This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007E0734
Council Common Position 2007/734/CFSP of 13 November 2007 concerning restrictive measures against Uzbekistan
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/734/PESK tat- 13 ta’ Novembru 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/734/PESK tat- 13 ta’ Novembru 2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan
ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/11/2009: This act has been changed. Current consolidated version: 10/11/2008
14.11.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 295/34 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2007/734/PESK
tat-13 ta’ Novembru 2007
dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1) fi tweġiba għall-użu ta’ forza eċċessiva, sproporzjonata u indiskriminatorja mill-forzi tas-sigurtà Uzbeki waqt l-avvenimenti f’Andijan f’Mejju 2005. Ċerti miżuri ristrettivi ġew imġedda bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/787/PESK (2). Fl-14 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/338/PESK li ġġedded ċerti miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (3), li estendiet ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni ta’ xi individwi għal sitt xhur. |
(2) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill appella lill-awtoritajiet Uzbeki biex jagħmlu progress ulterjuri fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ħeġġeġ lill-Uzbekistan biex jimplimenta bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tiegħu rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll l-istat tad-dritt u, b’mod partikolari, biex jippermetti aċċess sħiħ mingħajr xkiel mill-korpi internazzjonali rilevanti għall-priġunieri; biex jimpenja ruħu b’mod effettiv mar-Relaturi Speċjali tan-NU għall-Uzbekistan; biex iħalli lill-NGOs kollha, inkluż lil Human Rights Watch, joperaw mingħajr restrizzjonijiet fl-Uzbekistan; biex jirrilaxxa lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mid-detenzjoni u jwaqqaf it-turment tagħhom; biex jimpenja ruħu b’mod pożittiv fil-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni UE-Uzbekistan li ġej u biex jissokta r-riformi tal-ġudikatura, ta’ l-infurzar tal-liġi u tal-liġi tal-pulizija. Il-progress lejn dawn il-miri ser jiġi evalwat abbażi ta’ rapport mill-Kapijiet ta’ Missjonijiet, li ser jinkludi valutazzjoni ta’ l-elezzjonijiet Presidenzjali li ġejjin. |
(3) |
Il-Kunsill jikkunsidra li jixraq li jiġu mġedda, għal perijodu ta’ 12-il xahar, l-embargo ta’ l-armi u r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni ta’ individwi li huma direttament responsabbli għall-użu ta’ forza indiskriminat u sproporzjonat f’Andijan u l-imblukkar ta’ inkjesta indipendenti. Bil-ħsieb li jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet Uzbeki jieħdu passi pożittivi biex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u b’kont meħud ta’ l-impenji ta’ l-awtoritajiet Uzbeki, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni mhux ser japplikaw għal perijodu ta’ sitt xhur. Qabel it-tmiem ta’ dan il-perijodu, il-Kunsill ser jerġa’ jara jekk l-awtoritajiet Uzbeki għamlux progress lejn il-ksib ta’ l-objettivi msemmijin fil-premessa (2). |
(4) |
Hi meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
1. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull tip, inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, lill-Uzbekistan minn ċittadini ta’ Stati Membri, jew li ġejjin minn territorji ta’ Stati Membri, jew li jużaw bastimenti jew ajruplani tal-bandiera tagħhom għandhom ikunu projbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom kif ukoll jekk le.
2. Il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni għall-Uzbekistan ta’ tagħmir, imniżżel fl-Anness I, li jista’ jintuża għal repressjoni interna, għandhom ikunu projbiti.
