This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0135
Council Joint Action 2009/135/CFSP of 16 February 2009 extending the mandate of the European Union Special Representative in Afghanistan
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/135/PESK tas- 16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/135/PESK tas- 16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
ĠU L 46, 17.2.2009, p. 61–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010; Imħassar b' 32009E0467
17.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/61 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/135/PESK
tas-16 ta' Frar 2009
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Ettore F. SEQUI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan sat-28 ta’ Frar 2009. |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar. |
(3) |
Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
Il-mandat tas-Sur Ettore F. SEQUI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.
Artikolu 2
Objettivi ġenerali
Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan. B’mod aktar partikolari, ir-RSUE għandu:
(a) |
jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u Riżoluzzjonijiet rilevanti oħra tan-NU; |
(b) |
jħeġġeġ kontributi pożittivi minn atturi reġjonali fl-Afganistan u minn pajjiżi ġirien għall-proċess ta’ paċi fl-Afganistan u b’hekk jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-istat Afgan; |
(ċ) |
jappoġġa r-rwol ċentrali tan-NU, b’mod partikolari tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali; u |
(d) |
jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun. |
Artikolu 3
Mandat
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:
(a) |
iwassal il-fehmiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-proċess politiku filwaqt li jirriferi għall-prinċipji ewlenin miftiehma bejn l-Afganistan u l-komunità internazzjonali, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan; |
(b) |
jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib ma’, u jappoġġa, l-istituzzjonijiet rappreżentattivi Afgani, b’mod partikolari lill-Gvern u lill-Parlament. Għandu jżomm ukoll kuntatt ma’ figuri politiċi Afgani oħrajn u ma’ atturi rilevanti oħrajn kemm fil-pajjiż kif ukoll barra mill-pajjiż; |
(ċ) |
iżomm kuntatt mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti, b’mod partikolari mar-rappreżentanti lokali tan-NU; |
(d) |
jibqa’ f’kuntatt mill-qrib ma’ pajjiżi interessati ġirien u ma’ pajjiżi interessati oħra fir-reġjun, sabiex fil-politika tal-Unjoni Ewropea jittieħed kont tal-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-iżvilupp tal-koperazzjoni bejn dawn il-pajjiżi u l-Afganistan; |
(e) |
jgħarraf dwar il-progress miksub fl-ilħuq tal-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:
|
(f) |
f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, jgħin sabiex jiġi żgurat li l-approċċ politiku tal-Unjoni Ewropea jkun rifless fl-azzjoni tagħha għall-iżvilupp tal-Afganistan; |
(g) |
konġuntement mal-Kummissjoni, jipparteċipa b’mod attiv fil-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni u Monitoraġġ stabbilit taħt il-Ftehim mal-Afganistan; |
(h) |
jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan. |
Artikolu 4
Implimentazzjoni tal-mandat
1. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.
2. Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.
Artikolu 5
Finanzjament
1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun EUR 2 830 000.
2. In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.
3. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun suġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull nefqa lill-Kummissjoni.
Artikolu 6
Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra
1. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-iskwadra tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, bl-assistenza tas-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. L-iskwadra għandu jkollha l-kompetenzi neċessarji dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika, kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jikkomunika lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u l-Kummssjoni dwar il-kompożizzjoni finali tal-iskwadra tiegħu.
2. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ personal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu ukoll jiġu impjegati fir-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.
3. Il-personal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.
Artikolu 7
Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu
Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu/tagħha għandhom ikunu miftiehma mal-parti/partijiet ospitanti, kif jeħtieġ il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għat-tali għan.
Artikolu 8
Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE
Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill (2) rigward is-sigurtà, b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.
Artikolu 9
Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku
1. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.
2. Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.
Artikolu 10
Sigurtà
F’konformità mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:
(a) |
jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment fis-sigurtà ta’ personal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni għall-missjoni; |
(b) |
jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni; |
(ċ) |
jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill; |
(d) |
jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħrajn ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-mandat. |
Artikolu 11
Għamla tar-rapporti
Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment bil-fomm u bil-kitba rapporti lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (KAĠRE).
Artikolu 12
Koordinazzjoni
1. Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Hu/hi għandu jgħin/għandha tgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti tal-UE kollha fil-qasam jintużaw b’koerenza sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.
2. Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn f’dan il-qasam.
Artikolu 13
Reviżjoni
L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 15
Pubblikazzjoni
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
O. LIŠKA
(1) ĠU L 197, 25.7.2008, p. 60.
(2) ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.