EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0125

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EULEX/1/2008 tas- 7 ta’ Frar 2008 Dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

ĠU L 42, 16.2.2008, p. 99–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/07/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/125(1)/oj

16.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 42/99


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EULEX/1/2008

tas-7 ta’ Frar 2008

Dwar il-ħatra tal-Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO

(2008/125/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK (1) ta’ l-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-4 ta’ Mejju 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PSC) qabel fil-prinċipju mal-proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżantant Għoli biex is-Sur Yves de Kermabon jinħatar Kap tal-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, u nnota li l-ħatra formali ssir wara l-adozzjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill li tistabbilixxi l-missjoni.

(2)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO.

(3)

Skond l-Artikolu 12(2) ta’ l-Azzjoni Konġunta ta’ l-4 ta’ Frar 2008, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EULEX KOSOVO, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap ta’ Missjoni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Yves de Kermabon hu b'dan maħtur Kap ta’ Missjoni tal-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika sakemm tiskadi l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Frar 2008.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Frar 2008

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)  Ara paġna 92 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali


Top