This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0327
2007/327/EC: Commission Decision of 27 April 2007 on the clearance of the accounts of the paying agencies of Member States concerning expenditure financed by the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF), Guarantee Section, for the 2006 financial year (notified under document number C(2007) 1901)
2007/327/KE: Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ April 2007 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1901)
2007/327/KE: Deċiżjoni Tal-Kummissjoni tas- 27 ta’ April 2007 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1901)
ĠU L 122, 11.5.2007, p. 51–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
11.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 122/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ April 2007
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1901)
(2007/327/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Fond,
Billi:
(1) |
Abbażi tal-kontijiet annwali sottomessi mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni. |
(2) |
Skond l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/96 tas-16 ta’ Frar 1996 dwar l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri u l-prenotament ta’ kull xahar tan-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF) (3), għandu jittieħed kont tas-sena finanzjarja 2006 ta’ l-infiq mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2005 u l-15 ta’ Ottubru 2006. |
(3) |
It-terminu mogħti lill-Istati Membri għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1663/95 tas-7 ta’ Lulju 1995 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 li jirrigwarda l-proċedura għall-verifikar tal-kontijiet tat-Taqsima tal-Garanziji ta’ l-EAGGF (4), skada. |
(4) |
Il-Kummissjoni ivverifikat it-tagħrif sottomess u kkomunikat lill-Istati Membri qabel il-31 ta’ Marzu 2007 ir-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien ma’ l-emendi meħtieġa. |
(5) |
Skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 tiddetermina, bla preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda sussegwentament skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament, l-ammont tan-nefqa effetwata f'kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja kkonċernata, rikonoxxuta bħala waħda li għandha titħallas mit-Taqsima tal-Garanziji ta’ l-EAGGF, abbażi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1258/99 u t-tnaqqis u s-sospensjonijiet fl-avvanzi għas-sena finanzjarja kkonċernata, flimkien mat-tnaqqis imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 296/96. Skond l-Artikolu 154 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit generali tal-Komunitajiet Ewropej (5), ir-riżultat tad-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni, jiġifieri kwalunkwe diskrepanza li jista' jkun hemm bejn in-nefqa totali rreġistrata fil-kontijiet tas-sena finanzjarja skond l-Artikolu 151(1) u l-Artikolu 152 ta’ dak ir-Regolament u n-nefqa totali kkunsidrata mill-Kummissjoni fid-deċizjoni ta’ l-approvazzjoni, għandu jiġi rreġistrat, taħt artikolu wieħed, bħala nefqa addizzjonali jew tnaqqis fin-nefqa. |
(6) |
Fid-dawl tal-verifiki magħmula, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, għal ċertu aġenziji tal-ħlas, dwar l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport fil-Qosor ippreżentat lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni. |
(7) |
Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ aktar inkjesti u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f'din id-Deċiżjoni. |
(8) |
L-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 296/96 jistipula li l-ħlasijiet li ma sarux skond il-prenotazzjoni għandhom jitnaqqsu min-nefqa mwettqa mill-Istati Membri wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti fih, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2040/2000 tas-26 ta’ Settembru 2000 dwar id-dixxiplina tal-baġit (6). Madankollu, skond l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 296/96, kwalunkwe skadenza ta’ termini matul Awissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għajr fejn tkun ġiet innotata qabel l-aħħar deċiżjoni tas-sena finanzjarja li jkollha x'taqsam ma’ l-avvanzi. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul il-perjodu msemmi aktar kmieni saret wara l-iskadenza tat-termini u għal ċerti miżuri l-Kummissjoni ma aċċettat l-ebda ċirkustanza ta’ skuża. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti. Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999, ser tittieħed deciżjoni aktar tard, li tiffissa definittivament in-nefqa li għaliha ma jingħatax finanzjament Komunitarju rigward dak it-tnaqqis u kwalunkwe nefqa oħra li jista' jinstab li setgħet saret wara l-iskadenza tat-termini stipulati. |
