This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0582
Council Joint Action 2005/582/CFSP of 28 July 2005 amending and extending the mandate of the European Union Special Representative for the South Caucasus
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/582/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/582/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar
ĠU L 199, 29.7.2005, p. 92–93
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 352–353
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
352 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/582/PESK
ta’ 28 ta' Lulju 2005
li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi
(1) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK (1) li testendi u temenda l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar. |
(2) |
Fit-2 ta’ Frar 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/100/PESK (2), li testendi sal-31 ta’ Awissu 2005 l-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK. |
(3) |
Fis-26 ta' April 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/330/PESK (3), li temenda l-mandat ta' l-EUSR għall-Kawkasu tan-Nofsinhar. |
(4) |
Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) għandu jiġi estiż għal sitt xhur oħra. |
(5) |
Fid-9 ta' Ġunju 2005 l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel dwar il-passi li jmiss ta' l-approċċ ta' l-Unjoni Ewropea biex tirrispondi għas-sitwazzjoni wara l-għeluq tal-missjoni ta' monitoraġġ tal-fruntieri ta' l-OSCE fil-Ġeorġja billi jsaħħaħ l-EUSR għall-Kawkasu tan-Nofsinhar. |
(6) |
Fid-9 ta' Ġunju 2005 l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà qabel dwar il-modalitajiet ta' appoġġ ta' l-Unjoni Ewropea fl-implimentazzjoni ta' l-istrateġija għar-riforma tas-sistema kriminali tal-Ġeorġja wara t-tmiem tal-Missjoni ta’ l-Istat ta’ Dritt fil-Ġeorġja EUJUST THEMIS. |
(7) |
L-EUSR ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tkun ta' dannu għall-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat. |
(8) |
Il-mandat ta' l-EUSR għandu jiġi emendat għaldaqstant. |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Heikki TALVITIE bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2006.
Artikolu 2
L-Azzjoni Konġunta 2003/872/PESK hija emendata kif ġej:
a) |
Fl-Artikolu 3 il-punt (h) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
; |
b) |
L-Artikolu 5 (1) għandu jinbidel b' dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub biex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta' l-EUSR għandu jkun ta' EUR 1 930 000.” . |
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2005.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 28 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 326, 13.12.2003, p. 44.
(3) ĠU L 106, 27.4.2005, p. 36.