This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0128
Commission Regulation (EC) No 128/2005 of 27 January 2005 imposing a provisional anti-dumping duty on imports of hand pallet trucks and their essential parts originating in the People's Republic of China
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 128/2005 tas- 27 ta' Jannar 2005 li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 128/2005 tas- 27 ta' Jannar 2005 li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
ĠU L 25, 28.1.2005, p. 16–36
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 103–123
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 28/07/2005
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
103 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 128/2005
tas-27 ta' Jannar 2005
li jimponi dazju proviżorju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxil-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 fuq il-protezzjoni kontra importazzjonijiet bi prezz irħas minn tas-suq li jkunu ġejjin minn pajjjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u l-aktar l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
(1) |
Fid-29 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ħabbret, b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2), il-bidu għall-proċeduri ta’ anti-dumping dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn kif ukoll dwar il-partijiet essenzjali ta’ dan li jkunu ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”). |
(2) |
Il-proċedura kienet bdiet minħabba lment li sar f’Marzu 2004 minn erba’ produtturi tal-Komunità li jirrappreżentaw sehem kbir, f’dan il-każ aktar minn 60 %, tal-produzzjoni kollha tal-Komunità ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tiegħu, i.e. ix-xàsi u l-idrawliċi (“l-applikanti”). L-ilment juri li kien sar bejgħ taħt il-prezz tas-suq tal-prodott imsemmi u hemm xhieda tad-dannu materjali li dan ġab miegħu, li ġie meqjus biżżejjed biex jiġġustifika l-bidu tal-proċedura. |
(3) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment tat parir lill-produtturi applikanti tal-Komunità, lill-produtturi l-oħrajn tal-Komunità, lill-produtturi esportaturi, importaturi u utenti magħrufa li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina (PRC) dwar il-bidu tal-proċedura. Minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi magħrufa fil-PRC, fl-avviż tal-bidu kien ikkontemplat it-teħid ta’ kampjuni biex ikun stabbilit il-livell ta’ dan id-dumping, skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Madankollu, erba’ produtturi Ċiniżi biss ikkooperaw ma’ l-istħarriġ u, għalhekk, kien deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu għal smigħ fit-terminu ta’ żmien stabbilit fl-avviż tal-bidu. |
(4) |
Numru ta’ produtturi esportaturi fil-PRC, produtturi tal-Komunità, importaturi, utenti, kif ukoll għaqda ta’ importaturi taw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. Il-partijiet kollha li talbu hekk fit-terminu taż-żmien indikat fuq, u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, fil-fatt ingħataw smigħ xieraq. |
(5) |
Il-Kummissjoni fittxet li tikseb l-informazzjoni, billi bagħtet kif xieraq kwistjonarji u formoli tal-klejm ta’ trattament individwali u ta’ l-ekonomija tas-suq lill-partijiet magħrufa kollha. It-tagħrif li rċeviet kien ivverifikat sa fejn kien possibbli u sa fejn kien meqjus xieraq biex ikun stabbilit b’mod preliminari dan id-dumping, id-dannu li dan ġab miegħu kif ukoll l-interessi tal-Komunità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rċeviet kwistjonarji mwieġba kompletament, u l-formoli tal-klejm fejn kien jgħodd, mill-kumpaniji li ġejjin:
|
(6) |
Twettqu wkoll żjajjar ta’ verifika fis-siti tal-produtturi esportaturi kollha tal-PRC u tal-Komunità li kkooperaw. |
(7) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jitwaqqaf valur normali għall-produtturi esportaturi fil-PRC li lilhom ma kienx ingħata t-Trattament ta’ l-Ekonomija tas-Suq (MET), kienet saret verifika fis-siti tal-produttur li ġej li jinsab fil-Kanada, liema pajjiż intuża bħala pajjiż analogu:
|
(8) |
L-istħarriġ dwar il-bejgħ taħt il-prezz u d-dannu relattiv koprew il-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“PS”). L-istħarriġ tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2000 sat-tmiem tal-perjodu ta’ l-istħarriġ (“il-perjodu kkunsidrat”). |
B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT LI JIXXIEBAH
1. Ġenerali
(9) |
Il-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn jintuża għall-immaniġġjar ta’ oġġetti u materjal li s-soltu jitpoġġew fuq pallets. Dan ma jaħdimx bil-magni, i.e. dan ikun imbutatt u miġbud bl-idejn. Dan il-makkinarju huwa magħmul minn erba’ partijiet ewlenin: ix-xàsi (magħmul mill-azzar), l-idrawliċi, il-pum, u r-roti. Il-partijiet essenzjali huma x-xàsi, li fuqu titpoġġa l-pallet, u l-idrawliċi li jippermettu li tintrefa’ it-tagħbija. |
2. Il-prodott ikkonċernat
(10) |
Il-prodott huwa l-makkinarju għall-ġarr ta’ pallets, li ma jaħdimx waħdu, u li jintuża għall-immaniġġjar ta’ materjali li s-soltu jitpoġġew fuq pallets, u l-partijiet essenjzali tiegħu, i.e. ix-xàsi u l-idrawliċi, li ġejjin mill-PRC (’il-prodott ikkonċernat’); is-soltu dawn ikunu ddikjarati taħt il-kodiċi tan-NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00. Hemm tipi differenti ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom; dan jiddependi l-aktar fuq kemm dan ikun kapaċi jgħabbi, it-tul tal-furkettuni, it-tip ta’ azzar użat għax-xàsi, it-tip ta’ idrawliċi, it-tip ta’ roti u l-eżistenza tal-brejk. Madankollu, it-tipi differenti kollha għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi. Għalhekk, għall-għan ta’ dan l-istħarriġ it-tipi kollha li jeżistu qed jitqiesu bħala prodott wieħed. |
(11) |
Matul l-istħarriġ, uħud mill-partijiet interessati ppreżentaw il-kummenti tagħhom dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawn il-partijiet qalu li x-xàsi u l-idrawliċi m’għandhomx ikunu inklużi fl-iskop tal-prodott ikkonċernat, għaliex a) is-swieq tax-xàsi u ta’ l-idrawliċi huma differenti minn dak tal-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn; b) il-kumpaniji li jipproduċu l-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u x-xàsi u/jew l-idrawliċi huma differenti, l-aktar, għaliex il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jesportawx xàsi u idrawliċi lejn il-Komunità u c) kemm ix-xàsi u l-idrawliċi jintużaw ukoll għall-prodotti oħra u mhux biss għall-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn. |
(12) |
Dwar l-argument li hemm swieq differenti għax-xàsi u l-idrawliċi, ġie nnutat li l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda evidenza li turi l-eżistenza ta’ swieq separati għal dawn il-partijiet għall-utenti. Anzi, il-kummenti tal-partijiet kollha juru li l-produtturi ta’ dan il-makkinarju jipproduċu wkoll il-partijiet essenzjali u, f’ċerti każijiet, iqassmu dawn bħala partijiet li jinbidlu għall-makkinarju tagħhom stess. Huwa diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli, li wieħed jiffittja kwalunkwe xàsi jew idrawliċi ta’ produttur wieħed f’makkinarju bħal dan ta’ produttur ieħor. Normalment, il-produtturi jistgħu jipprovdu l-partijiet essenzjali lill-konsumaturi li jixtru l-prodotti tagħhom. |
(13) |
Dwar it-tieni argument li jikkonċerna l-produtturi għax-xàsi u l-idrawliċi, ġie nnutat li t-tagħrif verifikat li l-Kummissjoni rċeviet mill-produtturi esportaturi juri li l-produtturi esportaturi kollha suġġetti għall-istħarriġ preżenti jipproduċu huma stess ix-xàsi, waqt li ħafna minnhom jipproduċu wkoll l-idrawliċi. Għalkemm jista’ jkun hemm produtturi indipendenti ta’ dawn il-partijiet, il-produzzjoni tagħhom hija magħmula apposta għall-produtturi tal-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn, u din hija r-raġuni għaliex dawn il-partijiet rari jinbiegħu fis-suq miftuħ. Aktar minn hekk, l-istħarriġ wera li dawn il-partijiet kienu ġew esportati lejn il-Komunità minn uħud mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għalhekk, ix-xhieda miktuba turi li t-tieni argument ukoll għandu jkun rifjutat. |
(14) |
Dwar it-tielet argument li x-xàsi u l-idrawliċi jintużaw ukoll fi prodotti oħra, ġie nnutat li l-prodotti mogħtija bħala eżempji mill-partijiet interessati huma żgur differenti mill-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn, mhux biss fil-karatteristiċi fiżiċi tagħhom imma wkoll fl-użu tagħhom. Anke jekk dawn il-prodotti għandhom ukoll sistemi idrawliċi u xàsi ta’ l-azzar, dawn huma ta’ qies, għamla u saħħa differenti minn dawk użati fil-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn, u għalhekk ma jaqgħux taħt il-prodott ikkonċernat kif iddefinit fuq. Għalhekk, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli u kif ġie stabbilit fuq, ma jidhirx li l-idrawliċi u/jew ix-xàsi tal-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn jistgħu jiġu integrati fi prodotti oħra. |
(15) |
