Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1464

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1464/2007 tat- 12 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Novembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

    ĠU L 327, 13.12.2007, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1464/oj

    13.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 327/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1464/2007

    tat-12 ta’ Diċembru 2007

    li jistabbilixxi sa fejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' l-importazzjoni introdotti f'Novembru 2007 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-qafas ta' ċerti kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/1999 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi r-regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta' importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestita b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni, (2) u b'mod partikulari l-artikolu 7(2) tiegħu.

    Billi:

    L-applikazzjonijiet li saru mill-20 sa l-30 ta' Novembru 2007 għal ċerti kwoti msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001 ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta' l-14 ta' Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta' l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), huma għal kwantitajiet akbar minn dawk disponibbli. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantitajiet li għalihom intalbu l-liċenzji ta' l-importazzjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kwota msemmija fil-partijiet I.A, I.D, I.E, I.F, I.H u I.I ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2535/2001, introdotti bejn l-20 u l-30 ta' Novembru 2007 huma modifikati skond il-koeffiċjent ta' allokazzjoni mniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Diċembru 2007.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

    (2)  ĠU L 238 ta' l-1.9.2006, p. 13. Regolament kif emendat l-aħħar bir-regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

    (3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 487/2007 (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 8).


    ANNESS I.A

    Numru tal-kwota

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    09.4590

    100  %

    09.4599

    100  %

    09.4591

    100  %

    09.4592

    09.4593

    09.4594

    100  %

    09.4595

    1,396665  %

    09.4596

    100  %


    ANNESS I.D

    Prodotti li joriġinaw mit-Turkija

    Numru tal-kwota

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    09.4101


    ANNESS I.E

    Prodotti li joriġinaw mill-Afrika t'Isfel

    Numru tal-kwota

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    09.4151


    ANNESS I.F

    Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

    Numru tal-kwota

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    09.4155


    ANNESS I.H

    Prodotti li joriġinaw mill-Ġordan

    Numru tal-kwota

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    09.4179

    100  %


    ANNESS I.I

    Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

    Numru tal-kwota

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    09.4205

    100  %

    09.4206

    100  %


    Top