EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0985

2008/985/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta' Diċembru 2008 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' weraq ta' Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8108)

ĠU L 352, 31.12.2008, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/985/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 352/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Diċembru 2008

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' weraq ta' Morinda citrifolia bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8108)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/985/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Novembru 2004 Baker & McKenzie f'isem Morinda Inc. għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex tqiegħed il-weraq ta' Morinda citrifolia fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel.

(2)

Fit-30 ta’ Novembru 2005 l-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ ir-rapport inizjali tiegħu ta' valutazzjoni. F'dak ir-rapport wasal għall-konklużjoni li kien hemm l-obbligu ta' valutazzjoni addizzjonali.

(3)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport inizjali ta' valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fil-21 ta' Marzu 2006.

(4)

Uħud mill-Istati Membri qajmu mistoqsijiet addizzjonali dwar is-sigurtà tal-weraq ta' Morinda citrifolia.

(5)

Għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fl-14 ta' Novembru 2006.

(6)

Fl-10 ta' Lulju 2008, l-EFSA adottat l-“Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti tad-dieta, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sigurtà tal-weraq ta' Morinda citrifolia L.”.

(7)

Fl-opinjoni l-Bord wasal għall-konklużjoni li l-użu tal-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia għall-preparazzjonijiet ta' infużjonijiet fil-livelli antiċipati ta' ġrigħ huwa bla periklu.

(8)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia jikkonformaw mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nu 258/97.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia kif speċifikati fl-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-preparazzjonijiet ta' infużjonijiet.

Artikolu 2

L-isem tal-ingredjent ġdid tal-ikel awtorizzat b'din id-Deċiżjoni dwar l-ittikkettjar tal-oġġetti tal-ikel li jinsab fihom għandu jkun “weraq Noni” jew “weraq ta' Morinda citrifolia”.

Artikolu 3

Il-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia għandhom jintużaw esklussivament għall-preparazzjoni tal-infużjonijiet. Huma għandhom jiġu ppreżentati b'tali mod li tazza ta' infużjoni għal konsum ma titħejjiex b'aktar minn 1 g tal-weraq imnixxef jew inkaljat ta' Morinda citrifolia.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Morinda Inc., 333 West River Park Drive, Provo, Utah 84604, l-Istati Uniti tal-Amerika.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.


ANNESS

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-WERAQ IMNIXXEF JEW INKALJAT TA' MORINDA CITRIFOLIA

Id-Deskrizzjoni

Wara li jinqatgħu, il-weraq Morinda citrifolia huma soġġetti għal stadji ta' tnixxif jew inkaljar. Il-prodott għandu daqs tal-partiċelli li jvarja minn weraq maqsumin għal trab mhux ipproċessat u trab fin. Għandu lewn kannella jagħti fl-aħdar jew kannella.

Il-kompożizzjoni tal-weraq imnixxef jew inkaljat ta' M. citrifolia.

L-indewwa

< 5,2 %

Il-proteina

17 sa 20 %

Il-karboidrati

55 sa 65 %

L-irmied

10 sa 13 %

Ix-xaħam

4 – 9 %

L-aċidu ossaliku

< 0,14 %

L-aċidu tanniku

< 2,7 %

5,15-dimethylmorindol

inqas minn 47 mg/kg

Rubiadin

imperċepibbli

Lucidin

imperċepibbli


Top