Għalhekk, il-kummenti tal-partijiet interessati kienu mistħarrġa, iżda dawn ma ġġustifikawx li għandha tinbidel il-konklużjoni proviżorja fuq il-prodott ikkonċernat kif stabbilit fil-punt (10) fuq. |
3. Il-prodott li jixxiebah
(16) |
Ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u l-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom maħduma u li jinbiegħu fis-suq domestiku tal-Kanada, il-pajjiż analogu. Fil-fatt, dan il-makkinarju u l-partijiet essenzjali tiegħu għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi u użi bħal dawk li ġew esportati lejn il-Komunità. |
(17) |
Bl-istess mod, ma nstabu l-ebda differenzi bejn il-prodott ikkonċernat u l-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essensjali tagħhom maħduma mill-kwerelanti u li nbiegħu fis-suq tal-Komunità. It-tnejn għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u użi. |
(18) |
Għalhekk, il-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li nbiegħu fis-suq domestiku tal-Kanada, kif ukoll l-istess tip ta’ makkinarju u l-partijiet essenzjali tiegħu maħduma u li nbiegħu fil-Komunità jitqiesu l-istess għall-prodott ikkonċernat fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
C. IL-BEJGĦ TAĦT IS-SUQ
1. It-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (“MET”)
(19) |
Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, fl-istħarriġ ta’ l-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet li kienu ġejjin mill-PRC, għal dawk il-produtturi li nstabu li kienu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għandu jkun stabbilit skond il-paragrafi 1 sa 6 ta’ l-imsemmi Artikolu, i.e. fejn kien hemm evidenza li l-kundizzjonijiet ta’ l-ekonomija tas-suq ikunu jgħoddu fejn għandha x’taqsam il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott li jixxiebah. Fil-qosor, u għal referenza ħafifa biss, taqsira ta’ dawn il-kriterji qed titniżżel hawn taħt:
|
(20) |
Erba’ produtturi Ċiniżi talbu li jkollhom il-MET skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku u fit-terminu taż-żmien stabbilit irnexxielhom iwieġbu għall-formola tal-klejm tal-MET maħsuba għall-produtturi esportaturi. |
(21) |
Il-Kummissjoni ssuktat it-tagħrif kollu meħtieġ u vverifikat it-tagħrif kollu li ġie sottomess fl-applikazzjonijiet tal-MET fil-bini tal-kumpaniji in kwistjoni. |
(22) |
Għall-erba’ kumpaniji kollha ġie stabbilit li, b’mod ġenerali, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż saru mingħajr indħil żejjed mill-Istat, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(7)(c), u li l-ispejjeż u l-prezzijiet kienu jirriflettu l-valuri tas-suq. L-ispejjeż tal-produzzjoni u s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom ma kinux suġġetti għal tagħwiġ sostanzjali li kien ġej mis-sistema preċedenti ta’ ekonomija mhux tas-suq, kien hemm fis-seħħ il-liġijiet tal-falliment u l-proprjetà li jiggarantixxu ċ-ċertezza u l-istabbiltà legali, waqt li l-konverżjonijiet fir-rata tal-kambju saru skond ir-rata tas-suq. Madankollu, l-ebda waħda mill-erba’ kumpaniji ma laħqu il-kriterju 2, dwar l-eżistenza ta’ kontijiet verifikati b’mod indipendenti skond l-istandards internazzjonali ta’ kontabbiltà (“IAS”). Instab li dawn il-kumpaniji kienu kisru wieħed jew aktar mill-istandards li ġejjin: IAS 1, IAS 2, IAS 8, IAS 16, IAS 21, IAS 32 u IAS 36. Għalhekk, kien konkluż li ħadd minn dawn l-erba’ kumpaniji ma kienu laħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku:
|
(23) |
Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-industrija tal-Komunità ngħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom fuq dawn ir-riżultati. |
(24) |
L-erba’ produtturi esportaturi kollha argumentaw li d-determinazzjoni kienet ħażina u dawn għandhom jingħataw il-MET. |
(25) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta li l-għan aħħari ta’ l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku huwa li jkun stabbilit jekk il-kumpaniji jwieġbux għas-sinjali tas-suq mingħajr ma jkun hemm indħil mill-Istat. Il-ħames kriterji taħt l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, l-aktar il-kriterju 2 dwar l-istandards tal-kontabbiltà, għandhom għalhekk dejjem jiġu interpretati fid-dawl ta’ dan l-għan aħħari. Minħabba li ma kien ġie stabbilit l-ebda indħil mill-Istat, il-kumpanija għandha tingħata il-MET. |
(26) |
Ġie nnutat li l-ħames kriterji mniżżla taħt l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma indipendenti minn xulxin u kull wieħed minnhom jeħtieġ jintlaħaq biex jingħata l-MET. L-indħil mill-Istat fil-fatt la jissemma bħala kriterju indipendenti u lanqas bħala wieħed li jista’ jgħaddi kriterji oħra. Fil-fatt, jekk in-nuqqas ta’ indħil mill-Istat ikun biżżejjed biex jingħata l-MET, il-kriterji l-oħra ma jkunux meħtieġa. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ infurzar li jidher ta’ l-IAS kif ukoll ir-regoli tal-kontabbiltà li jgħoddu fil-PRC jistgħu jitqiesu wkoll bħala forma ta’ indħil mill-Istat fl-operat normali ta’ ekonomija tas-suq. |
(27) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi saħaq li l-Kummissjoni ma kinitx ħadet id-deċiżjoni tagħha fuq il-MET fil-perjodu ta’ tliet xhur stabbilit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Dan il-produttur esportatur allega wkoll li l-Kummissjoni kienet diġà rċeviet u vverifikat it-tweġibiet tal-kwistjionarju tagħha dwar id-dumping qabel ma ddeċidiet fuq il-merti ta’ l-ilment tal-MET, u dan jitfa’ dubji serji dwar il-motivazzjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-ilment tal-MET. |
(28) |
Dwar l-argument li jikkonċerna għeluq iż-żmien ta’ tliet xhur, ġie nnutat li fil-fażi tal-bidu tal-każ preżenti, kien previst l-użu tad-dispożizzjonijiet dwar it-teħid ta’ kampjuni minħabba n-numru kbir ta’ produtturi esportaturi li kienu involuti. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn ħafna mill-produtturi esportaturi, kien ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ u li l-produtturi esportaturi li kkooperaw biss kienu se jiġu investigati kemm dwar il-MET kif ukoll dwar il-bejgħ taħt il-prezz. Din il-proċedura dewmet l-isħarriġ, u wara kien ġie deċiż li għal raġunijiet prattiċi kellhom isiru fl-istess żmien verifiki fuq il-post kemm dwar l-ilmenti tal-MET kif ukoll dwar il-kwistjonarji ta’ l-anti-dumping. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward ġie nnutat li l-fatt li ma kienx rispettat, dan għeluq iż-żmien ma wassalx għal konsegwenzi legali u li dan l-esportatur li ssemma fuq ma għamel referenza għall-ebda impatt negattiv minħabba l-perjodu itwal li kien meħtieġ għad-determinazzjoni tal-MET. Aktar minn hekk, l-ilmenti kollha tal-MET li l-Kummissjoni rċeviet kienu nieqsa u kienu jeħtieġu numru ta’ kjarifikazzjonijiet sostanzjali u tagħrif addizzjonali li t-tnejn dewmu l-istħarriġ. Fil-fatt, tliet esportaturi, inkluż l-esportatur li ġab l-argument li qiegħda ssir diskussjoni dwaru hawnhekk, issottometta aktar kummenti wara t-tkomplija tal-valutazzjoni tal-MET. Minħabba dan t’hawn fuq, kien konkluż li f’dan il-każ determinazzjoni valida tal-MET setgħet issir jew tiġi adottata wkoll wara l-perjodu ta’ tliet xhur. |
(29) |
Dwar l-argument li jikkonċerna l-verifika tat-tweġibiet tal-kwistjonarju, ġie nnutat li r-Regolament bażiku ma jistipulax li l-istħarriġ tad-dumping għandu jibda biss wara li jkun ġie determinat il-MET. Fil-fatt, l-Artikoli 5(10) u 6(2) tar-Regolament bażiku jeħtieġu li t-tagħrif relevanti kollu, inklużi t-tweġibiet tal-kwistjonarju dwar id-dumping, għandhom jiġu sottomessi fi żmien 40 jum mill-inizjazzjoni jew 37 jum mill-għażla ta’ kwalunkwe kampjun, jekk jittieħed kampjun. Fil-każijiet kollha, dan għandu jseħħ qabel ma jkun ġie stabbilit il-MET. Il-Kummissjoni tistħarreġ l-ilmenti kollha tal-MET fuq il-meriti tagħhom stess u fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. L-istħarriġ tad-dumping isir f’linja parallela ma’ l-ilmenti tal-MET. |
(30) |
Tliet produtturi esportaturi argumentaw li minħabba li l-kontijiet tagħhom kienu ġew verifikati minn kumpanija indipendenti ta’ kontabbiltà u kienu skond il-GAAP taċ-Ċina, il-kriterju 2 għandu jintlaħaq. Dawn argumentaw ukoll li l-prattika tagħhom li ma jibdlux il-kambju barrani tagħhom f’renminbi fuq bażi ta’ kuljum kien skond il-kriterji ta’ l-IAS 21. Dawn argumentaw li minħabba li l-renminbi Ċiniż huwa fil-livell tad-dollaru Amerikan ma kien se jkun hemm l-ebda differenza dwar jekk il-konverżjonijiet ikunux saru fuq bażi ta’ kull sena jew ta’ kuljum. Aktar minn hekk, żewġ produtturi esportaturi argumentaw li jekk ir-rati tal-kambju ma jiċċaqalqux sostanzjalment l-IAS 21 kien jippermetti li jkun hemm devjazzjonijiet mir-regola normali. |
(31) |
Ġie nnutat li skond il-kriterji ta’ l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għandha tistħarreġ jekk il-kontijiet tal-kumpaniji jkunux ġew verifikati skond l-IAS. Il-konformità jew in-nuqqas ta’ din ma’ l-istandards Ċiniżi mhumiex deċiżivi fil-kuntest ta’ valutazzjoni individwali dwar l-MET. Madankollu, ġie nnutat li dwar tnejn mill-erba’ kumpaniji li ġew mistħarrġa, in-noti ta’ l-awdituri fir-rapporti annwali tagħhom urew li l-kontijiet ma kinux imħejjija skond l-istandards tal-kontabbiltà taċ-Ċina. |
