Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1231

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1231/2008 tal- 11 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

    ĠU L 334, 12.12.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1231/oj

    12.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 334/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1231/2008

    tal-11 ta’ Diċembru 2008

    li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

    Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS Unika]) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 143 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq is-sistema komuni għall-kummerċ fl-ovalbumin u l-lactalbumin, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (2) stipula r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema tad-dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u stipula l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd.

    (2)

    Minn kontrolli regolari ta’ l-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skond l-oriġini. Jeħtieġ għalhekk li jiġu ppublikati prezzijiet rappreżentattivi.

    (3)

    Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-suq, jeħtieġ li din l-emenda tiġi applikata malajr kemm jista’ jkun.

    (4)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47.


    ANNESS

    għar-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2008 li jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95

    “ANNESS I

    Kodiċi NM

    Deżinjazzjoni tal-merkanzija

    Prezz rappreżentattiv

    (f'EUR/100 kg)

    Garanzija msemmija fl-Artikolu 3(3)

    (f'EUR/100 kg)

    Oriġini (1)

    0207 12 10

    Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati

    150,4

    0

    AR

    0207 12 90

    Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati

    155,8

    0

    BR

    145,9

    0

    AR

    0207 14 10

    Qatgħat dissussati ta’ sreidak jew ta' tiġieġ, iffriżati

    234,1

    20

    BR

    279,5

    6

    AR

    298,3

    1

    CL

    0207 14 50

    Sdieri tat-tiġieġ, iffriżati

    200,6

    3

    BR

    0207 14 60

    Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

    123,1

    6

    BR

    0207 25 10

    Karkassi tad-dundjani preżentazzjoni 80 %, iffriżati

    202,9

    0

    BR

    0207 27 10

    Qatgħat dissussati tad-dundjani, iffriżati

    307,8

    0

    BR

    327,4

    0

    CL

    0408 11 80

    Isfra tal-bajd

    452,7

    0

    AR

    0408 91 80

    Bajd imnixxef bla qoxra

    436,2

    0

    AR

    1602 32 11

    Preparazzjonijiet nejjin ta’ sriedak u tiġieġ

    220,4

    20

    BR

    3502 11 90

    Albumini mnixxfa tal-bajd

    604,0

    0

    AR


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi ‘ZZ’ jirrappreżenta ‘oriġini oħra’.”


    Top