Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 32007D0324
2007/324/EC: Council Decision of 7 May 2007 on the practical and procedural arrangements with a view to the nomination by the Council of the two members of the selection panel and the monitoring and advisory panel for the European Capital of Culture Community action
2007/324/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Mejju 2007 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali bil-ħsieb tan-nomina mill-Kunsill ta' żewġ membri tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għall-azzjoni Komunitarja Kapitali Ewropea tal-Kultura
2007/324/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta’ Mejju 2007 dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali bil-ħsieb tan-nomina mill-Kunsill ta' żewġ membri tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għall-azzjoni Komunitarja Kapitali Ewropea tal-Kultura
ĠU L 122, 11.5.2007, str. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
V veljavi
11.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 122/39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Mejju 2007
dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali bil-ħsieb tan-nomina mill-Kunsill ta' żewġ membri tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għall-azzjoni Komunitarja “Kapitali Ewropea tal-Kultura”
(2007/324/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sa l-2019 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 10 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikoli 6 u 10 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE jipprovdu li għandhom jiġu stabbiliti bord ta' l-għażla u bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni u li dawn il-bordijiet għandhom jinkludu seba' membri nominati mill-istituzzjonijiet Ewropej, li minnhom tnejn għandhom jiġu nominati mill-Kunsill. |
(2) |
Huwa xieraq għall-Kunsill li jiddeċiedi dwar l-arranġamenti prattiċi u proċedurali għan-nomina taż-żewġ membri tal-Kunsill fuq dawn il-bordijiet. |
(3) |
Hawn l-arranġamenti għandhom ikunu ġusti, mhux diskriminatorji u trasparenti, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar in-nomina ta' żewġ membri għall-bord ta' l-għażla u għall-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni skond l-arranġamenti prattiċi u proċedurali stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
1. Għandu jiġi organizzat tlugħ bix-xorti fost l-Istati Membri kollha. Il-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri fit-tlugħ bix-xorti għandha tkun volontarja. Madankollu, biex ir-riskju ta' kunflitt ta' interess ikun minimizzat, l-Istati Membri li jkunu qed jospitaw Kapitali Ewropea tal-Kultura li tkun ser tiġi magħżula jew immonitorjata matul it-terminu ta' ħidma tal-membri tal-bord għandhom ikunu esklużi mit-tlugħ bix-xorti. Lista ta' l-Istati Membri konċernati, ibbażata fuq l-ordni tad-dritt għan-nomina għal Kapitali Ewropea tal-Kultura skond l-Anness għad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE, qed tiġi stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. Barra minn dan, biex tkun żgurata l-aktar distribuzzjoni ġeografika wiesgħa possibbli ta' Stati Membri li jirrakkomandaw esperti, l-Istati Membri li jirrakkomandaw esperti għall-perijodu preċedenti, għandhom jiġu esklużi mit-tlugħ bix-xorti.
2. L-ewwel żewġ Stati Membri li jitilgħu għandhom jintgħażlu. Kull wieħed miż-żewġ Stati Membri għandu jirrakkomanda n-nomina ta' espert indipendenti b'esperjenza u kompetenza sostanzjali fis-settur kulturali, fl-iżvilupp kulturali ta' l-ibliet jew fl-organizzazzjoni ta' Kapitali Ewropea tal-Kultura.
3. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet taż-żewġ Stati Membri magħżula u wara skrutinju debitu tal-kandidati rakkomandati, il-Kunsill għandu jinnomina ż-żewġ esperti li għandhom jifformaw parti mill-bord ta' l-għażla u l-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni għal perijodu ta' tliet snin.
4. Fil-każ ta' mewt jew ta' riżenja ta' espert tal-bord, l-Istat Membru li jkun irrakkomanda lill-espert għandu jirrakkomanda sostitut għall-bqija tat-terminu. Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 għandha tapplika.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.
ANNESS
Laqgħat previsti tal-bord ta' l-għażla u tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni
|
Laqgħat tal-bord ta' l-għażla (1) |
Laqgħat tal-bord ta' monitoraġġ u ta' konsultazzjoni (2) |
BORD 2007-2009 |
Finlandja (2011) Estonja (2011) (3) Franza (2013) Slovakkja (2013) Portugall (2012) Slovenja (2012) Żvezja (2014) Latvja (2014) Belġju (2015) Repubblika Ċeka (2015) |
Ġermanja (2010) Ungerija (2010) Finlandja (2011) Estonja (2011) Portugall (2012) Slovenja (2012) |
BORD 2010-2012 |
Belġju (2015) Repubblika Ċeka (2015) Spanja (2016) Polonja (2016) Danimarka (2017) Ċipru (2017) Olanda (2018) Malta (2018) |
Finlandja (2011) Estonja (2011) Portugall (2012) Slovenja (2012) Franza (2013) Slovakkja (2013) Żvezja (2014) Latvja (2014) Belġju (2015) Repubblika Ċeka (2015) |
BORD 2013-2015 |
Italja (2019) Bulgarija (2019) (4) |
Żvezja (2014) Latvja (2014) Belġju (2015) Repubblika Ċeka (2015) Spanja (2016) Polonja (2016) Danimarka (2017) Ċipru (2017) Olanda (2018) Malta (2018) |
(1) Żewġ laqgħat ta' l-għażla għal kull pajjiż: il-pre-selezzjoni mhux aktar tard minn 5 snin qabel l-avveniment, is-selezzjoni finali 9 xhur wara.
(2) Żewġ laqgħat ta' monitoraġġ għal kull pajjiż: mhux aktar tard minn sentejn qabel l-avveniment, mhux aktar tard minn 8 xhur qabel l-avveniment.
(3) L-esperti tal-Kunsill għall-għażla tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura għall-2011 kienu maħtura mill-Kunsill fit-13 ta' Novembru 2006 skond id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE.
(4) L-ordni tad-dritt wara l-2019 mhux magħruf.