(32) |
Dwar il-paragun mad-dollaru Amerikan, żewġ punti huma relevanti: l-ewwel, anke jekk il-maġġoranza tat-transazzjonjijiet tal-kumpaniji investigati saru f’dollari Amerikani, il-kumpaniji li naqsu milli jilħqu l-IAS 21 kienu għamlu wkoll transazzjonijiet f’muniti oħrajn, u f’dawn il-każijiet iċ-ċaqliq seta’ kien wieħed imdaqqas. Aktar minn hekk, ġie nnutat li l-kumpaniji kkonċernati kienu għamlu bejgħ sostanzjali fl-esportazzjonijiet tagħhom lejn swieq għajr dak tal-Komunità, u minħabba li l-istħarriġ jikkonċerna biss is-suq tal-Komunità, dawn it-transazzjonijiet ma ġewx ivverifikati. It-tieni, mhuwiex relevanti jekk, meta tħares lura lejn ċertu perjodu, wieħed jinnutax retrospettivament li kien hemm xi ċaqliq żgħir. Dan ma jistax ikun magħruf fil-bidu ta’ l-istess perjodu, sena jew anke aktar, meta l-kumpaniji kkonċernati kienu ffissaw ir-rati tal-kambju biex jintużaw għar-reġistrazzjoni tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni fil-kontijiet tagħhom. Minħabba li jista’ jkun hemm movimenti li ma kinux ġew previsti u li jista’ għandhom impatt kbir fuq l-ipprezzar u d-dħul tal-kumpaniji, rata tal-kambju ffissata bil-quddiem ma tistax tkun skond il-prattika tal-kumpaniji li jaħdmu taħt kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. |
(33) |
Dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-IAS 21, ġie nnutat li l-IAS 21 jikkontempla dan li ġej: “Transazzjoni f’munita barranija għandha tiġi rreġistrata, billi l-ewwel tingħaraf fil-munita tar-rappurtaġġ, billi għall-ammont tal-munita barranija tiġi applikata r-rata tal-kambju bejn il-munita tar-rappurtaġġ u dik barranija fid-data tat-transazzjoni.” Dwar dan l-istandard hemm ukoll din l-ispjegazzjoni: “Ir-rata tal-kambju fid-data tat-transazzjoni ħafna drabi tissejjaħ il-prezz kurrenti tal-kambju. Għal raġunijiet prattiċi, ħafna drabi tintuża rata li tersaq viċin lejn ir-rata attwali fid-data tat-transazzjoni, per eżempju, rata medja għal ġimgħa jew xahar tista’ tintuża għat-transazzjonijiet kollha f’kull munita barranija li jseħħu matul dak il-perjodu. Madankollu, jekk ir-rati tal-kambju jiċċaqalqu sew, l-użu ta’ rata medja għal perjodu ma jkunx wieħed ta’ min jorbot fuq”. Għalhekk, l-IAS 21 jagħmilha ċara li fil-prinċipju għandhom jintużaw ir-rati ta’ kuljum jekk ir-rati tal-kambju ma jiċċaqalqux sew. Ir-rati medji ta’ ġimgħa jew ta’ xahar għandhom jitħallew biss bħala rati approssimattivi għar-rata attwali tad-data tat-transazzjoni. Madankollu fil-każ preżenti, il-kumpaniji aġġornaw ir-rata tal-kontabbiltà tagħhom darba fis-sena jew anke b’mod inqas frekwenti. Din il-prattika ma tistax titqies li hija skond l-IAS 21. Barra minn hekk, anke l-istandards tal-kontabbiltà taċ-Ċina jeħtieġu f’dawn il-każijiet l-użu ta’ rati tal-kambju fuq bażi ta’ kuljum jew ta’ xahar. Għalhekk, il-fatt li l-awdituri ma kkummentawx fuq il-prattika dwar it-transazzjonijiet f’munita barranija li ssemmew fuq, juri li l-verifika ma saritx skond l-IAS. Dan jixħet dubji fuq kemm wieħed jista’ jorbot fuq dan it-tagħrif ta’ kontabbiltà. |
(34) |
Għalhekk, kien konkluż li l-kummenti li jisħqu li għandu jingħata l-MET mhumiex iġġustifikati. |
2. Trattament individwali
(35) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi stabbilit dazju, jekk ikun hemm, għal dawk il-pajjiżi li jaqgħu taħt dak l-artikolu, ħlief f’dawk il-każijiet fejn il-kumpaniji juru, skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li l-prezzijiet u l-kwantitajiet ta’ l-esportazzjoni tagħhom kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ ikunu ġew stabbiliti b’mod ħieles, li r-rati tal-kambju jsiru skond ir-rati tas-suq, u li kwalunkwe indħil mill-Istat ma jkunx tali li jkun jippermetti l-evażjoni ta’ miżuri jekk l-esportaturi jingħataw rati differenti ta’ dazju. |
(36) |
L-erba’ produtturi esportaturi, barra milli għamlu talba għall-MET, talbu wkoll għal trattament individwali (“TI”) f’każ li dawn ma jingħatawx il-MET. Fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli nstab li l-erba’ kumpaniji kollha kienu laħqu l-kriterji għal TI kif stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(37) |
Għalhekk, kien konkluż li TI jingħata lil dawn l-erba’ kumpaniji esportaturi li ġejjin li huma stabbiliti fil-PRC:
|
3. Il-Valur normali
3.1. Il-Pajjiż analogu
(38) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, għall-pajjiżi li m’għandhomx ekonomija tas-suq u, sa fejn il-MET ma jkunx jista’ jingħata, għal pajjiżi fi transizzjoni, il-valur normali għandu jkun stabbilit fuq il-bażi tal-prezz jew fuq il-valur mibni f’pajjiż analogu. |
(39) |
Fl-avviż tal-bidu, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-Kanada bħala pajjiż analogu xieraq biex ikun stabbilit il-valur nornali għall-PRC u stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar dan. |
(40) |
L-istħarriġ wera li l-Kanada għandha suq kompetittiv għall-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn b’madwar 50 % tas-suq ipprovdut bil-produzzjoni lokali u l-bqija b’importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volum tal-produzzjoni fil-Kanada huwa ta’ aktar minn 5 % tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Għalhekk, is-suq Kanadiż tqies bħala rappreżentattiv biżżejjed biex ikun stabbilit il-valur normali għall-PRC. |
(41) |
Żewġ produtturi esportaturi u għaqda ta’ importaturi/negozjanti oġġezzjonaw għall-proposta li l-Kanada tintuża bħala pajjiż analogu. L-argumenti kontra l-għażla tal-Kanada kienu li: a) il-prodotti tal-Kanada huma differenti għaliex dawn jinħadmu bl-użu ta’ komponenti aktar b’saħħithom skond l-istandards ta’ l-Istati Uniti, u mhux skond dawk tal-Komunità; b) is-swieq tal-Kanada u taċ-Ċina ma jistgħux ikunu mqabbla minħabba li dawn għandhom livell differenti ta’ żviluppi u kobor u c) il-produttur Kanadiż li kkoopera għandu x’jaqsam ma’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità. Il-produtturi esportaturi in kwistjoni ssuġġerew il-Malasja jew l-Indja bħala pajjiżi analogi xierqa. |
(42) |
Wara dawn il-kummenti, il-Kummissjoni kkuntattjat seba’ produtturi ta’ dan il-makkinarju magħrufa fl-Indja u ieħor fil-Malasja billi bagħtitilhom il-kwistjonarju relevanti. Madankollu, ħadd minn dawn il-produtturi ma kkoopera fl-istħarriġ u l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tagħrif dwar il-valur normali minn dawn iż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, ma kienx possibbli għall-Kummissjoni li tqis xi wieħed minn dawn il-pajjiżi proposti mill-produtturi esportaturi bħala pajjiż analogu alternattiv. |
(43) |
Dwar il-kummenti tal-partijiet li jikkonċernaw id-differenzi fil-kwalità u l-istandards tal-prodotti Kanadiżi, b’mod ġenerali ntqal li t-toqol medju u l-wisa’ tal-furkettun tal-makkinarju Kanadiż huwa ikbar minn dawk tal-makkinarju Ċiniż. Madankollu, il-Kummissjoni ma stabbiliet l-ebda differenza kbira ġenerali kemm dwar it-toqol jew il-wisa’ tal-furkettun bejn il-prodotti Kanadiżi u dawk Ċiniżi. Kemm dawk Kanadiżi kif ukoll dawk taċ-Ċina għandhom kategoriji differenti ta’ toqol u ta’ wisa’ tal-furkettun u numru kbir tal-prodotti setgħu jitqabblu ma’ xulxin. Għal dawk il-prodotti li ma setgħux jitqabblu direttament, setgħu jsiru aġġustamenti xierqa kif spjegat hawn taħt fil-punt (51). Fattur importanti ieħor huwa l-ħila ta’ l-irfigħ tal-makkinarju. F’dan ir-rigward, ma nstabu l-ebda differenzi ġenerali kbar dwar il-ħila ta’ l-irfigħ tal-makkinarju Ċiniż u dak Kanadiż. Għalhekk, kien konkluż li ma kien hemm l-ebda differenzi sinjifikanti fil-kwalità tal-prodotti Kanadiżi u dawk Ċiniżi. |
(44) |
Dwar il-kummenti tal-produtturi esportaturi li jikkonċernaw il-livell ta’ żvilupp u l-kobor tas-swieq tal-Kanada u taċ-Ċina, ġie nnutat li element deċiżiv huwa dwar jekk is-suq in kwistjoni huwiex kbir biżżejjed biex ikun wieħed rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta’ l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Kif intqal fuq fil-punt (40), fil-każ preżenti s-suq tal-Kanada nstab li huwa kbir biżżejjed biex ikun rappreżentattiv f’dan ir-rigward. Il-fatt li s-suq taċ-Ċina huwa b’mod ġenerali akbar minn dak tal-Kanada huwa irrelevanti għall-valutazzjoni ta’ kemm hu xieraq li l-Kanada tintuża bħala pajjiż analogu possibbli f’dan il-każ. Dwar il-fatt li l-PRC titqies bħala pajjiż li qed jiżviluppa waqt li l-Kanada mhux, ġie nnutat li kif intqal fuq fil-punt (43), il-kwalità tal-prodotti tal-Kanada u taċ-Ċina hija waħda kumparabbli. Fuq il-bażi tal-verifiki fuq il-post li saru fil-bini tal-produtturi Ċiniżi u Kanadiżi, kien konkluż li ma kien hemm l-ebda differenzi kbar bejn il-faċilitajiet tal-produzzjoni u l-metodi tal-produtturi Ċiniżi u dawk Kanadiżi. Għal dawn ir-raġunijiet, l-istat tal-PRC bħala pajjiż li qed jiżviluppa mhuwiex punt relevanti f’dan ir-rigward, u ma jagħmilx l-għażla li l-Kanada tintuża bħala pajjiż analogu f’dan il-każ bħala waħda mhux raġonevoli. |
