Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0512

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Lulju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta’ l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank

ĠU L 187, 19.7.2005, p. 20–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 243–244 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/512/oj

16.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

243


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Lulju 2005

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta’ l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank

(2005/512/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni ECB/2005/9 tal-Bank Ċentrali Ewropew ta’ l-20 ta’ Mejju 2005 lill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Eurosystem għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat ta' l-awdituri esterni attwali tad-De Nederlandsche Bank (minn hawn ’il quddiem “DNB”) skada u mhuwiex sejjer jiġġedded. Għalhekk jeħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2005.

(3)

Id-DNB għażlet lil Josephus Andreas Nijhuis, Accountant Reġistrat u President tal-Bord ta’ PricewaterhouseCoopers BV, li jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu, bħala l-awditur estern il-ġdid tiegħu, u l-BĊE huwa tal-fehma li l-awditur magħżul jissodisfa r-rekwiżiti neċessarji għall-ħatra.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jirrakkomanda li l-mandat ta’ l-awditur estern għandu jkun għal perjodu indeterminat, suġġett għall-konferma mill-ġdid tiegħu kull sena.

(5)

Huwa kunsiljabbli li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE (2) skond kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Josephus Andreas Nijhuis, Accountant Reġistrat u President tal-Bord ta’ PricewaterhouseCoopers BV, li jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu, huwa b’dan approvat bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank mis-sena finanzjarja 2005 għal perjodu indeterminat, b’dan il-perjodu suġġett għal konferma kull sena.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Maghmula fi Brussel, 12 ta' Lulju 2005.

Ghall-Kunsill

Il-President

G. BROWN


(1)  ĠU C 151, 22.6.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2005/377/KE (ĠU L 125, 18.5.2005, p. 8).


Top