This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1103
Regulation (EC) No 1103/2008 of the European Parliament and of the Council of 22 October 2008 adapting a number of instruments subject to the procedure laid down in Article 251 of the Treaty to Council Decision 1999/468/EC, with regard to the regulatory procedure with scrutiny — Adaptation to the regulatory procedure with scrutiny — Part Three
Regolament (KE) Nru 1103/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – It-Tielet Parti
Regolament (KE) Nru 1103/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2008 li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – It-Tielet Parti
ĠU L 304, 14.11.2008, p. 80–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
14.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 304/80 |
REGOLAMENT (KE) Nru 1103/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta' Ottubru 2008
li jadatta numru ta' strumenti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, fir-rigward tal-proċedura regolatorja bi skrutinju
Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju
It-Tielet Parti
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-punt (c) ta' l-Artikolu 61, il-punt 1(a) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 63 u l-Artikolu 67 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (4) ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE (5), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta' miżuri ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' strument bażiku adottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jitħassru uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi supplimentat b'elementi ġodda mhux essenzjali. |
(2) |
Konformement mad-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (6) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, sabiex din il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun tapplika għall-istrumenti li huma diġà fis-seħħ u li kienu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
(3) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda, li pparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' l-istrumenti emendati b'dan ir-Regolament, konformement ma' l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, qegħdin jipparteċipaw fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(4) |
Konformement ma' l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk m'hijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
F'dan ir-Regolament, “Stat Membru” tfisser l-Istati Membri kollha ħlief għad-Danimarka.
Artikolu 2
L-istrument elenkati fl-Anness huma b'dan adattati, konformement ma' dak l-Anness, għad-Deċiżjoni 1999/468/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE.
Artikolu 3
Ir-referenzi magħmula għad-dispożizzjonijiet ta' l-istrumenti elenkati fl-Anness għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dawk id-dispożizzjonijiet kif adattati minn dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, 22 ta' Ottubru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J.-P. JOUYET
(1) ĠU C 224, 30.8.2008, p. 35.
(2) ĠU C 117, 14.5.2008, p. 1.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2008
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(5) ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11.
(6) ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.
ANNESS
1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (1)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex taġġorna u tagħmel aġġustamenti tekniċi lill-formoli stabbiliti fl-Annessi ta' dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, huma għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1994/468/KE.
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. |
l-Artikolu 74(2) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “2. L-aġġornament jew l-aġġustamenti tekniċi għal-formoli, li kampjuni tagħhom jidhru fl-Annessi V u VI, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 75(2).”; |
2. |
l-Artikolu 75(2) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “Artikolu 75 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”. |
2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili u kummerċjali (2)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex taġġorna u tagħmel aġġustamenti tekniċi għall-formoli standard stabbiliti fl-Anness ta' dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1994/468/KE.
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1206/2001 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. |
l-Artikolu 19(2) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “2. L-aġġornament jew l-aġġustamenti tekniċi għall-formoli standard għandhom isiru mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 20(2).”; |
2. |
l-Artikolu 20(2) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “Artikolu 20 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”. |
3. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil depożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (3)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 343/2003, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' klawżola umanitarja u biex tadotta l-kriterji neċessarji biex twettaq trasferimenti. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 billi jissupplimentah b'elementi mhux essenzjali ġodda, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 343/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. |
l-Artikolu 15(5) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “5. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi, fejn ikun il-każ, mekkaniżmi ta' konċiljazzjoni għas-soluzzjoni ta' nuqqas ta' qbil bejn Stati Membri dwar il-ħtieġa li jgħaqqdu l-persuni kkonċernati, jew il-post fejn dan għandu jsir, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3).”; |
2. |
l-Artikolu 19(5) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “5. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli supplimentari dwar l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3).”; |
3. |
l-Artikolu 20(4) jiġi sostitwit minn dan li ġej: “4. Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli supplimentari dwar l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti. Dawk il-miżuri maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 27(3).”; |
4. |
l-Artikolu 27(3) għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej: “3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”. |
4. Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati (4)
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 805/2004, għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex temenda l-formoli standard stabbiliti fl-Annessi ta' dak ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju kif stipulat fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Għalhekk, l-Artikoli 31 u 32 tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“Artikolu 31
Emendi ta' l-Annessi
Il-Kummissjoni għandha temenda l-formoli standard fl-Annessi. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 32(2).
Artikolu 32
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”.