Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1025

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1025/2008 tas- 17 ta' Ottubru 2008 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Radicchio di Chioggia (IĠP)]

    ĠU L 277, 18.10.2008, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1025/oj

    18.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 277/30


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1025/2008

    tas-17 ta' Ottubru 2008

    li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Radicchio di Chioggia (IĠP)]

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba mressqa mill-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Radicchio di Chioggia” kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

    (2)

    Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għandha tkun irreġistrata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tkun irreġistrata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU C 41, 15.2.2008, p. 26.


    ANNESS

    Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

    Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat naturali jew ipproċessati

    L-ITALJA

    Radicchio di Chioggia (IĠP)


    Top