(45) |
Dwar l-allegazzjoni li r-relazzjoni bejn il-produttur Kanadiż li kkoopera u produttur ieħor fil-Komunità titfa’ dubji serji dwar l-oġġettività u l-eżattezza tat-tagħrif li ngħata, matul l-istħarriġ ma nstabet l-ebda bażi għal din l-allegazzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat jekk ir-relazzjoni kellhiex xi effetti ta’ tagħwiġ fuq il-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni u fuq il-qligħ tal-produttur Kanadiż, l-aktar matul il-verifiki fuq il-post tat-tagħrif tal-kumpanija. Ma nstabet l-ebda indikazzjoni dwar dan it-tagħwiġ. Il-Kummissjoni stabbiliet li t-tagħrif mogħti kien eżatt u ta’ min jorbot fuqu u seta’ jintuża għall-għanijiet ta’ dan l-istħarriġ. |
(46) |
Minħabba dan t’hawn fuq, qed ikun konkluż b’mod proviżorju li l-Kanada huwa pajjiż analogu xieraq skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2. It-twaqqif tal-valur normali
(47) |
Skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw kien stabbilit fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat li l-Kummissjoni rċeviet mill-produttur fil-pajjiż analogu, i.e. fuq il-bażi tal-prezzijiet imħallsa jew li qed jitħallsu fis-suq domestiku tal-Kanada għat-tipi kumparabbli tal-prodott, minħabba li dawn instabu li kienu qed isiru fil-kors ordinarju tal-kummerċ. |
(48) |
Bħala riżultat ta’ dan, il-valur normali kien stabbilit mill-produttur li kkoopera fil-Kanada bħala l-prezz medju mwieżen tal-bejgħ domestiku għal konsumaturi mhux relatati għal kull tip. |
4. Il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni
(49) |
Il-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità taż-żewġ produtturi esportaturi sar direttament lil konsumaturi indipendenti fil-Komunità. Għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni kien stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet li tħallsu jew li qed jitħallsu attwalment. Dwar iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra, parti mill-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tagħhom lejn il-Komunità sar lil importaturi li magħhom l-esportaturi kellhom arranġament kuntrattwali ta’ kumpens li wassal biex il-prezzijiet ma jkunux ta’ min jorbot fuqhom. F’dawn il-każijiet, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ssawwar fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lill-konsumaturi indipendenti fil-Komunità. L-aġġustamenti saru għall-ispejjeż kollha li saru bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi, u għall-qligħ. Il-qligħ użat għal dan il-għan kien il-profitt medju miksub mill-importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat li kkooperaw. |
5. Il-paragun
(50) |
Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni sar fuq il-bażi ta’ ex-factory u fl-istess livell ta’ kummerċ. Biex ikun żgurat paragun ġust, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku tqiesu wkoll id-differenzi fil-fatturi li wrew li kienu qed jolqtu l-prezzijiet u t-tqabbil bejn il-prezzijiet. Fuq din il-bażi, saru l-aġġustamenti, fejn meħtieġa, għad-differenzi fit-trasport, in-nefqa ta’ l-assikurazzjoni, l-ispejjeż ta’ l-immaniġġjar u t-tagħbija, l-ispejjeż ta’ l-ippakkjar, l-ispejjeż tal-kreditu kif ukoll ir-roħs. |
(51) |
Dwar il-Kanada bħala pajjiż analogu, l-istħarriġ wera li fil-makkinarju Kanadiż kollu ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn kien qed jintuża brejk ta’ l–idejn, waqt li dan ma kienx il-każ dwar il-maġġoranza tal-prodotti Ċiniżi. Għalhekk, għall-prezzijiet tal-Kanada sar aġġustament xieraq taħt l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku biex jitneħħa l-effett tal-brejk ta’ l-idejn. Barra minn hekk, ċerti prodotti Kanadiżi kellhom ukoll furkettuni li kienu eħfef fit-toqol minn dawk tal-prodotti Ċiniżi. Għalhekk, sar ukoll aġġustament xieraq fil-prezzijiet tal-Kanada taħt l-Artikolu 2(10)(a) tar-Regolament bażiku biex f’dawn il-prodotti jitneħħa l-effett ta’ din id-differenza. |
6. Il-marġinu tal-bejgħ taħt il-prezz
6.1. Il-marġinu tad-dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ngħataw it-TI
(52) |
Għall-erba’ produtturi esportaturi li ngħataw it-TI, il-valuri normali medju mwieżen għal kull tip esportat lejn il-Komunità li kien stabbilit għall-pajjiż analogu kien imqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-esportazzjoni tat-tip li jikkorrispondi li kien esportat lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi, kif ikkontemplat taħt l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
6.2. Il-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha
(53) |
Biex jinħadem il-marġinu ta’ dumping fil-pajjiż li jkun jgħodd għall-esportaturi l-oħra kollha tal-PRC, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet il-livell ta’ kooperazzjoni. Sar paragun bejn l-importazzjonijiet totali tal-prodott ikkonċernat li ġej mill-PRC kif dehru fl-istatistika ta’ l-Eurostat u l-volumi esportati mill-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw. Meta wieħed iqis li l-volumi sħaħ ta’ l-esportazzjoni kif rappurtati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu ferm inqas mill-volum ta’ l-importazzjoni rappurtat fl-istatistika ta’ l-Eurostat matul il-PS, kien konkluż b’mod proviżiorju li kien hemm nuqqas sostanzjali ta’ kooperazzjoni (madwar 47 % ta’ l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità). Biex ikun evitat li l-produtturi esportaturi jgawdu min-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom u minħabba li ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-marġini tad-dumping tal-produtturi li ma kkooperawx kienu iktar baxxi, il-marġinu tad-dumping għall-pajjiż kollu kien stabbilit bħala l-medja tal-marġini tad-dumping stabbiliti għall-iktar tipi ta’ prodotti esportati tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, li nstabet li kienet ogħla mill-ogħla marġinu tad-dumping individwali stabbilit għall-produttur esportatur li kkoopera. |
6.3. Il-marġini temporanji ta’ bejgħ taħt il-prezz għall-PRC
(54) |
Il-marġini temporanji ta’ bejgħ taħt il-prezz imfissra bħala persentaġġ tal-prezz nett, b’dazju mhux imħallas meta l-prodott jidħol fil-Komunità, huma:
|
D. L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ
1. Il-produzzjoni tal-Komunità
(55) |
L-istħarriġ wera fuq il-bażi tat-tagħrif mibgħut mill-kumpaniji li kkooperaw li matul il-PS il-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn kien maħdum minn:
Jista’ jkun hemm xi ftit produtturi żgħar oħra li kellhom volumi ta’ produzzjoni żgħar ħafna, li ma kkooperawx fl-istħarriġ. |
(56) |
Għalhekk, kien konkluż b’mod proviżorju li l-makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn maħduma mill-ħames produtturi msemmija fuq isawwar il-produzzjoni tal-Komunutà fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
2. Definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
(57) |
L-ilment sar minn erba’ produtturi, Bolzoni SpA, BT products AB, Franz Kahl GmbH u Pramac Lifters SpA, li kollha kkooperaw fl-istħarriġ. Flimkien dawn il-produtturi jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni sħiħa tal-Komunità ta’ makkinarju tal-ġarr ta’ pallets bl-idejn. Għalhekk, dawn jitqiesu li jsawru “l-industrija tal-Komunità” fit-tifsira ta’ l-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku u minn hawn ’il quddiem se jibdew jissejħu hekk. |
E. ID-DANNU
1. Il-Konsum tal-Komunità
(58) |
Il-konsum tal-Komunità kien ibbażat fuq il-volum ikkumbinat ta’ l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità tal-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn, ibbażat fuq l-istatistika ta’ l- Eurostat, il-bejgħ kollu vverifikat ta’ l-industrija tal-Komunità, kif ukoll il-bejgħ ta’ produttur ieħor tal-Komunità li fl-2004 waqaf milli jipproduċi aktar. |
(59) |
Matul il-PS, il-konsum tal-Komunità ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn kien ta’ madwar 493 000 unità. Din il-figura hija 17 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.
|
2. L-Importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn mill-PRC fil-Komunità
(a) Il-volum u s-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet
(60) |
Fuq il-bażi ta’ l-istatistika ta’ l-Eurostat, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC żdied sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat, i.e. b’138 %. Iż-żieda fl-importazzjonijiet dehret l-aktar bejn l-2002 u l-2003 meta dwan żdiedu b’51 %.
|
(61) |
Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz żdied sew b’aktar minn 100 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem miżjud tas-suq ittieħed kollu mis-sehem li qabel kien miżmum mill-industrija tal-Komunità.
|
(b) Il-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz
(62) |
Skond l-istatistika ta’ l-Eurostat, il-prezz medju ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz mill-PRC naqas bejn is-sena 2000 u l-PS b’34 %. Il-prezzijiet baqgħu stabbli sa l-2001, imbagħad dawn naqsu għal 12 % fl-2002 u komplew jonqsu aktar b’25 % oħra bejn l-2002 u l-2003.
