EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0020(01)
2008/990/EC: Decision of the European Central Bank of 11 December 2008 on the approval of the volume of coin issuance in 2009 (ECB/2008/20)
2008/990/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20)
2008/990/KE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 11 ta’ Diċembru 2008 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009 (BĊE/2008/20)
ĠU L 352, 31.12.2008, p. 58–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/07/2009
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 352/58 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-11 ta’ Diċembru 2008
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2009
(BĊE/2008/20)
(2008/990/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, partikolarment l-Artikolu 106(2),
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġa mill-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ’l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’). |
(2) |
Id-deroga favur is-Slovakkja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta' l-Adeżjoni ta’ l-2003 hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(3) |
Il-15-il Stat Membru parteċipanti ta’ bħalissa u s-Slovakkja ppreżentaw għall-approvazzjoni tal-BĊE l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009, flimkien ma’ noti ta’ spjega dwar il-metodoloġija ta’ tbassir, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu fl-2009
Il-BĊE japprova l-volum ta’ muniti euro biex jinħarġu mill-Istati Membri parteċipanti fl-2009 kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(miljuni f’EUR) |
|
|
Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta’ muniti ta’ kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2009 |
Il-Belġju |
105,4 |
Il-Ġermanja |
632,0 |
L-Irlanda |
65,5 |
Il-Greċja |
85,7 |
Spanja |
390,0 |
Franza |
252,5 |
L-Italja |
234,3 |
Ċipru |
22,5 |
Il-Lussemburgu |
42,0 |
Malta |
15,4 |
L-Olanda |
68,5 |
L-Awstrija |
216,0 |
Il-Portugall |
50,0 |
Is-Slovenja |
27,0 |
Is-Slovakkja |
131,0 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 11 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.