil-pajjiż tagħha li jkunu awtorizzati f’konformità mal-prinċipji internazzjonali, kif ukoll ta’ kwalunkwe modifika tagħha. Din il-lista, flimkien ma’ kwalunkwe modifika tagħha għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex titqassam lil kull Parti Kontraenti u lill-organizzazzjionijiet internazzjonali msemmija fl-Anness 7, Artikolu 2 ta’ din il-Konvenzjoni.
3. Ir-rekwiżiti minimi għal stazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi, il-prinċipji għall-awtorizzazzjoni u l-elementi bażiċi tal-proċeduri ta’ użin li jridu jintużaw jidhru fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.
Artikolu 6
Il-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri
Biex jiġi żgurat li l-formalitajiet meħtieġa fil-postijiet ta’ qsim bejn il-fruntieri jsiru bl-aħjar mod u jiġu ffaċilitati, il-Partijiet Kontraenti għandhom jissodisfaw, kemm jista' jkun, dawn ir-rekwiżiti minimi għal postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri li jkunu miftuħa għat-traffiku internazzjonali ta' merkanzija:
(i) |
faċilitajiet li jippermettu kontrolli konġunti bejn Stati ġirien (teknoloġija “one-stop”), 24 siegħa kuljum, meta dan ikun iġġustifikat mill-ħtieġa ta’ kummerċ u b’konsistenza mar-regolamenti tat-traffiku bit-triq; |
(ii) |
separazzjoni tat-traffiku skond it-tipi differenti ta’ traffiku fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera biex jippermetti li tingħata prijorità lil vetturi li jkunu koperti minn dokumenti Doganali ta’ transitu internazzjonali validi jew li jġorru annimali ħajjin jew ikel li jitħassar; |
(iii) |
żoni ta’ kontroll lil hinn mill-karreġġata, biex fihom isiru kontrolli fuq bażi każwali tat-tagħbija u tal-vetturi; |
(iv) |
faċilitajiet xierqa ta’ terminal u għall-ipparkjar tal-vetturi; |
(v) |
faċilitajiet xierqa ta’ iġjene, soċjali u ta’ telekomunikazzjoni għas-sewwieqa; |
(vi) |
aġenti tad-distribuzzjoni tal-merkanzija jiġu inkoraġġiti jistabbilixxu faċilitajiet adegwati f'postijiet ta' qsim bejn il-fruntieri, imfassla bil-ħsieb li jkunu jistgħu joffru servizzi kompetittivi lill-operaturi tat-trasport. |
Artikolu 7
Mekkaniżmu ta' rappurtar
Skond l-Artikoli 1 sa 6 ta’ dan l-Anness, is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) għandu jagħmel, kull sentejn, stħarriġ fost il-Partijiet Kontraenti dwar il-progress li jkun sar biex jittejbu l-proċeduri ta’ qsim bejn il-fruntieri fil-pajjiżi tagħhom.
Appendiċi 1 għall-Anness 8 tal-Konvenzjoni
ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TA’ SPEZZJONI TEKNIKA (1)
F’konformità mal-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni ta’ Kundizzjonijiet Uniformi għall-Ispezzjonijiet Perjodiċi Tekniċi ta’ Vetturi bir-Roti u r-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Spezzjonijiet ta’ dan it-tip (1997), li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Jannar 2001.
1. |
Iċ-Ċentri Akkreditati għall-Ispezzjonijiet Tekniċi huma responsabbli li jagħmlu testijiet ta’ spezzjoni, li jagħtu l-approvazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ spezzjoni tar-Regola/i rilevanti annessa/i mal-Ftehim ta’ Vjenna tal-1997, u li jispeċifikaw l-aktar data tard tal-ispezzjoni li jmiss li għandha tkun indikata fil-linja Nru 12.5 taċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika, li hawn taħt jidher mudell tiegħu. |
2. |
Iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika għandu jkun fih l-informazzjoni indikata hawn taħt. Jista’ jkun ktejjeb b’format A6 (148 × 105 mm), b'qoxra ħadra u bil-folji ta' ġewwa bojod, inkella karta ħadra jew bajda b’format A4 (210 × 197 mm) mitwiha għal format A6 b’tali mod li t-taqsima li fiha tidher il-marka distinta tal-Istat jew tan-Nazzjonijiet Uniti tkun il-wiċċ taċ-Ċertifikat mitwi. |
3. |
L-elementi taċ-ċertifikat u l-kontenut tagħhom għandhom jiġu stampati fl-ilsien nazzjonali tal-Parti Kontraenti li toħroġ iċ-ċertifikat, li għandha żżom l-istess numerazzjoni. |
4. |
Bħala alternattiva, jistgħu jintużaw ir-rapporti ta’ spezzjoni perjodiċi li jintużaw mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. Kampjun tagħhom għandu jintbagħat lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bħala informazzjoni għall-Partijiet Kontraenti. |
5. |
Annotazzjonijiet bil-miktub, stampati b’typewriter jew b’kompjuter dwar iċ-Ċertifikat Internazzjonali ta’ Spezzjoni Teknika jistgħu jsiru mill-awtoritajiet kompetenti biss u t-tipa tagħhom għandha tkun bl-alfabet Latin. |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
(1) Mill-1 ta’ Jannar 2004.