(9) |
Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 2040/2000 u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 296/96, diġà naqqset jew issospendiet numru ta’ ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet ta’ l-infiq għas-sena finanzjarja 2006. Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar kmieni, biex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew sempliċiment temporanja ta’ l-ammonti kkonċernati, m'għandhomx jiġu rikonoxxuti f'din id-Deċiżjoni, mingħajr preġudizzju għal verifiki ulterjuri skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999. |
(10) |
It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skond id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-avvanzi mħallsa matul is-sena finanzjarja kkonċernata i.e. 2006, min-nefqa rikonoxxuta għal dik is-sena skond l-ewwel subparagrafu. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu, jew jiżdiedu, ma’ l-avvanzi skond in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. |
(11) |
Skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ l-irregolaritajiet għandhom jiġu sofferti mill-Istat Membru kkonċernat u 50 % mill-baġit Komunitarju jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mill-ewwel deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) ta’ l-imsemmi Regolament jobbliga lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri ta’ l-irkupru meħuda b'rispons għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ l-obbligazzjoni li għandhom l-Istati Membri biex iħejju rapport ta’ l-ammonti li jridu jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward ta’ l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji tal-ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ l-EAGF u l-EAFR (7). L-Anness III ta’ l-imsemmi Regolament jipprovdi mudelli ta’ tabelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2007. Abbażi tat-tabelli kompluti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’, tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
(12) |
Skond l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista' tittieħed biss jekk l-infiq li sar diġà jew li aktarx ser jeċċedi l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jkun impossibbli minħabba falliment, irreġistrat u rikonoxxut skond il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mill-ewwel deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ l-irkupru għandu jaqa’ fuq il-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti m'għandhomx jiġu sofferti mill-Istati Membri kkonċernati u għalhekk għandhom jaqgħu fuq il-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi. |
(13) |
Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, din id-Deċiżjoni, ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentament mill-Kummissjoni li teskludi mill-iffinanzjar Komunitarju in-nefqa li mhix effettwata skond ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bla ebda preġudizzju għall-Artikolu 2, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji (EAGGF), Taqsima tal-Garanziji, għas-sena finanzjarja 2006 huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru skond din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness 1.
Artikolu 2
Għas-sena finanzjarja 2006, il-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ta’ l-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-EAGGF, Taqsima tal-Garanziji, stipulati fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ April 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).
(3) ĠU L 39, 17.2.1996, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1607/2005 (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 12).
(4) ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 465/2005 (ĠU L 77, 23.3.2005, p. 6).
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
(6) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 27.
(7) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90.
ANNESS I
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TA' ĦLAS
Is-sena finanzjarja 2006
L-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jitħallas lill-Istat Membru
MS |
|
2006 – In-nefqa għall-Aġenziji ta' Ħlas li għalihom il-kontijiet huma |
Total a + b |
It-tnaqqis u s-sospensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa |
It-tnaqqis skond l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005 |
It-total li jinkludi s-sospensjonijiet u t-tnaqqis |
Is-self antiċipat imħallas lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
L-ammont li jrid jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (*) |
|
approvati |
esklużi |
||||||||
= in-nefqa ddikjarata fid-dikjarazzjoni annwali |
= it-total tan-nefqa fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar |
||||||||
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e |
f = c + d + e |
g |
h = f – g |
AT |
EUR |
1 272 218 690,48 |
0,00 |
1 272 218 690,48 |
– 720 696,92 |
– 934 054,01 |
1 270 563 939,56 |
1 271 497 993,56 |
– 934 054,01 |
BE |
EUR |
943 472 441,56 |
0,00 |
943 472 441,56 |
–98 742,45 |
–6 414 268,02 |
936 959 431,09 |
943 682 307,83 |
–6 722 876,74 |
CY |
CYP |
13 627 679,88 |
0,00 |
13 627 679,88 |
–94 034,40 |
0,00 |
13 533 645,48 |
13 627 667,74 |
–94 022,26 |
CZ |
CZK |
9 180 125 085,10 |
0,00 |
9 180 125 085,10 |
– 988 549,22 |
0,00 |
9 179 136 535,88 |
9 179 215 406,94 |
–78 871,06 |
DE |
EUR |
6 012 234 211,79 |
531 119 845,88 |
6 543 354 057,67 |
–15 751,26 |
–22 008 515,16 |
6 521 329 791,25 |
6 543 392 477,21 |
–22 062 685,96 |
DK |
DKK |
8 677 766 491,83 |
0,00 |
8 677 766 491,83 |
–8 739 275,54 |
– 914 374,77 |
8 668 112 841,53 |
8 669 027 216,29 |
– 914 374,76 |
EE |
EEK |
515 003 672,26 |
0,00 |
515 003 672,26 |
0,00 |
0,00 |
515 003 672,26 |
515 003 672,26 |
0,00 |
EL |
EUR |
3 083 191 733,23 |
0,00 |
3 083 191 733,23 |
–13 300 023,18 |
–9 633 330,59 |
3 060 258 379,47 |
3 070 588 054,20 |
–10 329 674,73 |
ES |
EUR |
6 656 127 478,21 |
0,00 |
6 656 127 478,21 |
–3 456 465,10 |
–31 933 778,17 |
6 620 737 234,95 |
6 654 482 221,80 |
–33 744 986,86 |
FI |
EUR |
824 384 717,40 |
0,00 |
824 384 717,40 |
–7 324 545,62 |
–36 369,64 |
817 023 802,14 |
817 062 742,40 |
–38 940,26 |
FR |
EUR |
10 052 531 541,28 |
0,00 |
10 052 531 541,28 |
–1 022 072,06 |
–14 538 679,01 |
10 036 970 790,22 |
10 044 585 121,49 |
–7 614 331,27 |
HU |
HUF |
156 223 736 012,00 |
0,00 |
156 223 736 012,00 |
– 328 047 257,76 |
0,00 |
155 895 688 754,24 |
155 582 374 744,24 |
313 314 010,00 |
IE |
EUR |
1 723 895 609,19 |
0,00 |
1 723 895 609,19 |
– 742 710,48 |
–3 565 118,69 |
1 719 587 780,02 |
1 723 233 630,73 |
–3 645 850,71 |
IT |
EUR |
2 037 869 034,52 |
3 431 558 788,09 |
5 469 427 822,61 |
–8 480 189,12 |
–24 749 262,64 |
5 436 198 370,85 |
5 460 957 034,26 |
–24 758 663,41 |
LT |
LTL |
580 165 313,52 |
0,00 |
580 165 313,52 |
0,00 |
0,00 |
580 165 313,52 |
580 207 561,22 |
–42 247,70 |
LU |
EUR |
46 948 099,71 |
0,00 |
46 948 099,71 |
–1 121 758,30 |
–2 642,83 |
45 823 698,59 |
44 715 528,83 |
1 108 169,76 |
LV |
LVL |
28 790 647,32 |
0,00 |
28 790 647,32 |
0,00 |
0,00 |
28 790 647,32 |
28 790 647,32 |
0,00 |
MT |
MTL |
594 647,99 |
0,00 |
594 647,99 |
–14,88 |
0,00 |
594 633,11 |
597 022,13 |
–2 389,02 |
NL |
EUR |
1 216 585 474,61 |
0,00 |
1 216 585 474,61 |
–4 520 243,99 |
–6 314 761,59 |
1 205 750 469,03 |
1 209 644 112,63 |
–3 893 643,60 |
PL |
PLN |
3 875 928 681,11 |
0,00 |
3 875 928 681,11 |
0,00 |
0,00 |
3 875 928 681,11 |
3 874 808 252,95 |
1 120 428,16 |
PT |
EUR |
879 836 307,88 |
68 449 778,75 |
948 286 086,63 |
–79 408,17 |
–1 060 501,87 |
947 146 176,59 |
946 441 751,51 |
704 425,08 |
SE |
SEK |
8 573 330 655,24 |
0,00 |
8 573 330 655,24 |
–4 593 248,44 |
–1 145 188,47 |
8 567 592 218,34 |
8 568 737 406,80 |
–1 145 188,47 |
SI |
SIT |
9 618 462 851,76 |
0,00 |
9 618 462 851,76 |
0,00 |
0,00 |
9 618 462 851,76 |
9 618 464 857,04 |
–2 005,28 |
SK |
SKK |
0,00 |
5 605 953 347,87 |
5 605 953 347,87 |
0,00 |
0,00 |
5 605 953 347,87 |
5 605 953 347,87 |
0,00 |
UK |
GBP |
2 945 567 925,93 |
0,00 |
2 945 567 925,93 |
–6 937 613,08 |
–7 019 902,22 |
2 931 610 410,63 |
2 941 158 497,68 |
–9 548 087,05 |
(*) Ir-rata tal-kambju applikabbli: l-Artikolu 7 (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.
1) |
Biex jiġi kkalkolat l-ammont li jrid jiġi rkuprat minn jew jitħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa eskluża (kol.b). |
2) |
It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tas-self antiċipat, li magħha jiżdiedu partikolament il-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' rispett tad-dati ta' skadenza biex isiru l-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2006.
|
3) |
Nomenklatura 2007: 05070106, 05070108 |
ANNESS II
L-Istat Membru |
L-Aġenzija tal-Ħlas |
Ġermanja |
Baden-Württemberg Bayern Umwelt |
Italja |
AGEA ARBEA |
Portugall |
IFADAP |
Slovakkja |
APA |