|
(c) Il-bejgħ bi prezz irħas
(63) |
Biex ikun stabbilit il-bejgħ bi prezz irħas, il-Kummissjoni analizzat it-tagħrif tal-prezz għall-PS. Il-prezz nett medju mwieżen tal-bejgħ fuq bażi ta’ ex works għal konsumaturi mhux relatati ta’ l-industrija tal-Komunità u wara t-tnaqqis li jkun sar mir-roħs kien imqabbel mal-prezz medju mwieżen ta’ l-importazzjoni tat-tipi kumparabbli tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fuq l-istess livell ta’ kummerċ, i.e. il-bejgħ lid-distributuri. Il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kienu fuq livell ta’ CIF u sar aġġustament xieraq biex ikunu inklużi d-dazji doganali li normalment jitħallsu fuq l-importazzjoni. F’żewġ każijiet, fejn l-importaturi nstabu li kellhom arranġament kuntrattwali ta’ kumpens mal-produtturi esportaturi Ċiniżi, intużaw il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid lil konsumaturi mhux relatati ta’ dawn l-importaturi. |
(64) |
Fuq dik il-bażi, l-eżistenza tal-bejgħ bi prezz irħas kienet stabbilita b’mod proviżorju għall-importazzjonijiet mill-PRC. Il-livell ta’ bejgħ bi prezz irħas, imfisser bħala persentaġġ tal-prezz medju tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità, instab li għall-produtturi esportaturi kollha dan kien aktar minn 55 %. |
3. Is-Sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
(a) Rimarka tal-bidu
(65) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-istħarriġ ta’ l-impatt ta’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz fuq l-industrija tal-Komunità inkluda valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat ta’ l-industrija mis-sena 2000 (is-sena bażi) sal-PS. |
(b) Il-produzzjoni, il-ħila u l-użu tal-ħila
Produzzjoni fil-Komunità |
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
PS |
Produzzjoni (f’unitajiet) |
272 017 |
235 742 |
205 824 |
196 275 |
181 114 |
Indiċi |
100 |
87 |
76 |
72 |
67 |
Ħila (f’unitajiet) |
381 680 |
401 735 |
400 030 |
392 625 |
393 255 |
Indiċi |
100 |
105 |
105 |
103 |
103 |
Użu tal-ħila |
71 % |
59 % |
51 % |
50 % |
46 % |
Indiċi |
100 |
82 |
72 |
70 |
65 |
(66) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità naqset bi 33 %. Waqt li l-ħila tal-produzzjoni baqgħet kważi l-istess, matul l-istess perjodu l-użu tal-ħila naqas flimkien mal-produzzjoni. |
(c) Ħażniet
|
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
PS |
Ħażniet f’unitajiet |
12 196 |
15 491 |
11 223 |
13 262 |
13 929 |
Indiċi |
100 |
127 |
92 |
109 |
114 |
(67) |
Minħabba l-waqgħa fil-bejgħ, kien hemm żieda ġenerali żgħira fil-livelli ta’ ħażniet. Minkejja dan, l-istħarriġ wera li l-iżvilupp ta’ ħażniet mhuwiex meqjus bħala indikatur relevanti b’mod partikolari tas-sitwazzjoni ekonomika ta’ l-industrija tal-Komunità; dan minħabba li l-produtturi tal-Komunità ġeneralment jipproduċu skond ordnijiet speċifiċi, u għalhekk il-ħażniet ikunu oġġetti li jkunu qed jistennew li jispiċċaw għand il-konsumaturi. |
(d) Il-volum ta’ bejgħ, il-prezz tal-bejgħ u s-sehem tas-suq
Bejgħ fil-KE |
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
PS |
Volum (f’unitajiet) |
147 002 |
144 166 |
126 821 |
113 701 |
111 374 |
Indiċi |
100 |
98 |
86 |
77 |
76 |
Sehem tas-suq |
35 % |
34 % |
31 % |
23 % |
23 % |
Indiċi |
100 |
97 |
88 |
66 |
66 |
Prezz tal-bejgħ (Euro/unita) |
290 |
285 |
278 |
267 |
267 |
Indiċi |
100 |
98 |
96 |
92 |
92 |
(68) |
Għalkemm il-konsum tal-Komunità żdied bejn is-sena 2000 u l-PS, il-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità naqas sew. Għalhekk, is-sehem tas-suq tagħha waqa’ drastikament kif muri fuq. Dan għandu jitqies f’kuntrast ma’ l-iżvilupp ta’ importazzjonijiet mill-PRC li s-sehem tas-suq tagħha żdied sew matul il-perjodu kkunsidrat. |
(69) |
L-industrija tal-Komunità tilfet 34 % tas-sehem tas-suq tagħha bejn is-sena 2000 u l-PS. |
(70) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet ta’ l-unità tal-produzzjoni proprja ta’ l-industrija tal-Komunità għall-bejgħ lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità naqas sew. Dan it-tnaqqis deher sew bejn is-sena 2001 u l-2003 meta l-prezzijiet tal-bejgħ naqsu b’6 %. |
(71) |
Tradizzjonalment, f’dan is-suq, il-prezzijiet kienu influwenzati mill-kwalità tal-prodott, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-garanziji offruti mill-produtturi. Madankollu, matul il-perjodu kkunsidrat din is-sitwazzjoni nbidlet radikalment u matul il-PS il-prezz sar il-fattur ewlieni tal-bejgħ. Waqt li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-unità naqsu bi 8 % bejn is-sena 2000 u l-PS, in-nefqa ta’ l-unità tal-produzzjoni żdiedet, għaliex il-prezz għall-materjal ewlieni mhux maħdum, l-azzar, li jinkludi fih parti importanti min-nefqa tal-produzzjoni, baqa’ jiżdied, l-aktar matul il-PS. |
(72) |
Peress li l-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ma setgħux ilaħħqu maż-żieda fin-nefqa tal-produzzjoni, minħabba t-trażżin tal-prezz marbut ma’ l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz, l-industrija tal-Komunità ġarrbet waqgħa fil-qligħ tagħha. |
(e) Fatturi li jolqtu l-prezzijiet tal-Komunità
(73) |
L-istħarriġ wera li fil-PS l-importazzjonijiet li nbiegħu taħt il-prezz kienu qed ibaxxu l-prezz medju diġà batut ta’ l-industrija tal-Komunità b’aktar minn 59 % (ara l-punt (64) fuq). Dan il-bejgħ bi prezz irħas wassal għal prezzijiet li magħhom ġabu t-telf għall-industrija tal-Komunità fi żmien meta dawn kellhom jiżdiedu biex ikopru l-ispejjeż żejda. |
(f) It-Tkabbir
(74) |
Bejn is-sena 2000 u l-PS, meta l-konsum tal-Komunità żdied bi 17 %, il-volumi tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità naqsu b’24 %. L-industrija tal-Komunità tilfet 12-il punt perċentwali mis-sehem tas-suq waqt li, kif indikat fuq, l-importazzjonijet li nbiegħu taħt il-prezz żiedu 29 punti perċentwali mis-sehem tas-suq matul l-istess perjodu. |
(g) Il-profitabbiltà
(75) |
Il-profitabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità waqgħet drastikament matul il-perjodu, li wassal għal ħafna telf fl-2002, u kompliet marret għall-agħar matul is-sena 2003 u l-PS.