Appendiċi 2 għall-Anness 8 tal-Konvenzjoni
ĊERTIFIKAT INTERNAZZJONALI TAL-PIŻ TAL-VETTURA
1. |
L-għan taċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura (IVWC - International Vehicle Weight Certificate) huwa li jiffaċilita il-proċeduri għall-qsim bejn il-fruntieri u, b’mod partikolari, li jevita li l-proċeduri ta’ wżin tal-vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija fi triqthom lejn il-Partijiet Kontraenti ma jsirux aktar minn darba waħda. Iċ-ċertifikati mimlija kif xieraq u aċċettati mill-Partijiet Kontraenti għandhom jiġu aċċettati mill-Partijiet Kontraenti bħala ċertifikati li jindikaw il-kejl validu tal-piż. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jitolbu għal kejl addizzjonali tal-piż għajr għal spezzjonijiet fuq bażi każwali u kontrolli f’każ ta’ suspett ta’ irregolaritajiet. |
2. |
Iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura, li għandu jkun bħall-mudell li jidher f’dan l-Appendiċi, għandu jinħareġ u jiġi użat b'superviżjoni tal-awtorità governattiva maħtura f'kull Parti Kontraenti (li taċċetta dan it-tip ta' ċertifikati) konformement mal-proċedura deskritta fiċ-ċertifikat anness. |
3. |
L-użu taċ-ċertifikat mill-operaturi tat-trasport mhux obbligatorju. |
4. |
Meta jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati, il-Partijiet Kontraenti jkunu qed japprovaw li l-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi jimlew, flimkien mal-operatur/sewwieq tal-vettura tat-triq li ġġorr il-merkanzija, iċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura f'konformità ma' dawn ir-rekwiżiti minimi.
|
5. |
F’każijiet eċċezzjonali u, partikolarment meta jkun hemm suspett ta’ xi irregolarità, jew fuq talba tal-operatur/sewwieq tal-vettura kkonċernata, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiżnu l-vettura mill-ġdid. F’każ li xi stazzjon għall-użin joħroġ ħafna kejl żbaljat, li jiġi nnotat mill-awtoritajiet ta' kontroll tal-Parti Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta' ċertifikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-istazzjon għall-użin għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li dan ma jerġax iseħħ. |
6. |
Il-mudell taċ-ċertifikat jista’ jinħareġ fi kwalunkwe lingwa tal-Partijiet Kontraenti li jaċċettaw dan it-tip ta’ ċertifikati, sakemm jinżammu l-istess format u punti taċ-ċertifikat ta' hawn taħt. |
7. |
Kull Parti Kontraenti li taċċetta dan it-tip ta’ ċertifikati għandha tippubblika lista sħiħa tal-istazzjonijiet awtorizzati għall-użin tal-vetturi fil-pajjiż tagħha li jkunu awtorizzati f’konformità mal-prinċipji internazzjonali, kif ukoll ta’ kwalunkwe modifika tagħha. Din il-lista, flimkien ma’ kwalunkwe modifika tagħha għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE) biex titqassam lil kull Parti Kontraenti u lill-organizzazzjionijiet internazzjonali msemmija fl-Anness 7, Artikolu 2 ta’ din il-Konvenzjoni. |
8. |
(Dispożizzjoni tranżitorja) Peress li bħalissa ftit huma l-istazzjonijiet għall-użin li huma mgħammra bi strumenti tal-użin li jistgħu jagħtu kejl tal-piż fuq fus individwali jew fuq grupp ta’ fusien, il-Partijiet Kontraenti, meta jaċċettaw dan it-tip ta' ċertifikati jaqblu li, matul perjodu ta' tranżizzjoni, li jiskadi tnax-il xahar wara li dan l-Anness jidħol fis-seħħ, il-kejl tal-piż gross tal-vettura kif previst skond il-punt 7.3 fiċ-Ċertifikat Internazzjonali tal-Piż tal-Vettura għandu jkun biżżejjed u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jaċċettawh. |
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Nru |
Vetturi tat-triq li jġorru l-merkanzija |
It-Tip tal-Vettura * tfisser l-ewwel alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus ** tfisser it-tieni alternattiva ta’ konfigurazzjoni tal-fus |
Distanza bejn il-fusien (m) (1) |
|
I. VETTURI RIĠIDI |
||||
1 |
|
A2 |
D < 4.0 |
|
2 |
|
A2* |
D ≥ 4.0 |
|
3 |
|
A3 |
|
|
4 |
|
A4 |
|
|
5 |
|
A3* |
|
|
6 |
|
A4* |
|
|
7 |
|
A5 |
|
|
II. TAĦLITA TA' VETTURI |
||||
1 |
|
A2 T2 |
|
|
2 |
|
A2 T3 |
|
|
3 |
|
A3 T2 |
|
|
4 |
|
A3 T3 |
|
|
5 |
|
A3 T3* |
|
|
6 |
|
A2 C2 |
|
|
7 |
|
A2 C3 |
|
|
8 |
|
A3 C2 |
|
|
9 |
|
A3 C3 |
|
|
10 |
|
A2 C1 |
|
|
11 |
|
A3 C1 |
|
|
III. VETTURI ARTIKOLATI |
||||
1 |
bi 3 fusien |
|
A2 S1 |
|
2 |
b’4 fusien (singoli jew tandem) |
|
A2 S2 |
D ≤ 2.0 |
|
A2 S2* |
D > 2.0 |
||
|
A3 S1 |
|
||
3 |
b’5 jew 6 fusien (singoli, tandem, jew tripli) |
|
A2 S3 |
|
|
A2 S3* |
|
||
|
A2 S3** |
|
||
|
A3 S2 |
D ≤ 2.0 |
||
|
|
|
A3 S2* |
D > 2.0 |
|
|
|
A3 S3 |
|
|
|
|
A3 S3* |
|
|
A3 S3** |
|
||
Mingħajr disinn |
An Sn |
|
(1) Ma tingħata ebda speċifikazzjoni jekk ma tkunx rilevanti