Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1018

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1018/2008 tas- 17 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l- 1 ta' Diċembru 2008 sad- 28 ta' Frar 2009

    ĠU L 277, 18.10.2008, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1018/oj

    18.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 277/5


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1018/2008

    tas-17 ta’ Ottubru 2008

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni tat-tewm fis-subperjodu ta’ l-1 ta' Diċembru 2008 sad-28 ta' Frar 2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2008, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, l'Arġentina u l-pajjiżi terzi kollha għajr għaċ-Ċina u l-Arġentina.

    (3)

    Għaldaqstant, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2007, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar mill-15 ta’ Ottubru 2008 jistgħu jkunu sodisfatti skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni “A” mressqa skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 matul l-ewwel ħamest ijiem ta' xogħol ta’ Ottubru 2008 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2008 għandhom ikunu sodisfatti b'rata perċentwali tal-kwantità li għaliha tkun saret l-applikazzjoni, kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.


    ANNESS

    Oriġini

    Nru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    L-Arġentina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4104

    55,244277  %

    Importaturi ġodda

    09.4099

    1,102834  %

    Iċ-Ċina

    Importaturi tradizzjonali

    09.4105

    19,875085  %

    Importaturi ġodda

    09.4100

    0,476907  %

    Pajjiżi terzi oħra

    Importaturi tradizzjonali

    09.4106

    100  %

    Importaturi ġodda

    09.4102

    11,295785  %


    Top