|
(h) Investimenti, id-dħul fuq l-investiment, il-likwidità u l-ħila li jiżdied il-kapital
|
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
PS |
Investimenti (f’Euro) |
727 783 |
2 297 136 |
2 570 831 |
1 378 790 |
1 552 986 |
Indiċi |
100 |
316 |
353 |
189 |
213 |
Dħul fuq l-investiment |
0,05 |
0,10 |
–0,14 |
–0,36 |
–0,45 |
Indiċi |
100 |
220 |
– 290 |
– 776 |
– 963 |
Likwidità (f’Euro) |
231 559 |
1 511 068 |
1 253 486 |
–81 556 |
– 659 913 |
Indiċi |
100 |
653 |
541 |
–35 |
– 285 |
(76) |
L-akbar investimenti saru matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar fl-2001 u l-2002. Għandu jkun innutat li l-produtturi tal-Komunità huma kumpaniji stabbiliti sew bi tradizzjoni twila fil-produzzjoni ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn. Għalhekk, investimenti ta’ rimpjazzament, li kienu jiffurmaw parti sostanzjali mill-investimenti, kienu meħtieġa biex dawn jibqgħu kompetittivi. |
(77) |
Minħabba l-bdil fil-kundizzjonijiet tas-suq u b’mod aktar speċifiku r-riduzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ, l-investimenti l-ġodda matul il-PS kienu sa ċertu punt jew postposti jew ikkanċellati, minkejja l-espansjoni li kienet qed tiżdied fil-kosmum tal-Komunità. |
(78) |
Id-dħul fuq l-investiment, imfisser f’termini tal-qligħ nett ta’ l-industrija tal-Komunità u l-valur nett fuq il-kotba ta’ l-investimenti tagħha, segwa x-xejra tal-profitabbiltà u naqas b’1 063 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
(79) |
Il-likwidità ta’ l-industrija tal-Komunità naqset bi 385 % matul il-perjodu kkunsidrat, f’linja max-xejra fil-profitabbiltà. |
(80) |
L-istħarriġ wera li għall-industrija tal-Komunità kien sar aktar diffiċli biex jiżdied il-kapital matul il-perjodu kkunsidrat, l-aktar minħabba ż-żieda fit-telf li din ġarrbet lejn it-tmiem ta’ dan il-perjodu u l-PS. |
(i) Impjiegi, produttività u pagi
|
2000 |
2001 |
2002 |
2003 |
PS |
Impjiegi |
489 |
488 |
468 |
452 |
434 |
Indiċi |
100 |
100 |
96 |
92 |
89 |
In-nefqa medja tax-xogħol għal kull ħaddiem (Euro) |
29 439 |
29 261 |
29 455 |
29 647 |
29 393 |
Indiċi |
100 |
99 |
99 |
99 |
99 |
Produttività (għal kull ħaddiem) |
3 804 |
3 443 |
3 395 |
3 372 |
3 287 |
Indiċi |
100 |
91 |
89 |
89 |
86 |
(81) |
Ix-xogħol għall-prodott li jixxiebah naqas matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività għal kull ħaddiem (stabbilita fuq il-bażi tan-mumru ta’ unitajiet maħduma diviż bin-numru ta’ ħaddiema) naqset bejn is-sena 2000 u 2002 bi 11 % u bi 3 % oħra bejn is-sena 2003 u l-PS. Madankollu, dan ġara minħabba t-tnaqqis aktar mgħaġġel fil-volum tal-produzzjoni aktar milli x-xogħol. In-nefqa medja tax-xogħol għal kull ħaddiem, li tirrifletti l-pagi, ma żdiditx skond l-inflazzjoni, iżda baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. |
(82) |
Il-produtturi tal-Komunità għamlu sforzi biex jiġu użati aħjar il-faċilitajiet tal-produzzjoni; dawn kienu jinkludu l-għeluq ta’ fabbriki kif ukoll tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema. Il-produtturi tal-Komunità irnexxielhom jillimitaw in-nuqqas ta’ xogħol billi ttrasferew parti mill-forza tax-xogħol lejn dawk l-oqsma tan-negozju li jħallulhom l-aktar qligħ. |
(j) Il-kobor tal-bejgħ taħt il-prezz, l-irkupru minn bejgħ taħt il-prezz li sar fl-imgħoddi jew l-għoti ta’ sussidji
(83) |
L-impatt fuq l-industrija tal-Komunità tal-kobor tal-marġinu attwali ta’ bejgħ taħt il-prezz ma jistax jitiqies bħala wieħed ta’ importanza żgħira meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati. |
(84) |
Aktar minn hekk, ma kien hemm l-ebda indikazzjonijiet li l-industrija tal-Komunità kienet qed tirkupra, matul il-PS, mill-effetti ta’ dumping li kien hemm fl-imgħoddi jew mill-għoti ta’ sussidji. |
4. Konklużjoni fuq id-dannu
(85) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-preżenza ta’ importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC żdiedet sew fis-suq tal-Komunità, u l-indikaturi kollha tad-dannu relevanti għas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità urew żvilupp negattiv. |
(86) |
Uħud mill-indikaturi ħżienu aktar matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien il-każ għall-volum tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ, is-sehem tas-suq, il-profitabbiltà, id-dħul fuq l-investimenti u l-likwidità. |
(87) |
Meta jitqiesu dawn il-fatturi kollha, l-aktar il-waqgħa tas-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità fi żmien li kien qed jiżdied il-konsum u t-telf finanzjarju kbir li wassal biex matul il-PS jaqgħu l-livelli ta’ l-investiment, qed jitqies b’mod proviżorju li l-industrija tal-Komunità ġarrbet dannu materjali fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(1) u 3(5) tar-Regolament bażiku. |
F. IL-KAWŻAR TAD-DANNU
1. Daħla
(88) |
Skond l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stħarrġet jekk l-importazzjonijiet mill-PRC ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn li nbiegħu bi prezz irħas ħolqux dannu materjali li kellha ġġarrab l-industrija tal-Komunità. Il-fatturi magħrufa għajr l-importazzjonijiet bi prezz irħas, li fl-istess żmien setgħu kienu qed jagħmlu dannu lill-industrija tal-Komunità, kienu eżaminati wkoll biex ikun żgurat li d-dannu li seta’ kien hemm minn dawn il-fatturi l-oħra ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li nġiebu bi prezz irħas. |
2. L-Effett ta’ l-importazzjonijiet bi press irħas
(89) |
L-importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC żdiedu bi 138 % matul il-perjodu taħt eżami. Din iż-żieda seħħet b’pass aktar mgħaġġel mill-konsum tal-Komunità, li dan żdied bi 17 % matul l-istess perjodu. L-importazzjonijiet miżjuda u ż-żieda fil-konsum ħabtu flimkien ma’ perjodu li fih għall-industrija tal-Komunità kien hemm tnaqqis fil-volum tal-bejgħ. Is-sehem tas-suq ta’ l-importazzjonijiet bi prezz irħas żdied b’aktar minn 100 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan is-sehem tas-suq miżjud ta’ l-importazzjonijiet ħabat ma’ waqgħa proporzjonata fis-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità fil-PS. Għalhekk jidher ċar li l-importazzjonijiet irnexxielhom jakkwistaw il-parti tas-sehem tas-suq li kienet tilfet l-industrija tal-Komunità. |
(90) |
Din iż-żieda fl-importazzjonijiet wasslet ukoll biex l-industrija tal-Komunità traħħas il-prezzijiet tagħha b’marġini sostanzjali sew. Għalhekk jista’ jingħad b’mod raġonevoli li dawn kienu responsabbli għall-waqgħa fil-prezzijiet li wasslet għal telf kbir għall-industrija tal-Komunità. Il-livelli baxxi tal-prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet bi prezz irħas ikkawżaw ukoll trażżin fil-prezz u l-industrija tal-Komunità ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha biex tkopri ż-żieda fin-nefqa. Barra minn hekk, l-industrija tal-Komunità ma setgħex iżżid l-użu tal-ħila tagħha, kif seta’ ġara b’mod raġonevoli meta wieħed iqis iż-żieda fil-kosnum li ġiet osservata matul il-perjodu kkunsidrat. |
(91) |
Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi b’mod proviżorju li l-pressjoni li ħolqu l-importazzjonijiet ikkonċernati, li żiedu sostanzjalment il-volum u s-sehem tas-suq tagħhom u li saru bi prezzijiet baxxa u mraħħsa, kellha sehem importanti ħafna biex tiddeterorja s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, l-aktar f’termini ta’ bejgħ u sehem tas-suq mitluf, profitabbiltà, id-dħul fuq l-investiment u l-ħila li jiżdied il-kapital. |
3. L-effetti tal-fatturi l-oħra
(a) It-turija ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità
(92) |
Kien innutat li t-turija ta’ l-esportazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità kienet naqset matul il-PS. Madankollu, il-volum ta’ l-esportazzjonijiet barra l-Komunità matul il-perjodu kkunsidrat kien jirrappreżenta biss 11 % tal-volum sħiħ tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità. Bħala medja, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni nstabu li matul il-perjodu kkunsidrat kienu aktar baxxi mill-prezzijiet li kien hemm fil-Komunità. Madankollu, dan ġara l-aktar minħabba t-taħlita differenti tal-prodott. Għandu jkun innutat ukoll li l-preżenza ta’ produtturi Ċiniżi fis-swieq ta’ l-esportazzjoni wasslet biex l-esportazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità ġġarrab inqas qligħ. Minkejja dan, kuntrarju għall-bejgħ fil-Komunità, l-esportazzjonijiet xorta kienu għadhom qed jaqalgħu qligħ żgħir sal-PS, u għalhekk ma setgħux għenu sostanzjalment għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità.
|
(93) |
Meta wieħed iqis il-kontribuzzjoni żgħira tal-bejgħ għall-esportazzjoni għan-negozju ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità, din ma tistax titqies bħala fattur li kien qed jikkawża dannu materjali lill-kumpaniji kkonċernati. |
(b) L-investimenti ta’ l-industrija tal-Komunità
(94) |
Ġie nnutat li matul il-perjodu taħt eżami kienu saru investimenti kbar u sostanzjali. L-investimenti l-kbar li saru matul is-sena 2001 u l-2002 kienu ilhom imfassla mill-1999, li kien qabel id-dħul fuq skala wiesgħa taċ-Ċina fis-suq tal-Komunità; fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet bi prezz irħas dawn normalment kienu jitqiesu bħala deċiżjonijiet tajbin ħafna. Barra dan, il-parti l-kbira ta’ l-investiment kien jikkonsisti minn investiment ta’ rimpjazzament. |
(c) L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra
(95) |
Dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, kwalunkwe dannu materjali ma jistax ikun ġej minn dawn l-importazzjonijiet minħabba li ftit importazzjonijiet biss jaslu minn sorsi oħra għajr il-PRC. L-importazzjonijiet l-oħra jirrappreżentaw biss 11 % ta’ l-importazzjonijiet kollha u s-sehem tas-suq tagħhom, li beda jmur lura mis-sena 2000, kien biss ta’ 4 % matul il-PS.