3. Għandu jkun ipprojbit:
(i) |
li jiġu mogħtija assistenza teknika, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ attivitajiet militari u mal-proviżjoni, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ armamenti u materjal relatat ta’ kull xorta, inkluż armi u munizzjon, vetturi militari u tagħmir, tagħmir paramilitari, u partijiet ta’ rikambju għal dawk imsemmija qabel, jew relatat ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Uzbekistan jew għall-użu fl-Uzbekistan. |
(ii) |
li jiġi fornit finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni tal-kreditu fuq l-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi jew materjal relatat, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra, jew relatati ma’ tagħmir li jista’ jiġi użat għal repressjoni interna, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, entità jew korp fi, jew għall-użu fl-Uzbekistan. |
Artikolu 2
1. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal:
(i) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi tan-NU, l-UE u l-Komunità għall-bini ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet ta’ l-UE u n-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; |
(ii) |
il-provvista, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni ta’ armi u tagħmir imsemmi fl-Artikolu 1 għall-forzi fl-Uzbekistan ta’ kontributuri għall-Forza ta’ Assistenza għas-Sigurtà Internazzjonali (ISAF) u l-“Operazzjoni Libertà Dewwiema” (OEF); |
(iii) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv; |
(iv) |
il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ vetturi mhux tal-ġlied li ġew immanifatturati jew mgħammra b’materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika, maħsubin biss għall-użu protettiv ta’ persunal ta’ l-UE u l-Istati Membri tagħha fl-Uzbekistan. |
(v) |
il-proviżjoni ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja jew assistenza teknika relatata ma’ tagħmir imsemmi f’(i), (ii) u (iii) u (iv), |
bil-kundizzjoni li tali esportazzjonijiet jew assistenza jkunu ġew approvati minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti.
2. L-Artikolu 1 m’għandux japplika għal ilbies protettiv, inkluż ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn l-Uzbekistan minn persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal ta’ l-UE, tal-Komunità jew ta’ l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u l-persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiġi evitat id-dħul fi, jew il-passaġġ mit-territorji tagħhom ta’ dawk l-individwi elenkati fl-Anness II, direttament responsabbli mill-forza indiskriminata u sproporzjonata f’Andijan u l-imblukkar ta’ inkjesta indipendenti.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 ikun bla preġudizzju għal każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’xi obbligu skond il-liġi internazzjonali, jiġifieri:
(i) |
bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali; |
(ii) |
bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali konvokata min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tagħha; jew |
(iii) |
taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew |
(iv) |
taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni ta’ l-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja. |
4. Il-paragrafu 3 għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).
5. Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.
6. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivjaġġar huwa ġġustifikat abbażi ta’ bżonn urġenti umanitarju, jew abbażi ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt fl-Uzbekistan.
7. Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija jekk wieħed jew iżjed mill-Membri tal-Kunsill ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika ta’ l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.
8. Fejn skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi jew passaġġ mit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni konċernati biha.
Artikolu 4
L-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkun sospiża fit-13 ta' Mejju 2008. Qabel dik id-data, il-Kunsill għandu jirrevedi s-sitwazzjoni fl-Uzbekistan u jivvaluta l-progress li jkun sar mill-awtoritajiet Uzbeki lejn l-iżgurar tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll għall-istat tad-dritt.
Artikolu 5
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika għal perijodu ta’ 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skond il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ġewx sodisfatti.
Artikolu 6
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 7
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72.
(2) ĠU L 318, 17.11.2006, p. 43.
(3) ĠU L 128, 16.5.2007, p. 50.
ANNESS I
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna
Tagħmir għal repressjoni interna previst fl-Artikolu 1(2)
1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
1.1. |
Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni ta’ l-UE; |
1.2. |
Munizzjon speċjali mfassal għall-armi tan-nar elenkati f’1.1 u komponenti mfasslin apposta għalihom; |
1.3. |
Weapon-sights mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE. |
2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE.
