Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32007D0625

    2007/625/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 27 ta' Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)

    ĠU L 253, 28.9.2007, S. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Rechtlicher Status des Dokuments Nicht mehr in Kraft, Datum des Endes der Gültigkeit: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/625/oj

    28.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 253/44


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-27 ta' Settembru 2007

    li temenda d-Deċiżjoni 2006/802/KE biex tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4458)

    (It-test Rumen biss huwa awtentiku)

    (2007/625/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(3) u r-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 20(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/802/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer salvaġġi u t-tilqim ta' emerġenza ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer fi stabbilimenti kontra din il-marda fir-Rumanija (2) ġiet adottata bħala waħda minn għadd ta' miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer.

    (2)

    L-awtoritajiet Rumeni għarrfu lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni tal-marda fir-Rumanija.

    (3)

    Minħabba l-qagħda epidemjoloġika fir-Rumanija huwa xieraq li tiġi mtawla l-applikazzjoni tal-pjanijiet approvati tal-qerda u dawk tat-tilqim ta' emerġenza.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/802/KE jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 8

    Applikabbilità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2007.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

    (2)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34, Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/522/KE (ĠU L 193, 25.7.2007, p. 23).


    nach oben