|
(96) |
L-istħarriġ wera wkoll li t-tkabbir tal-Komunità ma bidilx dawn ir-riżultati li kienu saru fuq il-bażi tal-ħmistax-il Stat Membru “l-qodma”. M’hemm l-ebda produzzjoni kbira fl-Istati Membri l-ġodda, minħabba li jeżistu biss ftit produtturi żgħar fil-Polonja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja u fis-Slovenja. |
(d) Ir-rata tal-kambju Euro/Dollaru Amerikan
(97) |
Uħud mill-partijiet interessati lmentaw li kwalunkwe dannu li setgħet ġarrbet l-industrija tal-Komunità ġara minħabba r-rata tal-kambju preferenzjali ta’ l-Euro/Dollaru Amerikan għall-produtturi Ċiniżi. |
(98) |
Fil-każ partikolari tal-prodott ikkonċernat, l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr il-PRC gawdew ukoll mill-apprezzament ta’ l-Euro. Madankollu, il-volumi ta’ dawn naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, waqt li l-importazzjonijiet mill-PRC żdiedu fl-istess perjodu b’138 %. Għalkemm prima facie ma jistax ikun eskluż li l-apprezzament ta’ l-Euro vis-à-vis id-Dollaru Amerikan seta’ ta vantaġġ lill-importaturi tal-prodott ikkonċernat mill-PRC, il-fatt li ċ-ċaqliq tal-munita ma kellux effett fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, juri li dan ma jistax jitqies bħala fattur każwali għaliex l-importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC imxew ’il quddiem. |
(e) L-Imġieba tal-bejgħ
(99) |
Uħud mill-partijiet interessati lmentaw ukoll li l-industrija tal-Komunità kienet qed toffri prodotti lil uħud mill-konsumaturi l-kbar tagħha bi prezzijiet li kienu sostanzjalment irħas mill-prezzijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn li kien impurtat mill-PRC. Skond dawn, ir-raġuni għal dan hija li dan il-makkinarju jintuża bħala “għodda ta’ bejgħ” għal materjali ta’ immaniġġjar li huma akbar u li jiswew iżjed. Dan seta’ ħoloq id-dannu li kien allegat mill-industrija tal-Komunità. |
(100) |
Ġie nnutat li fil-fatt dan il-makkinarju ħafna drabi jintuża bħala “għodda ta’ bejgħ” biex jikkonvinċi lill-konsumaturi jixtru pakkett ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u/jew tagħmir ieħor ta’ immaniġġjar li jiswa ħafna iżjed. Madankollu, m’hemm l-ebda indikazzjoni li dawn jistgħu jkunu fi kwantitajiet kbar jew bi prezzijiet verament baxxi. |
(f) Żbalji strateġiċi li saru mill-produtturi tal-KE; bħalma huma l-prodotti ta’ kwalità baxxa u l-produzzjoni ta’ partijiet mill-kumpaniji stess
(101) |
L-importaturi tal-Komunità allegaw li d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità ġara, inter alia, minħabba l-introduzzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità baxxa fis-suq tal-Komunità u minħabba l-partijiet li jagħmlu l-kumpaniji stess. |
(102) |
Fil-fatt, l-istħarriġ wera li uħud mill-produtturi tal-Komunità kienu introduċew mudelli ġodda ta’ kwalità inferjuri u bi prezz baxx meta mqabbla mal-mudelli standard tagħhom. Madankollu, dawn jinsistu li din kienet reazzjoni għad-dħul b’rata għolja ta’ importazzjonijiet bi prezz irħis mill-PRC ta’ dawn il-prodotti, aktar milli żvilupp normali tas-suq. |
(103) |
L-istess raġuni tingħata mill-produtturi tal-Komunità dwar ir-raġuni għaliex dawn il-kumpaniji bdew jipproduċu huma stess il-provvista ta’ ċerti partijiet. Huma jħossu li waqt li qed jitkompla l-bejgħ bi prezz irħas b’importazzjonijiet miċ-Ċina, dawn għandhom jgħollu kemm jista’ jkunu l-profitti waqt li jnaqqsu t-telf. |
4. Konklużjoni fuq x’wassal għas-sitwazzjoni preżenti
(104) |
L-istħarriġ wera li kwantitajiet kbar ta’ importazzjonijiet bi prezz irħis wasslu biex il-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità jaqgħu b’mod sostanzjali minħabba li din l-industrija ma kellhiex suċċess fil-ġlieda tagħha biex iżżomm is-sehem tas-suq u l-użu tajjeb tal-ħila tagħha; dan ġara l-aktar minħabba l-prezz tal-bejgħ irħis taċ-Ċina u t-trażżin fil-prezz. Matul l-istess perjodu, il-volum ta’ l-importazzjonijiet mill-PRC u s-sehem tas-suq tagħhom kompla jiżdied sew. Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet taċ-Ċina huma l-akbar, jekk mhux l-unika, kawża ta’ dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità. |
(105) |
Meta wieħed iqis l-analiżi t’hawn fuq, li ddistingwiet u firdet kif xieraq l-effetti, jekk kien hemm, tal-fatturi magħrufa kollha fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti tad-dannu ta’ l-importazzjonijiet bi prezz irħas, wieħed jista’ jikkonkludi b’mod proviżorju li dawn il-fatturi l-oħra ma għenu għall-ebda grad materjali għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità. Għalhekk, wieħed jista’ jikkonkludi b’mod proviżorju li d-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Komunità, kif deher ċar bid-deterjorazzjoni ta’ l-indikaturi kollha tad-dannu, l-aktar, is-sitwazzjoni li wasslet għat-telf, id-dħul negattiv fuq il-bejgħ u l-investimenti kif ukoll il-problemi biex jiżdied il-kapital, kienu ġejjin mill-importazzjonijiet bi prezz irħas mill-PRC. |
G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
1. Rimarki ġenerali
(106) |
Il-Kummissjoni stħarrġet jekk, minkejja l-konklużjoni proviżorja fuq l-eżistenza ta’ bejgħ inġurjuż taħt il-prezz, kienx hemm raġunijiet li setgħu wasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jiġu adottati miżuri f’dan il-każ partikolari. Għal dan il-għan, u skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-impatt tal-miżuri possibbli fuq il-partijiet kollha involuti f’din il-proċedura kif ukoll il-konsegwenzi li ma jittieħdux il-miżuri kienu meqjusa fuq il-bażi ta’ l-evidenza li ġiet ippreżentata. |
2. L-Interessi ta’ l-industrija tal-Komunità
(107) |
Fl-imgħoddi l-industrija tal-Komunità kienet magħmula minn numru kbir ta’ produtturi żgħar u kbar ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn. L-istħarriġ wera li diversi kumpaniji kienu waqfu mill-produzzjoni ta’ dawn qabel, matul jew immedjatament wara l-perjodu kkunsidrat. Ħafna minn dawn il-produtturi ta’ qabel kienu bidlu n-negozju ewlieni tagħhom u bħalissa qed jaġixxu bħala importaturi/kummerċjanti tal-prodott ikkonċernat. L-erba’ kumpaniji li jsawru l-industrija tal-Komunità kellhom jieħdu azzjonijiet drastiċi ta’ ristrutturar, bħalma huma l-għeluq ta’ impjanti tal-produzzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ nuqqas ta’ xogħol matul l-2003 u l-PS. |
(108) |
Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ anti-dumping, huwa mistenni li kemm il-volumi tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità se jiżdiedu. Dan se jtejjeb il-profitabbiltà ta’ l-indstrija tal-Komunità u se jtaffi t-theddida ta’ iżjed għeluq. Barra dan, qed ikun previst ukoll li uħud mill-impjanti tal-produzzjoni li kien ngħalqu jistgħu jerġgħu jinfetħu b’opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. |
(109) |
Mill-banda l-oħra, jekk il-miżuri ta’ anti-dumping ma jkunux imposti, x’aktarx li x-xejra negattiva ta’ l-industrija tal-Komunità tkompli. L-industrija tal-Komunità x’aktarx se tkompli titlef is-sehem tas-suq u t-telf se jkompli jikber fi żmien qasir. F’terminu ta’ żmien twil, il-produzzjoni fil-Komunità tista’ tieqaf. |
3. L-Interessi tal-fornituri tal-Komunità
(110) |
L-ebda fornitur tal-Komunità ta’ dan it-tip ta’ makkinarju ma deher f’dan l-istħarriġ billi wieġeb għall-kwistjonarju. Madankollu, huwa ċar li jekk ma jkun hemm l-ebda miżuri, ħafna mill-fornituri jistgħu jintlaqtu serjament u jkollhom jagħlqu. Ir-raġuni għal dan hija li dawn il-fornituri żgħar ta’ partijiet għall-produzzjoni ta’ idrawliċi jew il-fornituri ta’ roti jiddependu għall-għajxien tagħhom minn fuq il-bejgħ tagħhom ta’ partijiet lill-produtturi tal-Komunità li jaħdmu dan il-makkinarju għall-ġarr ta’ pallets bl-idejn. |
4. L-Interess ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati
(111) |
Numru kbir ta’ importaturi/kummerċjanti mhux relatati wieġbu għall-kwistjonarju fiż-żmien stabbilit u kkooperaw fl-istħarriġ. Dawn kollha oġġezzjonaw għall-impożizzjoni ta’ miżuri. |
(112) |
L-importaturi/kummerċjanti li dehru f’dan il-każ ivarjaw ħafna kemm fil-qies tagħhom kif ukoll fl-importanza li dawn jagħtu lin-negozju ta’ dan il-makkinarju fl-operat tagħhom. Huwa korrett li numru żgħir ta’ importaturi/kummerċjanti jiddependu fuq in-negozju ta’ dan il-makkinarju li jista’ jirrappreżenta sa 95 % tal-fatturat tagħhom. Madankollu, għall-maġġoranza ta’ l-importaturi u l-kummerċjanti l-istħarriġ wera li l-bejgħ ta’ dan il-makkinarju jirrappreżenta inqas minn 3 % tal-bejgħ gross kollu. Jekk jiddaħħlu miżuri ta’ anti-dumping, x’aktarx li dawn il-kummerċjanti ma jintlaqtux serjament, minħabba li n-negozju ta’ dan il-makkinarju mhuwiex l-attività ewlenija tan-negozju tagħhom u jkun ferm eħfef għalihom li jibdlu il-portafoll tal-prodott tagħhom. Barra minn hekk, ħafna minn dawn l-importaturi/kummerċjanti huma, jew kienu, konsumaturi ta’ l-industrija tal-Komunità u jekk jiddaħħlu tali miżuri dawn ikunu jistgħu jaqilbu, jekk ikun meħtieġ, in-negozju tagħhom. |
(113) |
L-importaturi qajmu wkoll l-argument li l-produzzjoni tal-Komunità ma kinitx biżżejjed biex tlaħħaq mad-domanda u li l-importazzjonijiet kienu għalhekk meħtieġa. Dawn qalu wkoll li l-produtturi tal-Komunità ma setgħux jipprovdu l-istess kwalità u flessibbiltà fejn kellu x’jaqsam ir-riżultat tal-prodott ikkonċernat. Huwa ċar li l-produzzjoni tal-Komunità ma tistax tlaħħaq mal-ħtiġiet tal-konsum fil-Komunità, iżda fiha hemm kapaċità kbira li mhix użata u hemm ukoll sorsi oħra ta’ importazzjonijiet li jistgħu jagħmlu xi ftit tajjeb għal dan in-nuqqas. Barra dan, l-għan ta’ miżuri ta’ anti-dumping mhuwiex biex ineħħi l-importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz, iżda wkoll li jiżguraw li dawn jidħlu fil-Komunità bi prezzijiet ġusti. |
(114) |
Għalhekk, qed ikun konkluż b’mod proviżorju li jekk jiddaħħlu xi miżuri, dawn ma jkollhomx impatt qawwi fuq is-sitwazzjoni ta’ l-importaturi/kummerċjanti mhux relatati ta’ dan il-makkinarju fil-Komunità. |