3. Vetturi kif ġej (1):
3.1. |
Vetturi mgħammra b’kanun ta’ l-ilma, imfasslin jew immodifikati apposta għall-fini tal-kontroll ta’ rvelli; |
3.2. |
Vetturi mfasslin jew immodifikati apposta biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lil dawk li jattakkawhom; |
3.3. |
Vetturi mfasslin jew immodifikati apposta biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika; |
3.4. |
Vetturi mfasslin apposta għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati; |
3.5. |
Vetturi mfasslin apposta biex jiġu skjerati barrieri mobbli (2); |
3.6. |
Komponenti għall-vetturi speċifikati fi 3.1 sa 3.5 mfasslin apposta għall-fini tal-kontroll ta’ rvelli. |
4. Sustanzi esplożivi u tagħmir relatat kif ġej:
4.1. |
Tagħmir u apparat mfasslin apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet ta’ l-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; dawk imfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplużivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa ta’ l-air-bags tal-karrozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa ta’ l-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar); |
4.2. |
Kargi esplożivi linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE; |
4.3. |
Esplożivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE u sustanzi relatati kif ġej:
|
5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni ta’ l-UE kif ġej (3):
5.1. |
Korazzi tal-persuna li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti; |
5.2. |
Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvelli, tarki għal kontra l-irvelli u tarki ballistiċi. |
6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni ta’ l-UE, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u software imfassal apposta għalihom.
7. Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi ta’ l-intensifikazzjoni ta’ l-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni ta’ l-UE.
8. Fildiferru ta’ l-ingiegeż li jaqta’.
9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajjunetti b’xafra itwal minn 10 ċm.
10. Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal apposta għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
11. Tekonoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ l-oġġetti speċifikati f’din il-lista.
(1) Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassal apposta għal finijiet ta’ tifi tan-nar.
(2) Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.
(3) Dan il-punt ma jikkontrollax:
— |
tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi; |
— |
tagħmir imfassal apposta għas-sigurtà ta’ ħtiġiet ta’ xogħol |
ANNESS II
Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din il-Pożizzjoni Komuni
1. |
Kunjom, Isem: Almatov, Zakirjan Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: ex-Ministru ta’ l-Intern Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1949 Post tat-twelid: Tashkent, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta’ l-Identità: Passaport nru DA 0002600 (Ppt diplomatiku) Nazzjonalità: Uzbeka |
2. |
Kunjom, Isem: Mullajonov, Tokhir Okhunovich Psewdonimu: Il-kunjom jista’ jinkiteb ukoll: Mullajanov Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: ex-Deputat Prim Ministru ta’ l-Intern Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data tat-twelid: 10 ta’ Ottubru 1950 Post tat-twelid: Ferghana, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta’ l-Identità: Passaport nru DA 0003586 (Ppt diplomatiku) jiskadi 05/11/2009 Nazzjonalità: Uzbeka |
3. |
Kunjom, Isem: Mirzaev, Ruslan Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Ministru tad-Difiża, ex-Konsulent ta’ l-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali |
4. |
Kunjom, Isem: Pavel Islamovich Ergashev Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Brigata Militari “Ċentrali” |
5. |
Kunjom, Isem: Mamo, Vladimir Adolfovich Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Ġeneral Maġġur, Deputat Kmandant, Brigata tal-Forzi Speċjali tal-Ministeru tad-Difiża |
6. |
Kunjom, Isem: Pak, Gregori Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Brigata ta’ Reazzjoni Rapida tal-Ministeru ta’ l-Intern (unità 7332) |
7. |
Kunjom, Isem: Tadzhiev, Valeri Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kurunell, Kmandant tal-Forzi Speċjali ta’ Stakkament Awtonomu tal-Ministeru ta’ l-Intern (unità 7351) |
8. |
Kunjom, Isem: Inoyatov, Rustam Raulovich Sess: Raġel Titolu, Funzjoni: Kap ta’ l-SNB (Servizz ta’ Sigurtà Nazzjonali), Indirizz: Tashkent, Uzbekistan Data tat-twelid: 22 ta’ Ġunju 1944 Post tat-twelid: Sherabad, Uzbekistan Numru tal-Passaport jew tal-Karta ta’ l-Identità: Passaport nru DA 0002600 (Ppt diplomatiku); ukoll il-passaport diplomatiku nru 0001892 (skada 15/09/2004) Nazzjonalità: Uzbeka |