This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1407
Commission Regulation (EC) No 1407/2007 of 29 November 2007 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Třeboňský kapr (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2007 tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti ( Třeboňský kapr (IĠP))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1407/2007 tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti ( Třeboňský kapr (IĠP))
ĠU L 312, 30.11.2007, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 312/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1407/2007
tad-29 ta’ Novembru 2007
li jintroduċi denominazzjoni fir-Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (Třeboňský kapr (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b'applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament imsemmi, it-talba li ressqet ir-Repubblika Ċeka għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Třeboňský kapr” ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba lill-Kummissjoni ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha tiġi rreġistrata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12. 2006, p. 1).
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum tal-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.7 |
– |
Ħut, molluski, krostaċji friski u prodotti magħmulin minnhom |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Třeboňský kapr (IĠP).