5. L-Interess ta’ l-utenti
(115) |
L-utenti l-kbar tal-makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn jinkludu mħażen, supermarkets, kif ukoll kumpaniji tal-ġarr. Kien hemm żewġ utenti biss li wieġbu għall-kwistjonarju relevanti. Dawn l-utenti kienu żammew pożizzjoni newtrali dwar l-impożizzjoni ta’ miżuri. Aktar minn hekk, ma ġie ppreżentat l-ebda element dwar x’jista’ jkun l-impatt ta’ dawn il-miżuri ta’ anti-dumping fuq in-negozju tagħhom. Fi kwalunkwe każ, qed jitqies li dan il-makkinarju huwa ta’ importanza żgħira fin-negozju tagħhom. |
(116) |
In-nuqqas ta’ aktar kooperazzjoni mill-utenti f’dan il-każ iwassal għall-konklużjoni temporanja li l-miżuri ta’ anti-dumping mhux se jkollhom effett sostanzjali fuq is-sitwazzjoni ta’ l-utenti fil-Komunità. |
6. Konklużjoni fuq l-interess tal-Komunità
(117) |
Għandu jkun innutat li s-sitwazzjoni tal-Komunità li wasslet biex ikun hemm it-telf kienet ġejja mid-diffikultà ta’ din li tikkompeti ma’ importazzjonijiet mibjugħa b’mod inġust ferm inqas mill-prezz tas-suq. |
(118) |
Qed jitqies li l-impożizzjoni ta’ miżuri se twassal biex fis-suq ikun hemm mill-ġdid kompetizzjoni ġusta. L-industrija tal-Komunità għandha mill-inqas tkun kapaċi żżid il-volum u, forsi sa ċertu punt, il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, biex b’hekk tiġġenera l-livell meħtieġ ta’ dħul li jkun jiġġustifika l-issuktar ta’ l-investiment fil-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħha. Jekk ma jiddaħħlux miżuri jkun hemm theddida serja għall-vijabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità, li l-għajbien tagħha tista’ tnaqqas il-provvista u l-kompetizzjoni għall-utenti. |
(119) |
Fuq il-bażi ta’ dan li ntqal hawn fuq, qed ikun konkluż b’mod proviżorju li l-impożizzjoni ta’ miżuri temporanji ta’ anti-dumping mhux se tkun kontra l-interess tal-Komunità. |
G. MIŻURI TEMPORANJI TA’ ANTI-DUMPING
1. Il-Livell tat-tneħħija tad-dannu
(120) |
Minħabba l-konklużjonijiet temporanji li ntlaħqu dwar il-bejgħ taħt il-prezz, id-dannu, il-kawżar u l-interess tal-Komunità, għandhom jiddaħħlu miżuri temporanji biex ikun evitat aktar dannu għall-industrija tal-Komunità minħabba l-importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz tas-suq. |
(121) |
Għall-għan li jitwaqqaf il-livell ta’ miżuri temporanji, tqiesu kemm il-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz li nstab kif ukoll l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħa d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Komunità. |
(122) |
Il-miżuri temporanji għandhom ikunu imposti fuq livell suffiċjenti biex ineħħu d-dannu li nħoloq b’dawn l-importazzjonijiet mingħajr ma jeċċedu l-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz li nstab. Meta jinħadem l-ammont tad-dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti ħżiena tal-bejgħ taħt il-prezz, tqies ukoll li kwalunkwe miżuri għandhom jippermettu li l-industrija tal-Komunità tkun tista’ tkopri n-nefqa tal-produzzjoni tagħha u li takkwista b’mod ġenerali qligħ qabel it-taxxa li jista’ jkun akkwistat b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip minn fuq il-bejgħ tal-prodott li jixxiebah fil-Komunità taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, i.e. fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet mibjugħa taħt il-prezz. Il-marġinu ta’ qligħ qabel it-taxxa użat għal dan il-kalkolu kien ta’ 5 % tal-bejgħ gross, minħabba li deher ċar li dan kien il-livell ta’ qligħ li kien mistenni b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ bejgħ taħt il-prezz li kien ta’ dannu. Dan ġara minħabba l-livell ta’ qligħ ta’ l-industrija tal-Komunità qabel ma l-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-Komunità bdew jiżdiedu sew matul il-perjodu kkunsidrat. Fuq din il-bażi, għall-industrija tal-Komunità kien ikkalkulat prezz mhux offensiv għall-prodott li jixxiebah. Il-prezz mhux offensiv kien stabbilit billi żdied il-marġinu ta’ qligħ ta’ 5 % imsemmi fuq in-nefqa tal-produzzjoni. |
(123) |
Iż-żieda meħtieġa fil-prezz, imbagħad, kienet stabbilita fuq il-bażi ta’ paragun tal-prezz medju mwieżen ta’ l-importazzjoni, kif stabbilit għall-kalkoli għall-bejgħ bi prezz irħas, mal-prezz medju mhux offensiv tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Kwalunkwe differenza li kienet ġejja minn dan il-paragun imbagħad kienet imfissra bħala persentaġġ tal-valur medju ta’ l-importazzjoni fuq bażi CIF. Fil-każijiet kollha dawn id-differenzi kienu aktar mill-marġinu tal-begħ taħt il-prezz li kien instab. |
2. Miżuri temporanji
(124) |
Minħabba li l-livell ta’ dannu huwa ogħla mill-marġinu ta’ bejgħ taħt il-prezz li ġie stabbilit, il-miżuri temporanji għandhom ikunu bbażati fuq dak ta’ l-aħħar, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Ir-rata tad-dazju temporanju ta’ anti-dumping għall-PRC għandu jkun kif ġej:
|
(125) |
Ir-rati tad-dazju individwali ta’ anti-dumping ta’ kumpaniji li huma speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tar-riżultati ta’ l-istħarriġ preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul dak l-istħarriġ fejn għandhom x’jaqsmu dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju (kontra d-dazju mifrux fuq il-pajjiż kollu li jgħodd għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) għalhekk jgħoddu b’mod ekslussiv għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li jkunu ġejjin mill-pajjiż ikkonċernat u maħdumin mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi li ssemmew diġà. Il-prodotti impurtati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti ta’ l-operat ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet li huma relatati ma’ dawk li huma msemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata tad-dazju li tgħodd għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(126) |
Kull ilment li jagħmel talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju individwali ta’ anti-dumping ta’ dawn il-kumpaniji (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara li jkunu twaqqfu entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandu jkun indirizzat minnufih lill-Kummissjoni (3) flimkien mat-tagħrif relevanti kollu, l-aktar kull modifikazzjoni fil-ħidmiet tal-kumpanija li jkunu marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u ta’ l-esportazzjoni li hu assoċjat ma per eżempju dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u l-bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif suppost billi taġġorna l-lista ta’ kumpaniji li jkunu qed igawdu minn rati tad-dazju individwali. |
I. DISPOŻIZZJONI FINALI
(127) |
Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li fih il-partijiet interessati li kienu magħrufa fiż-żmien speċifikat fl-avviż tal-bidu jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu li jkollhom smigħ xieraq. Barra minn hekk, għandu jintqal ukoll li r-riżultati dwar l-impożizzjoni ta’ dazji magħmula għall-għan ta’ dan ir-Regolament huma proviżorji u jistgħu jerġgħu jitqiesu mill-ġdid għall-għan ta’ kwalunkwe dazju definittv, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B’dan qed jiġi impost dazju temporanju ta’ anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju ta’ ġarr ta’ pallets bl-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, i.e. ix-xàsi u l-idrawliċi, li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 (kodiċi TARIC 8427900010 u 8431200010), li huma ġejjin mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
2. B’rabta mal-prodotti maħduma mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt u li jiġu impurtati fil-Komunità, ir-rata tad-dazju proviżorju ta’ l-anti-dumping li jgħodd għall-prezz nett u ħieles mid-dazju ta’ l-importazzjoni għandu jkun kif ġej:
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
Rata ta’ dazju (%) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
Ningbo Liftstar Material Transport Equipment Factory, ir-Raħal ta’ Zhouyi, il-Belt ta’ Zhanqi, id-Distrett ta’ Yin Zhou, il-Belt ta’ Ningbo, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315144, PRC |
37,6 |
A600 |
Ningbo Ruyi Joint Stock Co., Ltd, 656 Triq North Taoyuan, Ninghai, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315600, PRC |
29,7 |
A601 |
Ningbo Tailong Machinery Co. Ltd, Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku, il-Belt ta’ Ninghai, Ningbo, il-Provinċja ta’ Zhejiang, 315600, PRC |
40,3 |
A602 |
Zhejiang Noblelift Equipment Joint Stock Co. Ltd, 58, Triq Jing Yi, Żona ta’ Żvilupp Ekonomiku, il-Provinċja ta’ Changxin, Zhejiang, 313100, PRC |
35,9 |
A603 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
49,6 |
A999 |
3. Ir-rilaxx tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità għandu jkun suġġett li tingħata garanzija, li tkun ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
4. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji għandhom ikunu jgħoddu.
Artikolu 2
Bla preġudizzju għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu għall-iżvelar tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament. Dawn jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u japplikaw għall-smigħ orali mill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Skond l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkumentaw fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fi żmien xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu jkun jgħodd għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta' Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1, Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU C 103, 29.4.2004, p. 85.
Il-Kummissjoni Ewropea |
Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
Direttorat B |
J-79 5/17 |
Rue de la Loi/Wetstraat 200 |
B-1049 Brussell |